Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Wiċċ ġdid għall-Pa 14 illum | Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 J onathan Shaw huwa wiċċ ġdid għal Partit Nazzjonalista. Għandu 40 sena u diġà kiseb bosta suċċessi fil-qasam tannegozju. Hu sostna li dejjem kien viċin tan-nies u jħobb jisma' opinjonijiet differenti. "Jien avviċinajt lill-Partit Nazzjonalista sabiex nagħti sehmi. L-irwol ta' Membru Parlamentari Ewropew jeħtieġ ammont ta' negozjati u kapaċitajiet. Din miniex ser nagħmilha għax għandi bżonn il-flus jew għax għandi bżonn xogħol, jew għax irrid nirtira jew għax irtirajt u m'għandix x'nagħmel. Iżda rrid nibni karriera oħra fil-politika." Il-politika tħoll u torbot mannies Jonathan Shaw qal li l-fatt li ma tkunx attiv f 'partit ma jfissirx li ma tkunx attiv fil-politika. "Il-politika tħoll u torbot man-nies u meta tkun fin-negozju ssegwiha millqrib għaliex taffetwalek in-negozju u l-ħajja ta' kuljum. Dejjem kont Nazzjonalist u issa wasal iż-żmien f 'ħajti li rrid nikkontribwixxi fissoċjetà u ħassejt li kelli nagħti lura fil-qasam politiku." "Kbirt taħt Gvern Nazzjonalista" Shaw fisser kif tkellem ma' ċerti individwi fil-politika u dawn kienu sorpriżi ħafna bid-deċiżjoni tiegħu. "Iżda wara li jisimgħu r-raġunijiet tiegħi għalfejn nixtieq nidħol filpolitika, jikkonvinċu ruħhom li nista' nikkontribwixxi." Il-Partit Nazzjonalista għamel sejħa għal nies ġodda sabiex jersqu viċin il-partit u jien kont wieħed minnhom. "Bħal kumpanija jeħtieġ li jkollok demm ġdid. Dan ma jfissirx li min kien hemm qabel mhux tajjeb. Iżda din it-taħlita bejn nies ġodda u oħrajn b'esperjenza hija neċessarja." Hu qal li għażel lill-Partit Nazzjonalista għaliex kiber taħt Gvern Nazzjonalista u tah l-opporunità li jistudja u jaħdem. "Il-PN kien l-għażla naturali Jonathan Shaw dwar l-immigrazzjoni irregolari, il-politika tal-PN u l-kandidatura tiegħu. Jerome Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt tiegħi. Kien hemm drabi fejn ma qbiltx mija fil-mija mal-partit, iżda naħseb li dan huwa normali." Il-PN ma jistax jibqa' jintogħġob Il-Kandidat għall-elezzjoni talParlament Ewropew qal li l-Partit Nazzjonalista jrid jibda jieħu individwu. "Fil-politika għandek l-obbligu li żżomm f 'moħħok lil kull individwu u li tkun moħħok miftuħ biżżejjed li tifhem iddrittijiet ta' kulħadd anke jekk ma taqbilx magħhom. Jeħtieġ li toħloq soċjetà inklussiva." "Miniex liberali, iżda moħħi miftuħ" pożizzjoni fuq ċerta kwistjonijiet u dan irrispettivament minn kemm se jirbaħ jew jitlef voti. "Ma tistax tipprova toqgħod tintgħoġob. Dan għaliex fil-politika ma tistax togħġob lil kulħadd. Barra minn hekk, in-nies jirrispettawk meta tieħu pożizzjoni anke jekk ma jaqblux miegħek." "Fuq kollox il-partit jeħtieġ li jirranġa sew il-mod ta' kif jikkomunika u jwassal il-messaġġ tiegħu," tenna Shaw. "Miniex liberali, iżda moħħi miftuħ" Jonathan Shaw spjega kif bħala stat mintix tiggverna biss għallmaġġoranza, iżda għal kull "Ħriġt għax irrid nibni karriera fil-politika u mhux għax għandi bżonn il-flus" Ma rridux nallarmaw lin-nies Hu qal li l-Partit Nazzjonalista jaqbel mal-unjoni ċivili għallkoppji tal-istess sess, iżda kien hemm bżonn ta' numru ta' emendi fl-Att ippreżentat mill-Gvern Laburista. "Fl-Att kien hemm referenza għall-adozzjoni tattfal u din lanqas ma ssibha fl-Att taż-żwieġ. Allura kif se nniżżluha fl-Att tal-Unjoni Ċivili? Il-PN qal li din irridu noħorġuha minn hemm u nirranġaw il-liġi dwar l-adozzjoni." Hu semma wkoll li kien hemm referenza għal saċerdot, xi ħaġa li m'għandekx bżonn f 'Unjoni Ċivili. "Jidher li l-proċess kien wieħed mgħaġġel ħafna u għaldaqstant kien hemm diversi żbalji." Ma naqbilx ma' min jgħid "jien ma naqbilx ma' koppja gay li taddotta tfal." Dan għaliex qed tagħti l-impressjoni li koppja omosesswali mhux kapaċi tkun ġenitur xieraq. "Personalment naf persuni omosesswali li adottaw bħala persuni single. Il-problema hi kif is-soċjetà se taċċetta u tifhem tfal li jkollhom ġenituri omosesswali." L-Iskema taċ-Ċittadinanza hi sempliċiment bejgħ Mistoqsi jekk jaħsibx li l-Iskema taċ-Ċittadinanza tista' tagħti spinta lill-ekonomija Maltija, Shaw wieġeb li "ma nistgħux nieħdu ċerta deċiżjonijiet għaliex għandna bżonn il-flus. L-Iskema taċ-Ċittadinanza hi sempliċiment bejgħ tal-passaport Malti. Dan mhuwiex aċċettabbli. Minflok nistgħu nagħmlu skema ta' residenza u mhux ċittadinanza. IlGvern irid ikun kapaċi jsib metodi oħra minn fejn iġib il-flus." "Possibbli ma tarahiex ġejja u tħalliha tikber daqshekk" Jonathan Shaw qal li ma jistax jifhem kif il-problema tal-pagi tal-Partit Nazzjonalista waslet fi stat daqshekk ħażin. "Possibbli ma tarahiex ġejja din il-problema u tħalliha tikber daqshekk?!" Jiddispjaċini mmens għal ħaddiema li wħud minnhom kellhom jitilqu kontra qalbhom. "Iltqajt ma' ħafna ħaddiema li kollha jagħmlu xogħolhom b'dedikazzjoni kbira u qatt ma ħarsu lejn il-flus. Dan ifisser li f 'ċertu pożizzjonijiet trid tkun tifhem u kapaċi tmexxi u mhux sempliċiment politiku." Kif se tqarreb l-Ewropa lejn innies? "Għad hawn il-mentalità li Malta hawn u Brussell hemm. Issuċċessi huma grazzi għall-Gvern u l-problemi grazzi għall-Ewropa." Personalment inħares lejn din il-pożizzjoni bħala karriera u mhux għax għandi bżonn il-flus. Shaw qal li jiddejjaq meta jara lil xi ħadd li jkun Membru fil-Parlament Malti joħroġ għal din l-elezzjoni. "Ma narahiex ħaġa xierqa għallelettorat." Shaw dwar l-immigrazzjoni irregolari "Dan huwa suġġett diffiċli, sensittiv u fenomenu li għaddejja minnu d-dinja u mhux l-Ewropa biss. Huwa fenomenu għaliex iddinamika l-ħin kollu tinbidel. Filli għandek problema s-Sirja u filli banda oħra." Hu qal li rridu nsibu soluzzjoni għall-immigrant. "Jekk insibu soluzzjoni għall-immigrant awtomatikament insibu soluzzjoni għall-pajjiż." "Bħala MEP ma nkunx komdu li npoġġi u nistenna li nsibu soluzzjoni ta' burden sharing. Għandi d-dubji tiegħi jekk l-istati membri kollha jaqblux malburden sharing. Fuq kollox jeħtieġ li naħdmu flimkien ma' pajjiżi oħrajn." Il-PBS importanti li jżomm ilbilanċ Dwar is-sitwazzjoni tal-PBS, Shaw sostna li tant ngħixu ġo pajjiż żgħir li meta tkun fil-mezzi tax-xandir

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014