Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

nofshom solvuti Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 | illum 7 Fit-18 ta' Lulju, 24 siegħa wara li nstabu l-katavri, kien arrestat ħu l-mara tal-Imnieħru, ċertu wieħed Jason Galea ta' 38 sena u sussegwentament ġie arrestat ukoll George Galea ta' 41 sena. Matul il-kumpilazzjoni tal-każ, kien żvelat li Jason Galea qatel lill-Imnieħru permezz ta' żewġ tiri f 'rasu. Intant, iben l-Imnieħru, Mario Camilleri ta' 21 sena, kien maqtul permezz ta' 34 daqqa ta' sikkina u żewġ tiri f 'rasu. Il-każ għadu għaddej. Intant, matul it-tfittxija tal-missier u l-iben, ġie skoprit katavru dekompost. L-armla ta' Mario Camilleri l-Imnieħru kienet stqarret mal-Pulizija li semgħet li ħuha, Jason Galea, kien involut ukoll fil-qtil tassewwieq tat-taxi Matthew Zahra, li kien irrappurtat nieqes f 'Awwissu 2012. Fit-23 ta' Lulju, Jason Galea u Ronald Urry ta' 49 sena minn Raħal Ġdid, kienu akkużati bil-qtil ta' Matthew Zahra mill-Belt. Il-qorti semgħet kif Galea kien ammetta li qarraq lil Zahra sabiex jiltaqgħu f 'għalqa. Hekk kif ħarġu mill-karozza biex jiftħu l-kanċell, ħareġ Ronald Urry li spara żewġ tiri f 'ras Zahra. Wara dan Urry u Jason Galea difnu lil Zahra fl-għalqa. Fl-istqarrija tiegħu, Galea sostna li kien iddisprat u rrabjat hekk kif kien tilef kollox minħabba d-dejn tiegħu ma' Zahra. Huwa tenna li Zahra rrikkattah sabiex iħallas €500,000 jew inkella jippublika ritratt tiegħu li kien ikisser iż-żwieġ ta' Galea. Il-każ taħt il-Maġistrat Edwina Grima għadu għaddej. Qtil wara argument fuq siġra Dis-sena rat ukoll l-arrest ta' Gerald Galea ta' 63 sena li ġie mixli bil-qtil ta' John Spiteri, 54, mir-Rabat Għawdex, u bl-attentat qtil ta' iben Spiteri, Matthew ta' 24 sena, nhar l-Erbgħa 19 ta' Ġunju. Il-każ beda wara li l-aggressur ra lill-vittma jaqta' siġra protetta. Galea, infiskat, mar fuq il-post u heddidhom li jirrappurtahom lill-Pulizija. Allegatament il-missier u l-iben offendew lillpensjonant u tawh daqqiet ta' ponn u attakawh. Minkejja l-feriti f 'għajnejh, Galea ħarab minn fuq il-post u kien dan il-mument li ħass il-vettura tgħaddi minn fuq xi ħaġa, però ma kienx jaf li saq minn fuq Spiteri. Kemm Galea u anke John Spiteri marru l-isptar iżda ftit sigħat wara Spiteri miet kaġun tal-feriti li kellu. Il-każ għadu għaddej. L-attentat ta' qtil fil-MIA Skyparks iktar kmieni din is-sena Is-sejba ta' katavru fl-Aħrax tal-Mellieħa Fl-10 ta' Ottubru nstab il-ġisem ta' Paul Grech ta' 47 sena min-Naxxar f 'ħofra filblat fl-Aħrax tal-Mellieħa. Grech kien irrappurtat nieqes ġimgħa qabel. Wara li nstabet il-karozza tiegħu fil-viċinanzi, il-Pulizija sabet il-ġisem ta' Grech mgħotti b'bosta basktijiet taż-żibel u materjal ieħor. Awtopsja żvelat li Grech qala' bosta daqqiet ta' sikkina iżda miet b'daqqa ta' sikkina f 'qalbu. Il-Pulizija arrestat raġel Russu jgħix il-Gżira. Huwa mifhum li l-vittma kien xtara għalqa enormi biex jibda negozju tal-patata marRussu. Ħadd għadu ma ġie mressaq b'konnessjoni mal-każ. Argument bejn eks maħbubin iwassal għal mewt ta' anzjan Il-villaġġ żgħir tal-Kalkara spiċċa s-sena b'xokk wara li resident, Joseph Caruana, spiċċa maqtul mill-eks maħbub ta' bintu nhar is-27 ta' Ottubru. L-aħħar delitt tas-sena ra lil Godwin Scicluna ta' 52 sena magħruf ukoll bħala 'Il-Goodie', jispara lil missier l-eks maħbuba tiegħu, Simone Caruana ta' 27 sena wara li l-missier intervjena waqt argument fuq kamera bejn bintu u Scicluna. L-argument jaħraq żvolġa f 'Scicluna jhedded lil eks maħbuba tiegħu quddiem uliedhom li se jisparalha. Malli semgħet dan, Caruana qalet lil bintha biex issejjaħ lil nannuha, Joseph Caruana, 61, li kien qed jistenna barra fil-vettura tiegħu. Wara li Caruana prova jikkalma l-argument, Scicluna sparalu f 'dahru u spara wkoll lejn id-direzzjoni ta' Simone Scicluna u tnejn mit-tfal tagħhom, li sadanittant ħarbu minn fuq il-post. Simone Scicluna sofriet ġrieħi f 'għonqha u f 'daharha. L-għada tad-delitt, Godwin Scicluna ġie mixli bil-qtil ta' Joseph Caruana u l-attentat qtil ta' Simone Scicluna u tażżewġt itfal tagħhom. Il-każ għadu għaddej. Gerald Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013