Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Il-poodle uzu jzekzek Kulħadd ifittex il-fufu ta' Ingrid Mela din Ingrid ma kellhiex x'tagħmel. Ikkritikat l-fufu ta' Michelle. U l-fans ta' Michelle irritaljaw billi kollha marru jfittxu l-fufu ta' Ingrid. Jien sibtulha (araw ir-ritratt) inti sibtu? Awguri Ingrid! Il-kartolini tal-Milied, ilkalendarji u l-politiċi Mela l-Milied li għadda mtlejt kartolini. Ma kienx hawn kandidat li ma bagħatlix kartolina, xi kalendarji u kliem sabiħ. Kemm xtaqitli ġid u hena miskina Giovanna sena ilu, u issa nsietni, mhux talli hekk talli ħallietni mingħajr kalendarju tas-sena l-ġdida. Anke l-Ministru l-ġdid xtaqli l-paċi 12-il xahar ilu u dis-sena ħallieni bla kartolina fid-dar. Għalkemm fl-ewwel tas-sena għannaqni u awgurali (għax sabni quddiemu kumbinazzjoni). Anke Franco u Justyne insewni. U s-Sur Cordina wkoll ħallieni bla kalendarju. Filwaqt li Chris ħallieni b'xejn ukoll, avolja fejn jarani jdoqqli l-ħorn u jxejjirli. Għal Milied insewni kollha dis-sena. X'differenza tagħmel elezzjoni hux. Kemm tiġbed imħabba u hena din l-imbierka elezzjoni. Mingħajrha jinsik kulħadd. Insomma jien missieri kien jgħallimni li dak li tiżra' taħsad. Isma' taf li lanqas dawk tal-Ewropa ma bagħtuli l-awguri tagħhom. Insomma kienu mħabbtin naħseb. Nispera li ma nkunx imħabbat bħalhom meta tasal ilġurnata tagħhom. Jekk ma niftakarx fikom għax inkun imħabbat nawguralkom xorta ħbieb…Awguri ħbieb politiċi! L-isqof u l-gays U xi tgħiduli għal dan l-isqof ġgant li għandna eh (tparlawx fil-vojt… itwal minnu jien… iva xi żewġ ċentimetri imma xorta itwal). X'għamlilna eh. Mar jugżana lil Papa għax il-gays se jibdew jadottaw. Issa sew… nispera li ma qallux ukoll li l-Knisja Maltija kienet tidfen lil uliedha fil-miżbla għax ara kemm kien jeħodha bi kbira l-Papa. Innutajtu bilħaqq li s-salib tiegħu akbar minn tal-Papa. Tgħid jużah biex iżommlu l-bilanċ minħabba li jimxi ħafna stirat lura, ma tmurx tgħelbu rasu? Awguri Charles! U la qegħdin fuq il-gays nixtieq nistaqsikom din għax ġejt f 'diffikultà. Meta jsir żwieġ/unjoni (taqrax fejn ma japplikax) bejn żewġt irġiel, l-uffiċjal li jkun qed iżewwiġhom x'se jgħid eżatt? S'issa jgħidu "I now pronounce you man and wife". Issa jekk ikunu żewġ irġiel se jgħid, "I now pronounce you MAN UTD"? Ammettu li tbissimtu. Awguri ħbieb tiegħi gays! Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 7 Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Marlene u l-bram Jien nissuġerixxi li Marlene Farrugia tipprova tifhem ftit li biex tattira l-attenzjoni ma hemmx bżonn taqbeż il-baħar f'Jannar u wisq aktar iċċempel il-Protezzjoni Ċivili. Jien nifhem li hemm problema kbira ta' protagoniżmu u ego-ċentriżmu, u narċisiżmu, imma hemm bżonn li tifhem li sakemm titlaq millpolitika għandha bżonn tikkalma u tfittex li ma tkomplix tattira wisq attenzjoni. Pariri lest nagħtiha b'xejn! Wegħda solenni Jiena niftakar, li kull darba, fil-bidu tas-sena, nagħmlu wegħda. Mela l-ewwel waħda li ma nkomplix nitkellem fuq ilħadra, beżqa, vomtu li tgħix il-Bidnija. Le minn issa 'l quddiem kull darba li rrid insemmi lilha ħa nsemmi minn jagħtiha l-ispazju jiġifieri lil Pierre Portelli, Malcolm Miller, Joe Said u David Bartoli. Hekk sew u għamluli pjaċir tkomplux tixtru l-Independent. Joe Said le mhux dak L-ewwel nett kondoljanzi. Mela dik li hija sostnuta minn U sadattant il-ħajja tkompli Pierre Portelli, Malcolm Miller, David Bartoli u Joe Said dak li għadu ħaj għażlet li żżeblaħ fin-nofs lil Joe Said li miet. U Alla sejra, ftit żieda 'l hawn jbierek issawwat lil dawk għax ma tkellmux fuq il-mewt tiegħu tal-petrol u ftit 'l hemm u targumenta minn sormha li għax kienu użawh politikament. tal-gass. L-Arriva rranġat Ara vera għandha bżonn tmur tara psikjatra. Jiena għalhekk mil-lejl għan-nhar għax nissuġerixxi lil Pierre Portelli, Malcolm Miller, David Bartoli u issa mmexxija mill-Gvern Joe Said tal-Lombard (biex niftehmu) biex jiskużaw mal-familja Malti, ras Victor Apap Said u jkomplu jsostnu dik li għandha problema serja ta' ġenn u reġgħet taret minn postha (tort ta' ħadd). Sant ma jridx kattiverja. president Nazzjonalist u Tonio in Tigné jgħid li George laħaq għax Kont Tigné Point u rajt l-kummissarju Tonio Borg miexi hemm sigriet magħruf (li jien bħala stupidu ma nafux) waħdu fil-mall, iħares qishu l-post tiegħu. Idejh wara dahru, u u Refalo mar iġib lis-Slaten liebes kowt twil. Issa jien ma nafx imma kien daqxejn assurd. Jaqaw ma hemmx ħwienet tajbin Brussell? Jew kien qed Maġi mill-Italja, fuq iżjipprova jammira l-isbuħija tal-kapolavur tal-ħabib tagħna żwiemel flok fuq l-iġmla Bertu Mizzi? u fosthom ħadd m'hemm iswed (għax ma sabx Simon u Joseph wieħed ta' karnaġġjon skur Al madoff iż-żewg mexxejja kienu barra fil-weekend imsefrin. f 'Għawdex). U bilħaqq Simone bħalma Għandi feeling li t-tnejn kienu qed jiffriskaw il-memorji flimkien. Hekk għandu jkun, hawn Malta kulħadd jgħajjar lil jħobb jagħmel kultant kulħadd u barra kulħadd ħabib. żmien jisparixxi mix-xena. Għalkemm smajt li bħalissa L-Isqof Scicluna intefa' jdoqq l-albums ta' Jien niftakru tafux fl-Università, l-Isqof Scicluna. Kemm kien Bruce Springsteen fejn gustuż u ferm aktar importanti kemm kien Nazzjonalist. Iva intgħoġbu ħafna 'Working on a Dream' u 'High Hopes'. ħija, Nazzjonalist minn dawk li ma jarax bejn sema u art. Issa ħareġ bl-għajta li jekk Kattoliku għandek tivvota kontra ż-żwieġ Awguri Simone! ċivili. Kompli Chalie, għax iktar ma titkellem iktar qed tħaffer qabar għall-Knisja. Knisja li iktar ma jgħaddi żmien iktar turi li TATA u AWGURI lilkom hija aljena għaż-żminijiet tal-lum. kollha ħbieb u mhumiex, u l-kartolini nsewhom għax Natalino tar-rix ma nibgħatx! Biex inkomplu nikkonfermaw dak li dejjem konna nafu d-dottor Natalino Fenech issa għandu rubrika tal-għasafar fuq DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW l-Independent. Għax ma tafx, Pierinu Purtelli dak tal-pastizzi, stiednu biex jikteb fuq l-għasafar. U veru tajjeb, għax ngħiduha kif inhi, fuq l-għasafar forsi jibbrilla (xorta mhux xi bravu) imma meta niġi għall-aħbarijiet oġġettivi… eħħ kwistjoni ta' opinjoni. U l-opinjoni sagra tiegħi… li mnalla ħlisna minnu fuq il-PBS. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Norman we love you Ħadt pjaċir nisma' li Norman ser joħroġ għall-Parlament Ewropew f'isem il-partit tiegħu. Għall-ewwel kelli nħokk rasi mhux ħażin biex nara ma' liema partit hu. Għax verament meta stajtx nifhem ma' liema forza politika jżomm. Anki l-fatt li Marlene tal-bram tappoġġjah tkompli tikkonferma li hemm xi ħaġa stramba fil-politika tiegħu. Bejnietna sirt naf ma' liema partit għax indunajt li dik li hija ssotnuta minn Pierre Portelli, Malcolm Miller, Joe Said u David Bartoli qed taqbeż għalih. Eureka ħiereġ mal-partit ta' Simon. Hurrah!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014