Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

nijiet għas-sena 2014 Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 3 b'aktar miri speċifiċi biex inkomplu nsaħħu l-aqwa Riżors Uman li għandna kif ukoll inizjattivi ġodda biex nimxu aktar 'il quddiem. Għalkemm kienet sena impenjattiva ħafna, kienet sabiħa wisq biex inbiddel xi ħaġa minnha. Dun Brendan Mark Gatt – Saċerdot u riċerkatur filliġi kanonika Dwar jekk jemminx firriżoluzzjonijiet wieġeb hekk: "Diffiċli din! Mill-banda waħda nifhem is-sentiment warajhom, u napprezza l-fatt li ħafna nies jagħmluhom, u jirnexxilhom iżommuhom, imqar għal ftit ġimgħat, jew saħansitra għal xhur sħaħ. Iżda l-esperjenza tiegħi meta provajthom spiss kienet karatterizzata mill-frażi "Mill-Milied sa San Stiefnu" u allura ma tantx nagħmilhom għax ma tantx inżommhom! Iżda jkolli nistqarr ukoll li kien hemm riżoluzzjonijiet li għamilt fl-imgħoddi (iżda li ma rbatthomx mal-bidu ta' sena ġdida) li żammejthom. Ftit snin ilu, pereżempju, kont bdejt dieta f 'Lulju u temmejtha b'suċċess wara ftit inqas minn sena! Naħseb li fuq livell ta' saħħa għandi bżonn nerġa' nibda' d-dieta jew għallinqas noqgħod iktar attent biex nilħaq bilanċ aħjar bejn xogħol, eżerċizzju u l-ikel li tant inħobb! Fuq livell professjonali, imbagħad, nittama (u rrid) li ntemm it-teżi dottorali. Ħaġa waħda imma kbira: it-tqassim tal-ħin. Kont nipprova nagħti iktar importanza lil dak li hu essenzjali f 'ħajti bħala qassis (it-talb u l-ħidma primarja tiegħi fl-istudju, pereżempju) u nnaqqas dawk l-affarijiet li ma jkunux daqshekk importanti iżda li meta taċċettahom taħseb li huma urġenti ħafna. Bħalma spiss jgħiduli, għandi bżonn nitgħallem ngħid "le". Forsi nista' nżidha marriżoluzzjonijiet tal-2014!" Kristy Debono – Deputat tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet li aktar milli temmen firriżoluzzjonijiet, temmen fi pjanijiet fit-tul. "Dejjem nipprova naġixxi skont il-pjani li nkun fassalt irrelevanti miż-żmien tassena, minflok immur għal pjanijiet radikali fil-bidu tassena. Però per prinċipju li wieħed jagħmel riżoluzzjoni jew jipprova jidħol għal pjan jew sfida biex itejjeb il-ħajja tiegħu hija xi ħaġa pożittiva." Debono spjegat ukoll x'inhuma r-riżoluzzjonijiet tagħha għas-sena 2014. "Bħala riżoluzzjonijiet m'għamiltx però l-pjan tiegħi hu li nkompli naħdem kemm fuq livell parlamentari kif ukoll fuq livell ta' kostitwenza u distrettwali. Irrid inkompli naħdem biex inkun aktar preżenti fost in-nies u nisma' l-ilmenti u l-weġgħat tagħhom. Nemmen li jeħtieġ li nkunu ferm aktar viċin in-nies sabiex inħaddnu politika li tkun tirrifletti l-ħsibijiet u l-aspirazzjonijiet tan-nies. Apparti minn hekk, qed nippjana wkoll li nissokta l-ħidma ekonomika tiegħi b'aċċenn partikolari fuq ilħaddiema u n-negozji żgħar u medji, kif ukoll fuq livell personali li nipprova nżomm bilanċ aħjar bejn il-ħidma tiegħi parlamentari, ixxogħol tiegħi u l-familja." Hi qalet li waħda millaffarjiet li kieku tista' tbiddel hi r-riżultat elettorali talElezzjoni Ġenerali ta' Marzu li għadda. "Però, dan għandu jkun inċentiv biex bħala Partit inkomplu naħdmu aktar biex nirriflettu dak li jrid il-poplu Malti u Għawdxi, sabiex niksbu riżultati aħjar l-ewwel fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u finalment riżultat pożittiv fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014