Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919
6 illum | Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 In-Nimrod jgharrex ... u l-Bu JOHN BUSUTTIL WARA dawk l-awguri kollha fost tgħanniq u bews bdejna s-sena l-ġdida jekk Alla jrid. U kemm hawn nies joħolmu li issa li għandna sena ġdida kollox se jmur sewwa għax il-ħażin għadda. Fejn min imexxina jwegħedna l-ilma jiżfen kif fil-fatt sar fi Smart City. Isma' bilħaqq mela dik mhux white elephant kienet? Ma kinux qalulna li dik fantasija ta' Wenzinu? Ma nafx iżda hu fatt li dan il-Prim Ministru dinamiku kapaċi għal kollox u fejn Wenzinu ma wasalx b'5,000 impjieg, ilkbir Jowey irnexxielu jieħu 5,000 persuna jaraw l-ilma jiżfen. L-esperjenza parlamentari ta' Marlene issalvaha Għall-erwieħ x'qatgħa tatna din Marlene wkoll. Marret tgħum fl-eqqel tax-xitwa fil-bajja tal-Ġnejna (hekk imsejħa tal-għarwenin). Fejn sejrin b'raskom ħbieb? Normalment irġiel ikunu bla ħwejjeġ hemm u fis-sajf. Daruha l-bram miskina… skont hi stess mijiet kienu! Iżda l-esperjenza li ħadet fil-parlament li tgħum mal-brama għenitha wisq. Għalkemm hemm xi ilsna ħżiena qalu li meta messewha l-bram ġew ivvelenati huma. Jibqa' fatt li dawk li ħasbu li se tagħlaq ħalqha naħseb li għarralhom għax issa kulħadd jaf li t-tingiża tagħha hi aqwa minn dik ta' kull brama. Awguri Marlene! Bilħaqq ara xi qrajt dwar il-jelly fish, bl-Ingliż din ta'. Jifhimha min iż-żikk irid: "The fact that jellyfish have survived for 650 million years despite not having brains is great news for stupid people". Imma xiżżikk għandha x'taqsam din? U jien naf għax ftakart fiha wara t-trawma ta' Marlene li jaħasra ġiet sazlvata milljellyfish... minn dawk ta' bla moħħ... Nimrod kollox perfett mill-Arriva taħt gvern Malti Kulħadd ifittex il-fufu ta' Ingrid