Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

Kummercjali 22 illum | Ħadd 05 ta' Jannar 2014 Pinokkio - spettaklu kkulurit Żewġ rappreżentazzjonijiet miżjuda IL-PANTOMIMA ta' din is sena fl-Istitut Kattoliku qed tikseb is-suċċess kif kien mistenni u fil-fatt ser isiru żewġ rappreżentazzjonijiet oħra żejda fit-12 ta' Jannar fis-2pm u s-6.30pm. Għad fadal ukoll dawn irrappreżentazzjonijiet - illum il-Ħadd fis-2pm u s-6.30pm, u s-Sibt 11 ta Jannar fis-7pm. Il-cast bħal kull sena hu wieħed formidabbli b'Toni Busuttil bħala d-dama, Snits bħala Pinokkio, Ina Robinich, Brian Farrugia, Simon Curmi, Janvil, Felix Busuttil, Julie Pomorski, Guido Fenech, Franky Borg, Alan Falzon, Bernice Darmanin u oħrajn. Ilbanda bħas-soltu tkun live u dis-sena se tkun taħt iddirezzjoni ta' Abigail Brown b'arranġamenti mużikali ta' Joe Brown. Il-koreografija kemm tal-Yada Dance Company kif ukoll talCollege of Dance Students hi ta' Felix Busuttil. Pinokkio għandu kitba oriġinali ta' Toni Busuttil u Snits waqt li d-direzzjoni hi ta' Ray Abdilla bilproduzzjoni tkun bħas-soltu ta' Pawlu Testa. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mingħand: Pawlu Testa Travel: 21223340 / 99476468, Toni Busuttil bħala d-dama u Snits bħala Pinokkio Booking Office Istitut Kattoliku filgħodu 9am-1pm u filgħaxija 4.30pm-7.30pm. Ċemplu fuq 21238429, Bar tal-Istitut Kattoliku, filgħodu u filgħaxija 21242515, Carmen Azzopardi tar-Rabat 21454836 u Tereza Bazaar ta' Ħaż-Żabbar 21892730. Wieħed jista' jixtri l-biljetti kemm mis-sit uffiċjali tal-Kumpanija Teatru Rjal kif ukoll dik tat-teatru tal-Istitut Kattoliku www. kumpanijateatrurjal.com u www.istitutkattoliku.com Q Bar jintroduċu pizza kif tridha int Q Bar & Restaurant filwaterfront tal-Belt Valletta għadhom kif introduċew fil-menus tagħhom il-pizza, fejn il-konsumatur se jkun dak li jagħżel l-ingredjenti li jrid fil-pizza tiegħu. L-introduzzjoni tal-pizza waslet kważi sena wara minn meta Q Bar reġa' nfetaħ taħt tmexxija ġdida, bil-kċina issa titmexxa minn ħadd ħlief Ray Fauzza. Il-pizza bażika (zalza, mozzarella u oregano) tibda minn €6.75 u għandek għażla vasta ta' ingredjenti x'tista żżid, b'varjetà ta' ġobon, laħam, ħut, ħaxix u ħwawar oħra. Q Bar & Restaurant jiftaħ kuljum mis-7pm mit-Tnejn sas-Sibt, filwaqt li l-Ħadd jiftħu minn nofsinhar 'il quddiem.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014