Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 | illum 9 €12.5 miljun f'multi tal-Qrati li ma nġabrux GVERN wieħed wara ieħor Nazzjonalista naqsu milli jiġbru bi €12.5 miljun f 'multi imposti millQrati u fi ħlasijiet oħra li kellhom isiru lill-Qrati. Dan jirriżulta mill-aħħar rapport dwar il-kontijiet pubbliċi ppubblikat ftit tal-ġimgħat ilu mill-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. Mal-€10 miljun f 'multi imposti mill-Qrati Superjuri ppreseduti mill-Imħallfin u mill-Qrati Inferjuri ppreseduti mill-Maġistrati baqgħu qatt ma nġabru minn gvernijiet Nazzjonalisti. Ftit iktar minn €2 miljun oħra fi ħlasijiet li kellhom isiru lill-Qrati wkoll baqgħu qatt ma nġabru. Xokkanti hija l-konklużjoni tal-Awditur li jikkunsidra li mal-€5 miljun minn dawn it-€12.5 miljun ma jistgħu qatt jinġabru. Jirriżulta mbagħad li mis-€7.5 miljun f 'multi u ħlasijiet li huma kkunsidrati bħala li jistgħu jinġabru, kważi €7 miljun baqgħu qatt ma nġabru mill-gvernijiet Nazzjonalisti mmexxija minn Lawrence Gonzi bejn l-2004 u l-2012. L-Awditur sab li disgħa u tletin persuna li kellhom iħallsu multi lill-Qrati Superjuri u lill-Qrati Inferjuri llum huma mejta waqt li iktar minn mija u ħamsin persuna ħadd ma jaf x'sar minnhom, u erba' multi qed 39 persuna li kellhom iħallsu huma mejta u iktar minn 150 għosfru jiġu kkontestati fil-Qorti Kostituzzjonali. Ironikament fl-istess ħin li gvernijiet Nazzjonalisti naqsu milli jiġbru dawn il-miljuni f 'multi imposti mill-Qrati u fi ħlasijiet oħra li kellhom isiru lill-Qrati, fl-2005 gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, kien żied b'mod qawwi t-tariffi talQrati. L-Isqof jittama fil-moralità tal-MPs L-ISQOF Awżiljarju Charles Scicluna ddikjara li Membri Parlamentari Kattoliċi li jappoġġjaw il-liġi tal-unjoni ċivili jkunu qed iwettqu 'att immorali gravi'. F'dikjarazzjoni li tixxiebah ħafna ma' oħrajn li kienu saru mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi waqt il-kampanja taddivorzju, l-isqof Scicluna jsostni li l-MPs għandhom id-dmir morali li jopponu l-unjoni ċivili u l-adozzjoni minn koppji tal-istess sess. Hu qal dan f 'intervista li kellu mal-ġurnal Taljan 'Avvenire' meta kien mistoqsi jekk MP Kattoliku setax ikun favur il-leġislazzjoni li bħalissa qed tiġi diskussa filparlament. Fl-intervista, l-isqof Scicluna sostna li l-pożizzjoni tal-Knisja fir-rigward talomosesswali hija waħda ċara, minkejja li xorta waħda tħossha li hi qrib il-komunità LGBT. Hu tenna li kemm l-isqfijiet Maltin kif ukoll il-Papa Franġisku huma preokkupati b'din il-liġi li qed tiġi diskussa fil-parlament Malti. Dan għaliex skont huma, l-unjoni ċivili se tħalli impatt negattiv ħafna fuq is-soċjetà. "Membru Parlamentari ta' fidi Kattolika għandu d-dmir morali li jesprimi b'mod ċar u pubbliku, in-nuqqas ta' qbil tiegħu ma' proposta bħal din. Kattoliku li jivvota favur din il-liġi li tant tmur kontra l-ġid komuni tas-soċjetà, ikun qed iwettaq att immorali gravi." L-Isqof Awżiljarju argumenta li din il-liġi hija biss frott il-ħtieġa li l-partiti politiċi jappellaw għallelettorat. "Fil-kampanja elettorali, ilpartiti politiċi kienu mehdijin "Immorali li MPs Kattoliċi jivvutaw favur l-unjoni ċivili" f 'ġirja sfrenata biex jirbħu l-akbar ammont ta' voti possibbli. Konsegwentament, kull partit politiku ċeda għat-talbiet tal-gay lobby, u wiegħdu li jdaħħlu l-unjoni ċivili. Wara l-elezzjoni li ntrebħet mil-Laburisti u minn Joseph Muscat, il-gvern sempliċiment iċċaqlaq biex jonora dak li wiegħed qabel l-elezzjoni," qal Scicluna. Premju Letterarju 2013 għal opinjonista ta' Illum MARIO Azzopardi, l-opinjonista dwar il-mezzi tax-xandir għal Illum, għadu kif kien ippremjat bl-Ewwel Premju għall-Poeżija fledizzjoni 2013 tal-Premju Letterarju. Azzopardi, wieħed mill-aktar awturi prolifiċi u provokanti tul dawn l-aħħar sebgħin sena, rebaħ bil-ktieb: Il- Fabbrikant tal-Marjunetti, antoloġija mimlija fantasija u 'trattati' forma ta' ittri lil persunaġġi li l-qarrej qatt ma jaf jekk humiex reali jew le. Il-ktieb kien ippubblikat mid-ditta Horizons/Outlook Coop, li din is-sena rebħet mhux inqas minn erba' premjijiet letterarji u li qed iżżid kull sena l-lista ta' awturi prestiġjużi li jagħżlu li jippubblikaw magħha. Sadanittant, Mario Azzopardi għadu kemm ippubblika wkoll, dejjem mal-istess ditta, ktieb mhux tas-soltu li jorbot l-element teatrali mal-viżjonijiet talqaddisin u mistiċi oħra. Kelliem għal Horizons/ Outlook Coop qal lil din il-gazzetta li bħal dan ilktieb, Verġni Sagri, Demonji u Boloh għal Alla, f 'Malta qatt ma tfaċċa wieħed bħalu u d-ditta qed terġa' tqiegħed fis-suq ktieb ieħor mill-aktar oriġinali li jorbot it-teatru, il-komponent reliġjuż u anki dak psiko-soċjali. Verġni Sagri hu maħruġ b'qoxra iebsa u għadd ta' illustrazzjonijiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014