Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

artit Nazzjonalista Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 15 "Irridu nsibu soluzzjoni għallimmigrant" diffiċli biex tgħatti l-opinjoni politika tiegħek. "Min imexxi importanti li jżomm il-bilanċ. Jekk qabel kienu jsiru affarijiet mhux xierqa, dawn m'għandhomx isiru issa. Meta tmexxi jew tippreżenta programm u tagħti l-impressjoni li int newtrali u mbagħad ma timxix hekk u wara joħroġ li int mod ieħor, ir-reputazzjoni tiegħek qed tirredikolaha." Problema ewlenija li kellu jiffaċċja Lawrence Gonzi Dwar is-sitwazzjoni tal-PN visà-vis John Dalli, Franco Debono u Jeffrey Pullicino Orlando, il-kandidat Nazzjonalista qal li "ħadd ma ried ikun fiż-żarbun ta' Lawrence Gonzi f 'dak iż-żmien. Meta jkollok kwistjonijiet bħal dawn fil-partit tiegħek ma tistax taħdem sew. Wara kulħadd bravu, iżda żgur li xi ħaġa kien hemm. Tant kibret din il-kwistjoni li ma jkunx ġust li jien nikkummenta fuq it-tmexxija ta' Kap preċedenti. Ċertament, din il-kwistjoni m'għamlitx tajjeb għas-sitwazzjoni politika u ekonomika f 'pajjiżna." Fattur pożittiv tal-Partit Laburista "Naħseb li hemm iktar minn ħaġa waħda tajba fil-Partit Laburista. Iżda ħaġa tajba ħafna li għamlu qabel l-elezzjoni hi li ma qagħdux bilqiegħda jistennew in-nies jersqu lejn il-Partit Laburista, iżda ħarġu u avviċinaw nies ġodda. Din hi xi ħaġa li għandu jagħmel kull partit sabiex jiġbed aktar nies lejh." Shaw semma wkoll deċiżjoni tajba li għamel il-Partit Laburista fil-Gvern: ir-Riforma tal-Ġustizzja. "Huwa dritt fundamentali li jkollna sistema tal-Ġustizzja serja u effiċjenti."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014