Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919
SPORTSillum 28 illum Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 Envic Galea jikkordina l-Akkademja talFederazzjoni Internazzjonali tal-Ġudo IL-PRESIDENT talFederazzjoni Internazzjonali tal-Judo (IJF) u 'Sportaccord', is-Sur Marius Vizer, ħabbar l-Akkademja talFederazzjoni Internazzjonali tal-Ġudo (IJF) fil-Kungress tal-istess Federazzjoni li sar f 'Rio fil-Brażil f 'Awwissu li għadda. L-għan ewlieni ta' din il-Federazzjoni huwa li tipprovdi edukazzjoni professjonali fis-setturi kollha tal-ġudo. L-Akkademja l-ewwel bdiet billi tiffoka fuq is-settur tekniku, iżda aktar tard ser tattendi wkoll għas-segment maniġerjali u oqsma oħrajn fejn hemm il-ħtieġa. L-IJF tapprezza li l-iżvilupp u t-tmexxija tal-Edukazzjoni tal-kowċis nazzjonali u s-sistema taċ-ċertifikazzjoni tista' tkun lil hinn mir-riżorsi tal-Federazzjoni. Għalhekk, l-Akkademja ser tgħin lillFederazzjonijiet Nazzjonali f 'din l-edukazzjoni u ċertifikazzjoni għallpersunal tekniku tagħhom. L-Akkademja ngħaqdet mal-Fakultà tal-Edukazzjoni Fiżika (PE) u x-Xjenzi Envic Galea ikompli jagħmel isem fil-judo kemm f'Malta kif ukoll barra minn xtutna Sportivi tal-Università ta' Semmelweis, li hija l-akbar u l-eqdem ċentru għalledukazzjoni u t-taħriġ fl-isport u l-attività fiżika fl-Ungerija b'86 sena ta' storja, oriġinarjament stabbilita bħala l-Kulleġġ Irjali talEdukazzjoni Fiżika fl-1925, u żviluppat tliet livelli ta' korsijiet ta' taħriġ li huma: Livell 1 Instructor, Livell 2 Coach u Livell 3 Pro Licence. Dawn il-korsijiet huma mwassla b'mod prattiku u innovattiv, permezz ta' sistema mħallta, b'lezzjonijiet teoretiċi pprovduti online u sessjonijiet prattiċi ta' ġimgħa jew ġimagħtejn. Din is-sistema għandha ħafna vantaġġi; il-korsijiet huma mfassla biex jissodisfaw it-talbiet differenti li huma involuti fi ħdan komunità ta tagħlim online. L-istudenti huma ħielsa li jistudjaw fil-ħin tagħhom bil-pass tagħhom, sabiex ikollhom l-opportunità biex ilestu l-kors magħżul tagħhom malajr jew bil-mod kif jixtiequ. Il-kors tal-instructor huwa maħsub biex iħarrġu kowċis għal xogħol effettiv ma' atleti żgħażagħ u dawk li għadhom kif jibdew. Is-sillabu jenfasizza suġġetti teoretiċi u l-ħiliet prattiċi ta' taħriġ. Fl-istess ħin, il-kors tal-instructor jipprovdi bażi teoretika li hija biżżejjed sabiex tippermetti Instructors li jkomplu jitgħallmu, jew permezz ta sforzi tagħhom stess jew fi ħdan l-istruttura tal-Akkademja. Envic Galea mar Tata fl-Ungerija għall-kors residenzjali li sar bħala wieħed pilota. Hemm hu finalment iltaqa' wiċċ imb wiċċ mas-16-il kowċ li rnexxielhom jaslu sal-aħħar, mill-25 li bdew il-kors f 'Settembru li għadda. Is-16-il kowċ li ġejjin mill- Kamerun, Niġer, Ħaiti, il-Gwatemala, Sierra Leon, l-Armenja, iż-Żambja, it-Turkija, il-Pakistan, ilKosovo, u l-Ungerija, ġew eżaminati u ttestjati qabel ma kwalifikaw biex irċevew ċ-ċertifikat tal-IJF Instructor u ċertifikat mill-Università ta' Semmelweis. L-attivitajiet tal-Ġudo tmexxew mid-Direttur Sportiv tal-IJF, Daniel Lascau, u l-Koordinatur tal-Akkademja Envic Galea. Is-sessjonijiet akkademiċi fiċ-Ċentru Olimpiku ta' Tata ġew eżaminati minn Dr Tibor Kozsla assistit minn Gergely Kiss. Matul dan is-seminar ta' ġimgħa, il-parteċipanti kisbu wkoll ċertifikat talEwwel Għajnuna mir-Red Cross Ungeriż. Il-lezzjonijiet ġew mogħtija minn Dr Moghaddam Amin Maysam. Kummenti mill-istudenti kienu inkoraġġanti ħafna u dawk kollha li għamlu l-grad ħerqana għal-livell 2 "Coaching". Aktar dettalji huma disponibbli fuq is-sit elettroniku www.ijf.org Ingram t, Valletta Republic Stree urts next to the Co