Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

SPORTSillum L-istilla tal-futur fl- 30 illum | Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 Luke Bezzina – li ta' età pjuttost żgħira diġà kiseb bosta suċċessi kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn Malta u jista' jiġi kkunsidrat bħala l-istilla tal-futur fl-atletika CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Minn dejjem kont tifel enerġetiku, il-ġenituri tiegħi nkoraġġewni biex nipparteċipa f 'kull tip ta' sport fosthom l-atletika, il-ġinnastika u l-għawm bħala attivitajiet ekstra kurrikulari biex ikolli fejn naħli l-enerġija tiegħi. Dejjem kont nippreferi mmur għal taħriġ tal-atletika u spiċċajt biex nibda nitħarreġ esklussivament l-atletika meta kelli bejn 13 u 14-il sena. Raġuni oħra 'l għala ppreferejt l-atletika kienet meta kont insegwi kompetizzjonijiet internazzjonali tal-atletika fuq it-televixin lura fiżżmien fejn kont inħoss eċitament partikolari kull darba li kont nisma' it-tir mill-pistola li jfisser it-tluq tat-tiġrija u l-atleti jitilqu jiġru minnufih, fejn ittrasmettewli dik ix-xewqa li nesperjenza dik l-istess emozzjoni li huma kienu jħossu. X'unuri prinċipali rbaħt matul il-karriera tiegħek? Bdejt nipprattika l-atletika meta kelli 5 snin, flimkien ma' sport ieħor fosthom il-ġinnastika u l-għawm sa meta kelli 14-il sena meta ddeċidejt li nibda l-atletika bħala l-isport prinċipali tiegħi. Bdejt nitħarreġ b'mod professjonali taħt is-superviżjoni tal-kowċ tiegħi Zeljko Aras lura fl-2009. Fis-sena ta' wara kkwalifikajt għal-Logħob tal-FISEC li saru fi Franza u ksibt il-midalji tal-fidda u tal-bronż. Dan inkoraġġieni biex inkompli nitħarreġ l-atletika. Ipparteċipajt ukoll fl-edizzjonijiet tal-2011 u tal2012 tal-Logħob tal-FISEC kif ukoll fil-Logħob tal-COJI fl-2012 fejn spiċċajt fir-raba' post fil-11 metru u fis-sitt post fil-200 metru li jistgħu jitqiesu bħala riżultati pożittivi iżda ma kontx kuntent bil-wirjiet tiegħi tul dawk is-sentejn. Tkellimt malkowċ tiegħi u flimkien ippjanajna l-istaġun 2012/13 li wassal għal riżultati tajbin u sodisfaċenti fejn jien kont wieħed mill-ftit atleti tal-Juniors li qatt ksirt ir-rekord tal-11-il sekonda, ikkompetejt filLogħob tal-Pajjżi ż-Żgħar tal-2013 fil-Lussemburgu fejn kont l-iżgħar atleta fil-kompetizzjoni tal-100 metru waqt li kont first leg fil-4 x 100 m fejn irbaħt il-fidda. Matul din is-sena, ikkompetejt ukoll filKampjonati Ewropej tat-Timijiet fejn flimkien ma' sħabi, għent littim nazzjonali biex jirbaħ diversi punti fil-linja tiegħi ta' sprints kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej talJuniors. X'kienu jfissru għalik il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tas-sena li għaddiet? Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta' din is-sena waslu f 'punt fil-karriera tiegħi fejn kont tejjibt l-istil tiegħi u t-teknika tal-ġiri kienet ħafna iktar b'saħħitha mis-snin ta' qabel li wassluni biex inkun l-iżgħar atleta fil-finali tal-100 metru fejn temmejt fil-ħames post waqt li flimkien ma' sħabi rbaħt il-fidda fil-4 x 100 m relay. Dawn il-Logħob partikolari nkoraġġewni biex nitħarreġ iktar b'saħħti biex ikolli wirjiet aħjar fis-snin li ġejjin. "Id-dinja tiegħi tingħalaq f'arena silenzjuża u kull ma niffoka huwa li ntemm it-tellieqa flewwel post" Is-suċċess tiegħek fl-atletika huwa dovut għal talent naturali jew anki ta' taħriġ intensiv? Jien dejjem inżomm f 'moħħi tagħlima li darba għallimni missieri: "taħriġ intenisv mingħajr talent huwa mistħija, iżda talent mingħajr taħriġ intensiv huwa traġedja." It-talent jgħin biex wieħed isir atleta kbir iżda mingħajr ma wieħed jiddedika ħin sostanzjali għal taħriġ intensiv u s-sagrifiċċji meħtieġa biex jilħaq l-għanijiet tiegħu u l-ħolm tattfulija, kollox ikun ħin moħli. Ħafna jgħiduli li jien atleta mittwelid u jaħsbu li l-atletika għalija hija xi ħaġa faċli iżda mingħajr it-taħriġ intensiv li niddedika partikolarment fit-taħriġ tal'preseason', ma kontx nirreġistra l-ħinijiet li rnexxieli nirreġistra matul dan l-istaġun. li huwa ferm imbiegħed iżda għan partikolari tiegħi li ninsab ċert li se jsir realtà huwa dak li nikkompeti fil-Logħob Olimpiku li se jsiru fil-belt ta' Rio De Janeiro fil-Brażil fl-2016. M'hemmx dubju li dan l-istaġun tiegħek jista' jitqies bħala wieħed ta' suċċess. Kont qed tistenna li tikseb dan is-suċċess? Kif għidt qabel, l-aħħar sentejn ma kinux l-aħjar għalija bħala atleta u ma kontx kuntent bilwirjiet tiegħi 'overall'. Il-kowċ tiegħi flimkien miegħi għamilna sforz kbir u ppjanajna ħafna għal dan l-istaġun biex ikun wieħed ta' suċċess kif diġà kien sa issa partikolarment mit-taħriġ tal'preseason' 'l hawn fejn komplejt bis-serje ta' wirjiet kbar kemm fittaħriġ kif ukoll f 'kompetizzjonijiet lokali u anki barra minn Malta. Huwa fatt li l-atleti kollha jsofru minn injuries relatati ma' taħriġ żejjed u possibbilment injuries iktar serji. Madankollu jien kont fortunat li dan l-istaġun għadda mingħajr ma sofrejt l-ebda injury li setgħet timpedini milli jkolli wirjiet tal-ogħla livell. "L-atletika saret parti minn ħajti u tgħinni nżomm ruħi ffukat u ddixxiplinat." Kif tiddeskrivi lil ħajtek barra l-isport? Bħalissa ninsab fl-Ewwel Sena tiegħi bħala student fl-Università ta' Malta fejn qed nistudja fissettur finanzjarju. Ovvjament, li tibbaża karriera fl-isport li ttul għal ħajtek f 'pajjiżna hija ferm diffiċli partikolarment minħabba r-riżorsi limitati tagħna u anki minħabba l-fatt li l-isport f 'pajjiżna ma tantx jingħata importanza kbira. Insib l-ekonomija interessanti u qed nippjana li nkompli l-istudji tiegħi f 'dan is-settur. X'inhuma l-għanijiet immedjati u dawk iktar fit-tul tiegħek? L-għanijiet immedjati tiegħi għal dan l-istaġun huma dawk li nikser ir-rekord nazzjonali tal-Juniors fil-100 metru u l-200 metru u li nikkwalifika għall-Kampjonati Mondjali tal-Juniors li se jsiru lejn tmiem dan l-istaġun fl-Istati Uniti. Dan jirrikjedi xhur ta' ħidma biex isir realtà u jien ninsab lest biex nimbarka fuq dan il-vjaġġ. Personalment, inħobb ngħix ilħajja ġurnata b'ġurnata u ma tantx niffoka ħafna fuq il-futur li jidher Xi jfisser għalik li tikkompeti għal Malta? Il-kompetizzonijiet dejjem juru li aħna bħala Maltin iktar b'saħħitna milli fil-fatt naħsbu li aħna. Meta nara l-impenn li kemm l-MOC kif ukoll l-MAAA ipoġġu kif ukoll il-fondi li huma jiddedikaw għallkompetizzjonijiet internazzjoanli bħal m'huma l-Logħob tal-Pajjżi ż-Żgħar u l-Logħob tal-ETC fost oħrajn, iġiegħluni nħossni onorat li għandi l-privileġġ li nikkompeti għal pajjiżi. Meta nkun fuq l-istarting line tat-tellieqa, bissalib Malti fuq sidri, id-dinja tiegħi tingħalaq f 'arena silenzjuża u kull ma niffoka huwa fuq li ntemm ittellieqa fl-ewwel post. Din kienet ħolma ta' tfuliti li nikkompeti għal pajjiżi u issa din l-istess ħolma qed issir realtà. X'tikkunsidra li huma l-attribwiti tiegħek fl-atletika? Nara lili nnifsi l-aħjar fl-ewwel parti tat-tellieqa. Huwa diffiċli għal atleta ieħor li jegħlibni flewwel 50 metru. Inħobb nistudja ħafna teknikalitajiet ta' atleti differenti waqt li nislet l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn l-istess

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014