Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

SPORTSillum -atletika Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 31 Luke Bezzina Twieled fis-7 ta' Mejju 1995 f'Tal-Pietà Beda jipprattika l-atletika meta kellu 5 snin, flimkien ma' sport ieħor fosthom il-ġinnastika u l-għawm sa meta kellu 14-il sena meta ddeċieda li jibda l-atletika bħala l-isport prinċipali tiegħu Fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta' din issena sar l-iżgħar atleta li temm fil-ħames post fil-finali tal-100 metru waqt li flimkien ma' sħabu rebaħ il-fidda fil-4 x 100 m relay Ritratt: Ray Attard L-għanijiet immedjati tiegħu għal dan l-istaġun huma dawk li jikser ir-rekord nazzjonali tal-Juniors fil-100 metru u l-200 metru u li jikkwalifika għallKampjonati Mondjali tal-Juniors li se jsiru lejn tmiem dan l-istaġun fl-Istati Uniti teknikalitajiet. Niffoka l-iktar fuq it-teknika tal-atleta Maurice Green, eks 'record holder' taddinja minħabba l-fatt li dan dejjem kellu wirjiet mill-aqwa. Bħalissa qed niffoka iktar fuq it-tmiem tat-tellieqa li għandha ttejjeb it-teknika 'overall' tiegħi għallkumplament tat-tlielaq għal matul dan l-istaġun. Kif tikkumpara lill-atleti Maltin ma' dawk barranin? Atleti barranin huma ħafna iktar b'saħħithom meta kkumparati magħna l-Maltin u dan jirriżulta f 'oppożizzjoni diffiċli li jkollna nikkompetu kontriha. Ir-raġuni 'l għala atleti barranin huma ħafna iktar b'saħħithom minna hija primarjament minħabba r-riżorsi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom li huma ħafna iktar milli għandna aħna f 'Malta u li jinkludu trakki 'indoor', faċilitajiet ta' Universitajiet bit-trakki, baġit finanzjarju ikbar għall-atleti li jiġu pprovduti b'servizzi ta' trattament waqt li sponsorships minn kumpaniji ikbar jingħataw b'iktar faċilità milli jingħataw f 'pajjiżna. Dawn l-affarijiet kollha li semmejt jinfluwenzaw l-wirjiet ta' atleti barranin meta kkumparati magħna l-atleti Maltin u hija xi ħaġa li rridu ngħixu biha u nippruvaw nikkumbattu kontra meta nkunu fuq l-istarting line qabel xi tellieqa partikolari. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek tikkompeti f 'dan il-livell? Jien inħoss li għadu kmieni biex ngħid meta se nieqaf nikkompeti fuq livell professjonali madankollu nista' ngħid li se nibqa' nikkompeti sakemmm indum inżomm ruħi f 'saħħti u tajjeb biżżejjed biex nikkompeti f 'dan il-livell li fih qed nikkompeti bħalissa. Kollox jirrikjedi li wieħed jagħti l-ħin dovut biex jikkompeti f 'dan illivell u li jagħti l-100 % tiegħu u għalhekk kull impenn ifisser li jkollok tissagrifika l-ħin liberu tiegħek. Madankollu jekk tkun tħobb l-isport, dan isir parti millħajja tiegħek u għalhekk lanqas taħseb li toqgħod tikkalkula n-numru ta' sigħat li tiddedika kull ġimgħa li jwasslu għal ġranet sħaħ biex tipperfezzjona lilek innifsek fl-isport. L-atletika saret parti minn ħajti u mingħajrha ma nkunx nista' nlaħħaq ma' dmirijiet oħra li għandi f 'ħajti b'mod effikaċi kemm nista' minħabba li tgħinni nżomm ruħi ffukat u ddixxiplinat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014