Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919
SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 Sliema Wanderers isalvaw Arsenal jegħlbu lilliSpurs u Manchester punt fl-aħħar mumenti Sliema W ............1 Mosta .................1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT SLIEMA Wanderers salvaw punt fl-aħħar mumenti talkonfront tagħhom kontra Mosta hekk kif din il-logħba ntemmet fi dro ta' 1-1. Kienu Mosta li ħarġu fuq l-offensiva u fetħu l-iskor wara biss 4 minuti meta minn freekick ta' Tyrone Farrugia, kien hemm clearance qasira, Mano Micallef rebaħ ballun mitluf u għeleb lill-goalkeeper Henry Bonello permezz ta' xutt filbaxx minn tarf il-kaxxa. Il-Wanderers reqsu viċin li jġibu l-iskor indaqs fis-36 minuta meta minn corner ta' Trevor Cilia mix-xellug, ilballun spiċċa għand il-captain Alex Muscat li l-konklużjoni tiegħu stampat ma' sieq il-wieqfa. Eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, il- goalkeeper ta' Mosta Omar Borg salva lill-Mosta billi mblokka xutt mill-viċin ta' Matias Muchardi meta rċieva l-ballun mix-xellug mingħand Stanley Ohawuchi. Fis-76 minuta minn frekkick ta' Trevor Cilia, il-ballun spiċċa f 'saqajn Ohawuchi li ra x-xutt tiegħu jiġi mblukkat u mirrebound Muchardi xeħet għoli. Żewġ minuti biss wara, freekick ta' Abubakar Bello-Osagie mil-lemin għadda ftit għoli. Finalment il-Wanderers ġabu l-iskor indaqs erba' minuti mittmiem tal-logħba meta Matias Michardi wara li rċieva l-ballun eżatt minn barra l-kaxxa mingħand Bello-Osagie, irnexxielu jegħleb lil Omar Borg permezz ta' xutt fil-baxx. Sliema W. Bonello, A. Muscat, Mintoff, Scerri, Ohawuchi, Gatt Baldacchino, Woods (Bello-Osagie 46'), Cilia (B. Muscat 90'), Barbetti (Gueye 81'), Muchardi, Bianciardi Mosta Borg, Farrugia, Ekani Rodriguez, Farrugia, Falzon, Micallef (Cosentini 84'), Zammit, Duriska, Martins Fernandez (Cini 86'), Kaljevic (Grech 52'), Piccioni Referee Trustin Farrugia Cann MATIAS MUCHARDI Twieled fid-9 ta' Frar 1988 fl-Arġentina Ingħaqad ma' Sliema Wanderers fl-1 ta' Lulju 2012 u l-kuntratt tiegħu mal-Blues jintemmlu fit-30 ta' Ġunju 2014 Huwa wieħed mill-iktar plejers importanti fil-formazzjoni ta' Sliema Wanderers Valletta jirritornaw għar-rebħ Valletta................. 2 Tarxien R............... 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VALLETTA rritornaw għar-rebħ meta b'wirja konvinċenti għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta' 2-1. Tarxien Rainbows kellhom lill-kowċ Clive Mizzi sospiż hekk kif dan serva żewġ logħbiet sospensjoni waqt li Valletta kellhom lill-assistent kowċ Gilbert Agius sospiż hekk kif huwa qed iservi sospensjoni ta' sena. IlBeltin fetħu l-iskor wara biss 2 minuti meta minn kross ta' Vandelannoite, daħal tajjeb Denni Rocha dos Santos li permezz ta' xutt b'saħħtu spara fixxibka. Fit-22 minuta Nafti ra l-freekick insidjuż tiegħu jgħaddi ftit barrra. Iżda fis-57 minuta, Nafti kellu jsib ix-xibka għal darb'oħra minn freekick mill-isbaħ li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Vella li bħas-soltu kellu logħba tajba. Fis-67 minuta Valletta resqu viċin li jkomplu l-marġni taliskor iżda Vella laqa' tajjeb minn xuttijiet konsekuttivi ta' Mifsud Triganza, Agius u Denni. Ir-Rainbows ħolqu l-periklu fis-70 minuta iżda kellu jkun il-goalkeeper żagħżugħ ta' Valletta Yenz Cini li jimpedixxi lil Jorge Santos Silva milli jsib ixxibka. Finalment Tarxien Rainbows irnexxielhom isibu x-xibka fit-88 minuta permezz ta' daqqa ta' ras ta' Marko Potezica iżda dan kellu jkun tard wisq għalihom biex jaspiraw li jirbħu almenu punt minn din il-logħba. Valletta Cini, Agius, Briffa, Mifsud Triganza (Zammit 73'), Reyes Sanchez, Barry (Azzopardi 76'), Bajada, Rocha dos Santos, Vandelannoite, Nafti (Cremona 86'), Dimech Tarxien R. Vella, Mamo, Caruana (Zahra 68'), Lopez Alcantara, Agius, Potezica, Ciantar (Nagaoka 78'), Menendez Hevia, Pulo (Vella 78'), Mifsud, Santos Silva Referee Paul Caruana DENNI ROCHA DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-21 ta' Awwissu 1982 f'Rio de Janeiro fil-Brażil Jilgħab bħala plejer ta' nofs il-grawnd offensiv Inġieb f'Malta minn Tarxien Rainbows lura fl-istaġun 2009/10 qabel ingħaqad ma' Valletta fejn kiseb u għadu qed jikseb suċċess liema bħalu YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt City miżmuma minn Blackburn Rovers HEKK kif fi tmiem din ilġimgħa fl-Ingilterra kellna waqfa mill-Kampjonat Barclays Premier, ilbieraħ intlagħbu numru ta' logħbiet mit-Tielet Rawnd tal-FA CUP fejn kellna numru ta' riżultati sorprendenti. L-ewwel sorpriża waslet fil-konfront bejn Blackburn Rovers u Manchester City fejn ir-Rovers irnexxielhom iżommu lis-City fi draw ta' 1-1 bil-gowl għarRovers jiġi skorjat minn Scott Dann waqt li l-gowl waħdieni għas-City wasal minn Negredo fejn tajjeb ngħidu li l-Blues spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fis86 minuta meta tkeċċa għalihom il-plejer Boyata. B'hekk issa se jkollha tintlgħab 'replay' bejn dawn iż-żewġ timijiet. F'logħba oħra li ntlagħbet fl-Emirates Stadium, Arsenal komplew jikkonvinċu meta ġewwa darhom għelbu lil Tottenham Hotspur bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għall-Gunners jaslu minn Cazorla u Rosicky. Sorpriża oħra waslet f 'Villa Park fejn ġewwa darhom Aston Villa tilfu kontra Sheffield United bl-iskor ta' 2-1 bil-gowl għal Villa jiġi skorjat minn Helenius waqt li ż-żewġ gowls tal-United ġew skorjati minn Murphy u Flynn. Everton għelbu lil Queens Park Rangers f 'Goodison Park bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Barkley, Coelman u doppjetta ta' Jelavic. Southampton ġewwa darhom għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 4-3 bil-gowls għas-Saints jaslu minn Clyne, Lambert, Rodrigueaz u Lallana waqt li t-tliet gowls ta' Burnley waslu minn Vokes, Ings u Long. Forsi l-ikbar sorpriża talġurnata waslet f 'St James Park meta ġewwa darhm Newcastle United sfaw megħluba mit-tim inferjuri ta' Cardiff City bl-iskor ta' 2-1 bil-gowl waħdieni talMagpies jiġi skorjat minn Cisse waqt li ż-żewġ gowls ta' Cardiff City waslu minn Nonne u Campbell. Intant, illum u għada t-Tnejn jirritorna il-Kampjonat Taljan Serie A TIM, fejn ikollna numru ta' logħbiet interessanti. Riżultati Riżultati Tielet Rawnd FA Cup Is-Sibt 4 ta' Jannar Blackburn R. vs Manchester C. 1-1 AFC Bournemouth vs Burton Albion Posposta Aston Villa vs Sheffield U. 1-2 Barnsley vs Coventry C. 1-2 Bolton W. vs Blackpool 2-1 Brighton & Hove Albion vs Reading 1-0 Bristol C. vs Watford 1-1 Doncaster R. vs Stevenage 2-3 Everton vs QPR 4-0 Grimsby Town vs Huddersfield T. 2-3 Ipswich T. vs Preston North End 1-1 Kidderminster H. vs Peterborough U. 0-0 Macclesfield T. vs Sheffield W. 1-1 Middlesbrough vs Hull C. 0-2 Newcastle U. vs Cardiff C. 1-2 Norwich C. vs Fulham 1-1 Rochdale vs Leeds U. 2-0 Southampton vs Burnley 4-3 Southend U. vs Millwall 4-1 Stoke C. vs Leicester C. 2-1 WBA vs Crystal P. 0-2 Wigan A. vs Milton Keynes Dons 3-3 Yeovil T. vs Leyton O. 4-0 Arsenal vs Tottenham H. 2-0 Fixtures Tielet Rawnd FA Cup Il-Ħadd 5 ta' Jannar 13:00 Nottingham F. Vs West Ham U. 15:00 Sunderland vs Carlisle U. 15:15 Derby C. vs Chelsea 16:00 Liverpool vs Oldham A. 16:00 Port Vale vs Plymouth A. 17:30 Manchester U. vs Swansea C. Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 5 ta' Jannar 15:00 Chievo V. vs Livorno 18:00 Fiorentina vs Livorno 20:45 Juventu s vs Roma It-Tnejn 6 ta' Jannar 12:30 Napoli vs Sampdoria 15:00 AC Milan vs Atalanta 15:00 Catania vs Bologna 15:00 Genoa vs Sassuolo 15:00 Parma vs Torino 15:00 Udinese vs Verona 18:30 Lazio vs Inter