Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919
SPORTSillum 24 illum Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 Ritratt: Ray Attard SPORTSillum Terence Scerri l-eroj fir-rebħa Naxxarija Guerrero jipprova jirbaħ il-ballun bir-ras mingħand plejer ta' Naxxar Lions Vittoriosa S..............0 Naxxar L ..................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT TERENCE Scerri spiċċa biex kien l-eroj fir-rebħa minima ta' 1-0 li kisbu Naxxar Lions kontra Vittoriosa Stars hekk kif irnexxielu jerġa' jsib ix-xibka għalihom f 'din il-logħba. Kien propju fid-19-il minuta meta huwa rċieva minn kross ta' Gilmar Da Silva Ribeiro u minn quddiem Cini tefa' fixxibka. Fil-31 minuta Vittoriosa Stars ħolqu l-periklu permezz tas-solitu Gilbert Martin li iżda ra x-xutt tiegħu jintemm għoli. Kellu jkun l-istess plejer li joħloq il-periklu għall-Ġirbin meta huwa ġie wiċċ imb wiċċ malgoalkeeper Azzopardi qabel ra x-xutt tiegħu jiġi mblukkat tajjeb. Fit-42 minuta l-Lions resqu viċin li jirdoppjaw l-iskor meta Buhagiar irċieva tajjeb mingħand Scerri u minn ġol-kaxxa ra lil Cini jsalvalu x-xutt angulat tiegħu. Kienu Vittoriosa Stars li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-ftuħ tat-tieni taqsima eżattament fl-54 minuta meta Pereira ma rnexxilux jagħmel kuntatt mal-ballun, b'dan jispiċċa f 'idejn Azzopardi. Fid-59 minuta l-captain veteran ta' Naxxar Lions Victor Bellia ra x-xutt b'saħħtu tiegħu jiġi milqugħ minn Shaun Cini. Fis-70 minuta l-Ġirbin tilfu ċans kbir li jġibu d-dro meta Pereira għola tajjeb wara li rċieva minn kross ta' Garcia iżda ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras quddiem lasta vojta jistampa mal-wieqfa bil-goalkeeper Azzopardi jtajjar il-ballun biex ibiegħed kull periklu mil-lasti tiegħu. Vittoriosa S. Cini, Mella Arriagada (Bamba 61'), Ousman, Pereira, Guerrero, Buttigieg, Vella Critien (Arab Eddin 80'), Spiteri, Martin (Spiteri 61'), Garcia, Arab Naxxar L. Azzopardi, VICTOR BELLIA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-2 ta' Novembru 1979 Huwa l-captain ta' Naxxar Lions fejn ilu jokkupa din il-kariga għal diversi snin Jilgħab f'nofs il-grawnd Bellia, Buhagiar, Cassar, Da Silva Ribeiro, Decesare (Ani 80'), Del Negro, Doffo, Lopes De Souza, Scerri (Bonnici 90'), Dos Santos Referee Chris Lautier