Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919
SPORTSillum Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 29 Sena oħra pożittiva għall-futsal f'Malta – x'hemm lest għal matul din is-sena? L-AĦĦAR sena kienet sena oħra ta' impenn għal Futsal Malta Association (FMA) biex iżżomm il-livell tal-futsal f'Malta għoli. Kienet sena li rat lil Balzan u lil Hibernians bħala l-protagonisti prinċipali b'konfronti bilanċjati bejniethom. L-2013 rat ukoll il-bidla fil-format talkampjonat Malti. Dan kien seħħ f'laqgħa tal-kunsill eżekuttiv fejn kien deċiż li l-kampjonat ikun magħmul minn żewġ diviżjonijiet: Premier bi 15-il tim u l-Ewwel Diviżjoni bi 13-il tim. Nagħtu ħarsa lejn uħud millmumenti prinċipali li kellna matul is-sena 2013. Fid-19 ta' Frar, il-konfront dirett bejn Balzan u Hibernians intemm fi dro ta' 3-3. Dan żamm lil dawn iż-żewġ ġganti flimkien fl-ewwel post b'27 punt biddifferenza li Balzan kellhom vantaġġ fin-numru ta' gowls skurjati minn naħa tagħhom. F'din it-taqtigħa, Hibernians kienu marru darbtejn filvantaġġ, b'Balzan iżommu d-dro. Għal Hibernians kellna doppjetta ta' Boicho Marev u gowl ta' Giorgi Gerasimov, filwaqt li għal Balzan kienu skurjaw Basil Emeka, Nicola Del Re u Cosmin Anton. Fit-12 ta' April, ir-referi tal-futsal Franco Cachia kellu suċċess fil-preżenza tiegħu waqt partita valida għallkwalifikazzjoni Ewropej fitTurkija. Cachia kien l-uffiċjal tal-partita flimkien malIspanjol Fernando Gutierrez Lumbrera. Cachia kien ingħata dawn il-voti: 8.4 fil-logħba tatTurkija kontra s-Slovenja, 8.6 fil-logħba tas-Slovenja kontra l-Ukranja u 8.5 fil-logħba talUkranja kontra t-Turkija. Fis-26 ta' April, Balzan rebħu t-tieni l-aqwa titlu għall-istaġun 2012/13, meta rebħu l-FXDD KO, li ġie organizzat għallewwel darba mill-Futsal Malta Association. Fil-finali huma għelbu lil Hibernians bl-iskor ta' 6-3, f 'logħba missielta sew fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin. Quddiem attendenza rekord, mill-ewwel dehret li kienet se tkun logħba ta' livell għoli. Balzan kienu fetħu l-iskor permezz ta' Basil Emeka u Hibernians għalqu l-ewwel taqsima fi dro permezz ta' Cedric Sciberras. It-tieni taqsima kompliet fuq binarji bilanċjati sakemm Balzan reġgħu kisbu l-vantaġġ minn freekick stupend ta' Florin Anton. Hibernians baqgħu hemm u ġabu t-2-2 permezz ta' Boicho Marev. Wara li għal Balzan tkeċċa Nicola del Re, għal Balzan ġew żewġ gowls oħra ta' Glenn Bonello u Basil Emeka. Meta kien għad fadal tliet minuti, Hibernians naqsu d-distakk, permezz ta' Sciberras għal darb'oħra. Għal Balzan ingħata penalty li Bonello ma falliehx. Gowl brillanti ieħor ta' Florin Anton, issiġġilla r-rebħa għal Balzan. Wara tmiem il-partita, Christian Micallef, il-Captain Balzani ġie mogħti t-tazza mingħand il-General Manager ta' FXDD Fiona Soler u Donald Spiteri l-President tal-FMA. Fl-24 ta' Mejju, Hibernians ġew dikjarati bħala rebbieħa tal-Kampjonat Premier talFutsal. Dan wara li għelbu lil Balzan bi skor aggregate ta' 7-2. Għal din il-logħba reġa' kien hemm attendenza rekord filPadiljun Sportiv ta' Kordin. IlPawlisti kellhom rebħa ta' 5-0 ftit tal-ġranet qabel u għalhekk d-dro ta' 2-2 tahom dan ittitlu. Għal Hibernians kienu biżżejjed il-gowls ta' Blogovist Marev u Giorgi Gerasimov. Min-naħa tagħhom Balzan Il-pubbliku sportiv jawgura li s-sena 2014 fil-futsal terġa' tkun waħda ta' suċċess bħalma kienet ta' qabilha ippruvaw inaqqsu l-iskor permezz ta' Basil Emeka u Alexander Ribic. B'hekk Hibernians rebħu l-ewwel kampjonat taħt it-tmexxija tal-FMA. Il-President Donald Spiteri ta t-tazza taċ-champions lill-Captain Xavier Saliba fost il-ferħ indeskrivibbli tat-tim ta' Hibernians. Fil-21 ta' Awissu ġie deċiż li l-kampjonat ikun magħmul minn żewġ diviżjonijiet. Dan wara li kien hemm xi timijiet li għażlu li ma jibqgħux jipparteċipaw fil-logħba talfutsal. Għalhekk il-Kampjonat Premier 2013/14 huwa kompost minn Hibernians, Balzan, Luxol, San Ġwann, Qormi, Tarxien, Ħamrun, Żabbar, Melita, Luqa, Mosta, Żurrieq, Pembroke, Vittoriosa, Swieqi u Birżebbuġa. Aktar tard Tarxien irtiraw milli jieħdu sehem f 'dan ilkampjonat. L-Ewwel Diviżjoni hi magħmula minn Żebbuġ, Fgura, Santa Luċija, Valletta, Gżira, Siġġiewi, Sirens, Marsaskala, Kalkara, Mqabba, Naxxar, Qrendi u Msida. Fit-2 ta' Settembru, Hibernians waslu lura millFinlandja wara li ħadu sehem fil-UEFA Futsal Cup. Huma spiċċaw fit-tieni post fil-grupp. Mal-wasla tagħhom ingħataw merħba kbira kif kien jixraq fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Spikka ħafna l-banner bilkliem: "Hibernians FC Futsal - The First Maltese Club that ever won abroad and made history". Fil-logħob tal-UEFA Futsal Cup li ntlagħbu fil-Finlandja, Hibernians kellhom dawn irriżultati: Ilves Tampere vs Hibernians 2-2 Hamburg Panthers vs Hibernians 7-2 Hibernians vs Gentofte 3-2 Fit-28 ta' Settembru, Balzan rebħu s-Super Cup kontra Hibernians. Balzan li kienu ferm dominanti ħadu dan l-ewwel suċċess għall-istaġun 2013/4 bliskor ta' 5-1. Għal Balzan żewġ gowls kmieni fl-ewwel taqsima mingħand Emil Raducu u Nicola Delre. Hibernians skurjaw l-uniku gowl tagħhom permezz tal-captain Xavier Saliba. Kien hawn li Hibernians għamlu ħilithom kollha biex iġibu d-dro. Għaldaqstant Balzan komplew bit-tranżizzjoni pożittiva tagħhom u skurjaw tliet gowls oħra permezz ta' Jovica Milijic, Glenn Bonello u Marc Areny Albert. Waqt din il-logħba t-tensjoni kienet tinħass evidenti, tant li ż-żewġ timijiet temmew il-partita bi plejer anqas. Dan wara li tkeċċew Levan Kobaidze għal Hibernians u Marc Areny Albert għal Balzan wara li rċevew it-tieni karta safra. Wara t-tisfira finali, kien hemm il-preżentazzjoni tas-Super Cup qalb il-ferħ kbir tal-plejers u partitarji ta' Balzan li kienu preżenti, għal darb'oħra filPadiljun Sportiv ta' Kordin. Min jaf x'hemm lest għallfutsal lokali matul din is-sena li għadha kif bdiet ftit tal-jiem ilu! Żgur li taħt it-tmexxija ferm ħabrieka tal-President talFMA, Donald Spiteri, għandna nassistu għal spettaklu garantit f 'dan l-isport li f 'dawn l-aħħar snin għamel passi ta' ġgant 'il quddiem u li kulma jmur qed ikompli jikber fis-suċċess u filpopolarità tiegħu! Sitt punti neqsin ma jxekklux lil Floriana MATUL is-sajf li għadda Floriana bi ftit tibdiliet meħtieġa kienu lesti li jimxu 'il quddiem minn fejn ħallew fil-kampjonat preċedenti. Qabel il-bidu tal-kampjonat ta' din is-sena, dehru li se jkunu tim b'saħħtu. Bħala pre-season kienu mħejjija tajjeb. F'Awwissu rebħu l-AME Cup li ntlagħbet fil-grawnd tas-Sirens f'San Pawl il-Baħar, bejn Qormi, Naxxar Lions, Vittoriosa Stars, Tarxien Rainbows, Mosta, Rabat Ajax, Balzan u l-istess Floriana. Floriana bi plejers għatxana għar-rebħ Għalhekk l-aspettattivi fost il-partitarji Furjaniżi kienu mogħla s-sema! Però l-ewwel doċċa kiesħa ġiet meta Floriana ġew mnaqqsa sitt punti qabel il-bidu talkampjonat. Dan poġġa lit-tim ta' Floriana fit-triq għat-telgħa. Għall-bidu, b'mod speċjali flewwel tliet logħbiet Floriana ma setgħux jinqalgħu minn din issitwazzjoni. Iżda, Floriana dan l-aħħar kisbu punti importanti u rebħu diversi logħbiet u temmew is-sena 2013 minn -6 għal 21. Dan mertu tal-plejers li hemm fit-tim ta' Floriana, li ħafna minnhom huma żgħażagħ mimlija ħeġġa għarrebħ. M'hemmx dubju li fost il-plejers li l-iktar impressjonaw għalihom sa issa nsibu lil Igor Coronado li meritament rebaħ l-unur prestiġjuż tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru. Kollox jindika li għalkemm bdew b'6 punti neqsin huma jistgħu jagħmluha fiċ-Championship Pool fejn tabilħaqq jistoqqilhom li jkunu meta wieħed jikkunsidra l-istorja glorjuża tagħhom.