Illum previous editions

illum 29 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/234243

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

L-Intervisti tas-Sena Il-Ħadd 29 ta' Diċembru 2013 | illum 9 Wara sena sħiħa ta' intervisti, f'dawn il-paġni James J. Piscopo jagħti ħarsa lejn uħud mid-dikjarazzjonijiet l-aktar interessanti li saru ma' din il-gazzetta matul ittnax-il xahar li għadda. John Bencini, 20 ta' Jannar Dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-Partit Nazzjonalista Il-Partit Nazzjonalista mhux il-partit li naf jien, mhux il-partit ta' Ġorġ Borg Olivier. Bgħattilhom lura t-tessera flimkien ma' ittra li fiha ktibtilhom dwar affarijiet li kienu qed idejquni, fosthom il-fatt li l-kelma korruzzjoni u nuqqas ta' trasparenza kienet xebgħet tissemma pubblikament f 'diversi sitwazzjonijiet. Anton Refalo, 17 ta' Frar Dwar il-korruzzjoni f 'Għawdex F'Għawdex għandek korruzzjoni speċjalment flgħoti tal-kuntratti tat-toroq. Għandek l-Awditur Ġenerali jgħid li fejn jingħataw tenders hemm l-irregolaritajiet. Giovanna Debono f 'dan is-settur tieħu l-midalja tad-deheb. Manuel Mallia, 24 ta' Marzu Dwar ir-riforma fil-faċilitità korrettiva ta' Kordin Qed nistenna ċertu tibdiliet u titjib f 'Kordin. Jien impenjat li tinqered għal kollox il-preżenza tad-droga fil-ħabs. Irrid nara wkoll l-involviment ta' esperti fil-qasam soċjali li offrew assistenza lil priġunieri, u aktar sigurtà fil-ħabs innifsu. Mario de Marco, 31 ta' Marzu Dwar ir-riżultat elettorali li kiseb il-Partit Nazzjonalista Is-soċjetà Maltija nbidlet, u naħseb li l-partit ma riedx jaċċetta din ir-realtà, Il-PN kien vittma tas-suċċessi li kien kiseb, hekk kif il-poplu ħassu komdu jagħżel li jmur għall-bidla mingħajr ma jikkunsidra x'konsegwenza din il-bidla tista' ġġib. In-nies li ġabu l-bidla huma l-istess nies li ma nbidlux huma. Waqt li l-PN kien mehdi jmexxi l-pajjiż, seħħ l-abbandun tal-partit. Għalkemm il-mezzi tax-xandir iħobbu jitfgħu t-tort kollu fuq Lawrence Gonzi, il-verità hi li diversi nies xtaqu jweġġgħu lil PN u b'hekk ivvutaw Labour. Fl-aħħar mill-aħħar il-politika hi dwar ir-relazzjonijiet li jkollok man-nies. Raymond Bugeja, 14 ta' April Dwar ir-raġuni għalfejn ikkontesta għal kap Nazzjonalista Ħassejt li l-PN qiegħed f 'mument li għandu bżonn mexxej ta' ċerta maturità u ta' ċerta esperjenza. Chris Said, 2 ta' Ġunju Dwar il-futur tal-PN wara t-telfa storika L-isfidi mhumiex żgħar. Naħseb qatt daqs illum ma kellu sfidi ta' dan it-tip il-PN. Hemm l-isfida finanzjarja li m'għandix dubju li tista' tiġi megħluba bi sforz kollettiv u b'diversi inizjattivi. Irridu nitgħallmu mill-iżbalji li għamilna. Irridu norganizzaw sew u noħorġu politiki ġodda. B'ħafna xogħol u impenn naslu biex nirbħu l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Kummissarju Peter Paul Zammit, 28 ta' April Dwar il-predeċessur tiegħu, l-eks Kummissarju John Rizzo L-eks kummissarju Rizzo kellu ħafna tajjeb. L-isfortuna li forsi ma kellux viżjoni biżżejjed fittul. Forsi wkoll ma kellux l-għajnuna neċessarja sabiex jasal, kemm fil-korp innifsu kif ukoll mil-lat tad-direzzjoni politika li ngħata… Il-korp jidher staġnat, u jinħass staġnat. Jekk kien tort ta' dak u tal-ieħor mhux kwistjoni. Claudette Buttigieg, 19 ta' Mejju Dwar il-kaġun tat-telfa elettorali tal-PN Karmenu Vella, 9 ta' Ġunju Dwar jekk hux kuntent bil-kap eżekuttiv tal-Air Malta Peter Davies L-Air Malta kellha problema u ġiet bżonn soluzzjoni. Il-problema ġiet mill-gvern ta' qabel, Peter Davies suppost kellu jkun is-soluzzjoni. Kont inkun kuntent li kieku l-problema tal-Air Malta ssolviet. Ma jidhirx li l-problema telqet, Tkompli fuq paġna 10

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 December 2013