Illum previous editions

illum 5 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/236919

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 05 ta' Jannar 2014 Il-Punt Il-politika tal-PN u x'iridu n-nies MARIO DE MARCO Viċi Kap PN X'iridu n-nies Il-PN għandu jaħdem fuq diversi binarji sabiex jikseb lura l-fiduċja tal-poplu. Qabel xejn il-poplu jrid jara fil-PN partit li jirrifletti aħjar fil-politika tiegħu s-sinjali taż-żminijiet mingħajr ma neċessarjament jabbanduna l-prinċipji bażiċi tiegħu. Ilpolitika tal-Partit għandha tiġi aġġornata sabiex tkun waħda aktar viżjonarja li tirrifletti mhux biss l-aħħar xejriet ekonomiċi, iżda wkoll sabiex tirrifletti l-fatt li s-soċjetà Maltija qiegħda tinbidel mhux biss fil-mod ta' kif inhi komposta, iżda wkoll fil-mod ta' kif taħseb. Il-politika tal-PN għandha mhux biss tagħti aktar spazju liż-żgħażagħ, iżda trid fuq kollox tirrifletti dak li għalih jaspiraw iżżgħażagħ. Meta pajjiż javvanza ekonomikament fi spazju relattivament qasir, ħafna drabi hemm konsegwenzi fuq aspetti importanti fil-ħajja ta' kuljum bħall-ambjent u d-drittijiet tal-ħaddiema. L-iżvilupp ekonomiku ma jistax ikompli jsir a skapitu talħarsien ambjentali. It-tkabbir kummerċjali ma jistax isir a skapitu tad-drittijiet talħaddiema b'talbiet għal aktar flessibilità fil-mod tal-impjiegi. Il-Partit għandu jkompli jaħdem sabiex l-immaġini tal-Partit maqsum li kellna fil-passat, tispiċċa darba għal dejjem. Fil-PN irid ikun hemm spazju għal kulħadd li jrid jaħdem b'mod ġenwin. Fl-istess ħin il-Partit irid isaħħaħ l-organizzazzjoni tiegħu. Il-fiduċja ma tintrebaħx biss b'politika attraenti, ma tintrebaħx biss b'immaġini ta' partit magħqud. Tintrebaħ fuq kollox jekk għandek partit organizzat li lest li jaħdem sabiex iwassal il-politika tiegħu lin-nies, u jikkonvinċi n-nies. Iżda n-nies iridu ż-żmien tagħhom sabiex jerġgħu jagħtu l-fiduċja lura lill-PN. Iridu ż-żmien sabiex ikunu konvinti illi l-bidla li qed issir fil-PN hija waħda ġenwina. Iridu ż-żmien tagħhom sabiex ikunu konvinti illi l-Partit Laburista (PL) ma jixraqlux aktar ilfiduċja li ngħatalu. Il-PN għandu joqgħod attent sabiex isib il-bilanċ meqjus bejn dawk li jriduh aktar fundamentalist u aktar affermattiv fil-pożizzjonijiet li jieħu kontra l-gvern Laburista, u dawk li jriduh aktar moderat fil-pożizzjonijiet li jieħu. Ħafna drabi l-ewwel pożizzjoni tkun tal-hard core supporters u t-tieni pożizzjoni tkun ta' dawk illi kienu tilfu l-fiduċja tagħhom fil-PN, iżda lesti li maż-żmien jerġgħu jagħtuha lura. Il-poplu donnu jrid stili ta' politika differenti u diverġenti, skont is-setturi u skond iċ-ċirkostanzi. Fl-aħħar mill-aħħar il-PN jibda jikseb lura l-fiduċja tan-nies meta n-nies jerġgħu jibdew jaraw fih gvern alternattiv. Disa' xhur biss wara telfa elettorali ta' 36,000 għadu wisq kmieni sabiex dan isir. Iżda llum n-nies huma ħafna anqas allaċjati mal-vot tradizzjonali tagħhom. Dawn huma parti mill-bidla li seħħet fis-soċjetà Maltija moderna. U din il-bidla tista' twassal għal sorpriżi. Is-sitwazzjoni finanzjarja Is-sitwazzjoni finanzjarja talPN mhijiex waħda feliċi. Biex inkun diplomatiku tista' tkun aħjar. Ir-realtà hija li l-ebda partit politiku fl-Ewropa ma jgawdi minn xi sitwazzjoni finanzjarja b'saħħitha. Kien għalhekk għala fil-fatt numru ta' pajjiżi waslu saħansitra sabiex jipprovdu għajnuna finanzjarja statali għall-partiti politiċi. F'Malta dan ma jeżistix bil-konsegwenza li partit politiku jrid jiddependi mill-kontributuri u attivisti tiegħu kif ukoll mill-attivitajiet kummerċjali tiegħu. Dan jista' jkun perikoluż. Partit għandu wkoll responsabbiltà mhux biss lejn il-partitarji tiegħu, iżda wkoll lejn il-ħaddiema tiegħu. Huwa għalhekk kardinali x-xogħol siewi li sar f 'dawn l-aħħar xhur b'mod partikolari mis-Segretarju Ġenerali Dr Chris Said sabiex iġib il-partit f 'pożizzjoni li kull xahar jiġġenera biżżejjed finanzi sabiex iħallas l-ispejjeż tiegħu inkluż is-salarji tal-ħaddiema. Sar ħafna xogħol f 'dan irrigward. Baqa' xogħol x'isir għal dak li għandu x'jaqsam mal-problemi tal-passat. Il-ħidma tiegħi bħala kelliem għall-ekonomija, investiment u negozji żgħar hija sa ċertu punt espansjoni tal-ħidma preċedenti tiegħi bħala ministru tat-turiżmu. It-turiżmu huwa wieħed mill-akbar kontributuri tal-ekonomija ta' pajjiżna li jikkontribwixxi qrib l-25% tal-Prodott Domestiku Gross. Dan ġabni f 'kuntatt mal-varji stakeholders ta' dan is-settur sensittiv. Issa rrid nuża l-esperjenza li ħadt minn dan il-ministeru sabiex naħdem mas-setturi l-oħra bħallfabbriki, service providers, żviluppaturi, nies tal-ħwienet u negozji żgħar, koperattivi; fuq kollox kull min b'mod jew ieħor jikkontribwixxi lejn l-ekonomija ta' pajjiżna. L-ekonomija hija l-kejl tassaħħa ta' kull pajjiż. Minnha jiddependu mhux biss l-impriżi, iżda wkoll l-introjtu tal-pajjiż li fuqu l-gvern talġurnata jista' jfassal il-politika soċjali, edukattiva, ambjentali, ta' saħħa tiegħu. Mingħajr ekonomija b'saħħitha l-gvern ma jkunx f 'pożizzjoni li jagħmel l-investiment fledukazzjoni u s-setturi l-oħra li aħna issa drajna li jsir ta' kuljum. Jista' jkollok l-isbaħ politika, l-aqwa programm elettorali. Sabiex tesegwixxi dik il-politika, dawk ilwegħdi elettorali, li kollha għandhom prezz fuqhom, trid ekonomija b'saħħitha. Sabiex ikollok dan irid ikollok politika ekonomika ċara u moderna li tgħin u ssaħħaħ l-ispirtu imprenditorjali ta' pajjiżna u tidentifika s-setturi ta' attività ekonomika ġodda sabiex inressquhom lejn pajjiżna kif għamilna fil-passat bis-servizzi finanzjarji, bl-igaming, bil-fabbriki tal-elettronika u farmaċewtiċi, bil-backoffice services. Wieħed mis-setturi f 'pajjiżna li joffri potenzjali enormi huwa s-settur talekonomija kreattiva. Xogħli għalhekk huwa li niltaqa' ma' stakeholders, nifhem aħjar dak li qed isir, nagħsar dak li qed isir mill-Gvern, nipproponi dak li nemmen li jista' jsir aħjar. Il-fatt li jiena issa mort lura nipprattika ta' avukat, u ħafna mix-xogħol tiegħi huwa relatat mal-kamp legali kummerċjali, qed jgħinni sabiex inżomm ruħi aġġornat ta' kuljum mas-settur tal-ekonomija u kummerċ. Il-Milied ta Matul is-sena mdorrijin naraw lil Ministru għal Għawdex, Anton Refalo jdur minn proġett għall-ieħor f'Għawdex, inkella jilqa' l-kostitwenti tiegħu fl-uffiċċju tiegħu jew mistieden 'l hawn u 'l hinn għax il-preżenza ta' ministru dejjem tgħolli l-avveniment innifsu. Sadattant wieħed jista' jifhem kemm ministru jkollu ħafna attivitajiet x'jattendi f'dawn iż-żminijiet ta' festi, fejn bejn tazza nbid u oħra wieħed kulħadd jistenna l-manna mill-ministru għax dik hi l-mentalità Maltija kif ukoll Għawdxija. Li wieħed ma jirriflettix hu l-fatt li Ministru jista' għandu wkoll familja. Li ministru jista' jkollu mara u anke wlied. Li ministru jista' jkollu ġenituri u familjari li wkoll jkun irid isib ħin igawdi dawn il-festi magħhom. Għalhekk iddeċidejt li niltaqa' mal-Avukat Anton Refalo biex miegħu niddiskuti kif qatta' eżatt il-Milied il-Ministru għal Għawdex. DAN il-Milied kien wieħed partikolari għal Ministru Refalo, għax kien l-ewwel Milied li għaddieh bħala ministru u għalhekk kellu biċċa xogħol iebsa biex jipprova jinseġ il-ħajja ta' ministru u l-ħajja ta' missier flimkien. L-avukat Refalo hu l-uniku wild li għadu kif tilef lil missieru ftit tax-xhur ilu u għalhekk kien doveruż li jieħu ħsieb anke lil ommu. Miżżewweġ lil Lina li hi 16-il sena iżgħar minnu u għandu żewġ ulied, Andrè li lbieraħ għalaq 12-il sena u Simona li għandha 9 snin. Iltqajt miegħu u mal-familja tiegħu waqt passiġġata f'Betlem Għajnsielem waqt li kien qed jixrob tazza mulled wine mill- bar ta' Betlem. U tlabtu jgħidli xi ftit dwar kif qatta' l-Milied u l-festi. "Din is-sena l-Milied filfamilja tiegħi kien wieħed partikolari" beda jgħidli. "Iżżewġ uliedi Andrè u Simona kienu mħabbtin jippreparaw għall-prietka tal-Milied. B'hekk fil-familja kellna ċertu tħejjija u eċitament. Nistqarr li xorta għamilt mezz sabiex inkun ftit preżenti magħhom u ngawdi dan il-ħin mal-familja kemm jista' jkun." Sadattant sirt naf li din il-prietka għal uliedu kienet tfisser ħafna għalih fejn meta kien imur id-dar kien dejjem jipprovaha magħhom. Anke meta siefru vaganza żgħira Londra, ħa l-prietka miegħu ħalli jħarriġhom fiha. U dan Anton Refalo jixtieq iqatta' iżjed ħin ma' martu Lina u wliedu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 January 2014