Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
20 illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 TORĊI IMMANUEL MIFSUD IL-ĦAMIS, 16 ta' Jannar, 1969. Vaclavske Namesti, Praga, il-belt kapitali taċ-Ċekoslovakkja. Kmieni wara nofsinhar, żagħżugħ ta' 21 sena, student tal-Istorja filFakultà tal-Filosofija, malajr malajr isawwab lilu nnifsu bil-petrol, iqabbad sulfarina u jieħu n-nar. B'ġismu jaqbad jiġri ftit passi sakemm jaqa' fl-art u jibda agunija li tieħu tlett ijiem. Għall-ewwel, il-bulettini tal-aħbarijiet maħruġa mill-awtoritajiet Ċekoslovakki, jirreferu għal dan iż-żagħżugħ blinizjali tiegħu J.P., aktar tard joħroġ l-isem sħiħ, Jan Palach. Ħamsa u erbgħin sena wara, dan is-suwiċidju għadu joħloq diskussjoni, speċjalment fost uħud miċ-ċittadini fejn seħħ. Mhuwiex dejjem diskors ċelebrattiv daqskemm dibattitu dwar is-sens li l-att awtovjolenti ta' Palach seta' kellu jew ma kellux. Minn dak li ntqal eżattament wara l-inċident, meta Palach kien għadu agonizzant fi klinika speċjalizzata fil-kirurġija plastika u l-ġrieħi bilħruq, jidher li l-att estrem tiegħu fixkel lil ħafna nies daqskemm ispira lil oħrajn. Id-dibattitu xeħet għaddiskussjoni reazzjonijiet differenti: jekk Palach kienx viżjonarju politiku li ried joħloq sensazzjoni politika kontra l-okkupazzjoni taċ-Ċekoslovakkja millforzi tal-Blokk tal-Patt ta' Varsavja, jew kienx ġie użat minn elementi hekk imsejħa reazzjonarji li sfruttaw l-età tenera tiegħu u l-entużjażmu immatur tipiku taż-żgħożija, jew, addirittura, kellux moħħu ħafif. Id-dibattitu reġa' nfetaħ is-sena l-oħra meta ħareġ il-film Burning Bush, produzzjoni tal-HBO Europe, b'direzzjoni tarreġista Pollakka Agnieszka Holland, gradwata millFAMU u li kienet qiegħda tistudja fil-kapitali Ċekoslovakka fiż-żmien tar-Rebbiegħa ta' Praga u l-okkupazzjoni Sovjetika meta seħħ il-każ Palach. Oriġinarjament il-film ta' Holland inħadem bħala serje televiżiva u aktar milli kronaka tassuwiċidju ta' Palach, jiffoka fuq l-intriċċi legali u polizjeski li żviluppaw immedjatament wara l-ħruq, b'ħarsa estensiva fuq il-ħajja tal-avukat Dagmar Buresova, eventwalment il-Ministru tal-Ġustizzja fl-amministrazzjoni Havel ta' wara r-Rivoluzzjoni tal-Bellus. Buresova kienet mexxiet il-każ fil- politika f 'pajjiżhom; oħrajn, bħal Jan Zajic, Evzen Polec (u iktar) rawh bħala eroj u mudell u ispiraw rwieħhom biex huma wkoll iwettqu l-istess att; min ma ħax gost bih qiesu bħala simbolu tal-isfruttament tal-propaganda; kien hemm min saħansitra rah bħala simbolu reliġjuż u interpreta s-suwiċidju tiegħu bħala espressjoni spiritwali. Mal-mument li ż-żagħżugħ qabbad issulfarina, ħa n-nar u nbidel minn ġuvni għal simbolu. Ma kinitx il-mewt li qatlitu imma l-memorja tiegħu li għamlitu simbolu b'interpretazzjonijiet differenti. Fuq kollox minn kopja waħda tan-nota suwiċida tiegħu mingħajr ma kiteb nota personali lilha. Bħal kull simbolu ieħor, Palach ingħata interpretazzjonijiet differenti u r-rakkont talistorja tiegħu, minbarra li fih numru ta' differenzi u inkonsistenzi, inbidel skont min irrakkontah u lil min ġie rrakkontat. Imqar ilmotivazzjoni tiegħu ma hija għal kollox definita. Filwaqt li wħud huma persważi li Palach ipprotesta kontra l-invażjoni taċĊekoslovakkja, li wasslet għat-tmiem traġiku ta' dik li kellha tkun rebbiegħa li tiled is-soċjaliżmu b'wiċċ uman, oħrajn kienu Palach stess qies lilu nnifsu bħala simbolu u mhux bħala bniedem; hu stess iddeumanizza lilu nnifsu mqar fin-nota li ħalla fil-bagalja tiegħu mitluqa taħt il-ħajt talMużew Nazzjonali, filPjazza Vaklav, tant li flok b'ismu ffirma bit-titlu stramb 'Torċa Numru Wieħed'. Palach il-ġuvni miet qabel ma xegħel issulfarina fatali; miet dak il-mument meta daħħalha f 'rasu li kellu jwettaq att li l-intenzjoni tiegħu kienet li jiddisturba, li jiskomoda u li jwaħħax. Tant huwa hekk li, għallinqas fil-film ta' Holland, ommu, membru tal-Partit Komunista, wara li titħalla żżuru fuq is-sodda tal-mewt, tillamenta mhux daqstant l-att u l-mewt inevitabbli ta' binha, imma l-fatt li huwa ħalla aktar tal-fehma li aktar milli t-tankijiet Sovjetiċi kien il-poplu Ċekoslovakk ilmira vera u proprja ta' din it-Torċa Numru Wieħed. Palach, hemm min isostni, ma riedx jattakka l-invażuri daqskemm lill-konċittadini li qagħdu lura u aċċettaw is-sitwazzjoni mingħajr reżistenza u ritaljazzjoni xierqa. Ħbieb li żaruh flaħħar mumenti tal-agunija tiegħu ħarġu jikkwotawh jgħid li għalkemm ma jiddispjaċihx minn dak li għamel ma xtaqx li jkollu segwaċi li jwettqu l-istess att, iżda anki dan huwa punt disputat minn oħrajn. Ried jew ma riedx segwaċi jtemmu ħajjithom bl-istess mod, effettivament kienu diversi l-individwi minn pajjiżi komunisti li wettqu l-istess att, mhux biss fiċ-Ċekoslovakkja nfisha, Jan Palach, torċa numru wieħed qorti kontra Vilem Novy, membru parlamentari (komunista) li kien ħareġ bit-teorija li Palach kien ġie nkoraġġit iwettaq dan l-att minn elementi antiSovjetiċi u antiKomunisti u li l-mewt taż-żagħżugħ ma kinitx intenzjonata imma seħħet minħabba żball tekniku fl-għażla tal-likwidu li xeħet fuqu. Il-punt huwa li Palach inbidel f 'ikona anki jekk sal-lum hemm dawk li jargumentaw li t-trasformazzjoni ta' dan l-istudent f 'simbolu politiku kontra r-reġim komunista hija biss insistenza talpropaganda antikomunista ta' dik l-era. L-istatura tiegħu bħala simbolu ssawret mill-ewwel: sħabu l-istudenti, l-aktar dawk li ma kinux jafuh, rawh bħala vittma tas-sitwazzjoni imma anki fil-Polonja, il-Ġermanja tal-Lvant, l-Ukrajna, il-Latvja, ilLitwanja, u l-Ungerija. L-iġsma jaqbdu saru simboli ta' reżistenza u ritaljazzjoni kontra dittatorjati li donnu xejn ma seta' jsibilhom tarfhom. Jekk iċ-Ċekoslovakkja u pajjiżi oħrajn fil-Patt ta' Varsavja kellhom jistennew għoxrin sena mill-ħruq traġiku fil-pjazza Vaklav biex jaraw it-tmiem tarreġimi, iġsma oħrajn ħadu n-nar u servew ta' xrara qawwija li mbagħad qabbdet ħuġġieġa sħiħa. 4 ta' Jannar 2011, f 'ċentru mediku speċjalizzat f 'Ben Arous, it-Tuneżija, Muhammed Bugħażiżi, ġuvni ta' 26 sena, imut kaġun tal-ħruq f '90% ta' ġismu wara li, bħal Jan Palach u ħafna oħrajn, xeħet fuqu gallun mimli petrol u xegħel is-sulfarina. Bugħażiżi wettaq issuwiċidju tiegħu wara li ma tħalliex ibigħ fit-triq u ġie fastidjat minn Faida Hamdi, uffiċjal muniċipali li bdiet tagħtih bil-ħarta u tobżoqlu. Bugħażiżi ħaraq lilu nnifsu fis-17 ta' Diċembru 2010. Il-mewt tiegħu mhux biss ispirat lil ħafna nies minn pajjiżi Għarab differenti, fosthom l-Alġerija u l-Eġittu, biex iwettqu l-istess suwiċidju, iżda wasslet għal protesti kbar u sussegwentement il-ħarba ta' Ben Ali mitTuneżija, u allura tmiem il-ħakma tiegħu. Dan kollu, imbagħad, ispira popli sħaħ fid-dinja Għarbija biex iniedu r-Rebbiegħa tagħhom, jew, fi kliem il-poeta Karl Schembri, "jimxu wara d-dawl jgħammex" ta' dal-bejjiegħ tat-toroq. Mill-gwerra fil-Vjetnam sal-miżuri ħorox ta' awsterità f 'pajjiżi talUE; mit-tmexxija iebsa ta' dittatorjati f 'dik li kienet l-Ewropa tal-Lvant sa gvernijiet awtoritarji fid-dinja Għarbija; sassitwazzjoni fit-Tibet, innumru ta' torċi umani huwa kbir u pjuttost diffiċli biex tikkwantifikah. U hija lista varjata: studenti, ħaddiema, nies qiegħda, sa sorijiet u patrijiet Buddisti: ilkoll jibdlu ġisimhom fi fjamma, ilkoll jesprimu tama li meta l-ilsna tan-nar li jaħkmu 'l ġisimhom jintfew fl-irmied, tibqa' mqar fjamma żgħira li tixgħel it-triq tal-bidla. Kien hemm min irnexxielu jħeġġeġ, oħrajn għad le.

