Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 25 Qormi miżmuma minn Rabat Ajax fi dro ta' mingħajr gowls Triston Caruana f'tentattiv li jisraq il-ballun lill-plejer ta' Rabat Ajax Rabat A ...................0 Qormi......................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Qormi komplew jiddiżappuntaw meta tilfu żewġ punti prezzjużi kontra t-tim li jinsab ankrat filqiegħ tal-klassifika b'6 punti biss, Rabat Ajax. Qormi kellhom l-ewwel okkażjoni denja ta' nota fit-22 minuta meta tentattiv ta' Gabriel mil-lemin għadda ftit għoli. Fid-29 minuta Ryan Micallef wara li rċieva pass mingħand Malcolm Licari, kellu tentattiv tajjeb imblukkat minn Matthew Farrugia. Fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd, Abudulai Issaka għadda tajjeb lejn Jonathan Bondin li ra t-tentattiv tiegħu jiġi newtralizzat minn Velimirovic. Sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, xutt ta' Ryan Micallef minn barra l-kaxxa għadda għoli. Tliet minuti biss wara, xutt mill-viċin ta' Issaka wara li rċieva minn kross ta' Triston Caruana, ġie mblukkat 'il bogħod minn kull periklu minn Shaun Gauci. Eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, wara ġirja tajba fuq il-linja leminija ta' Jonathan Bajada, huwa għadda lejn Ryan Micallef li l-konklużjoni tiegħu ġiet newtralizzata mill-goalkeeper u captain ta' Qormi, Matthew Farrugia. Seba' minuti millftuħ tat-tieni taqsima, freekick ta' Diego Carrillo Pendas għadda jħakkek mal-lasta. Minuta biss wara, minn kross ta' Carrillo Pendas mix-xellug, Ryan Micallef għola tajjeb iżda ra t-tentattiv tiegħu minn daqqa ta' ras jgħaddi għoli. Fit-58 minuta, daqqa ta' ras tal-plejer veteran Malcolm Licari wara li rċieva minn corner mil-lemin ta' Carrillo Pendas ġie mblukkat minn Matthew Farrugia fuq il-linja fatali bil-ballun jiġi kklerjat minn difensur ta' Qormi. Fis-76 minuta Ryan Micallef li kellu logħba ferm tajba dar ma' diversi plejers ta' Qormi qabel għadda l-ballun lejn is-sostitut Aidan Azzopardi li x-xutt tiegħu ġie newtralizzat minn Farrugia. Ftit wara f 'azzjoni tajba għal Rabat Ajax, Diego Carrillo Pendas għadda lejn Ryan Micallef li żmarka lil David Azzopardi fuq ixxellug bix-xutt angulat ta' dan jgħaddi jħakkek mal-lasta. Rabat A. Velimirovic, Gauci, D. Azzopardi, Falzon, Carapic, Pelaez Bellido, RYAN MICALLEF Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-18 ta' Lulju 1992 Jilgħab fl-irwol ta' attakkant Carrillo Pendas, Caruana, Licari (A. Azzopardi 73'), Micallef (Vella 90'), Bajada Qormi Farrugia, Effiong, Sammut, Bajada, Gabriel da Silva, Caruana, Terribile, Pisani, Bondin, Petrassi, Issaka (Nucera 59') Referee Adrian Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014