Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Kummercjali Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 | illum 23 L-Alcatel Onetouch POP C5 għand GO L-ALCATEL Onetouch POP C5 issa hu disponibbli mingħand GO. Bi prezz ta' €119, l-ismartphone jinsab disponibbli b'xejn ukoll għallklijenti tal-GO li japplikaw mal-Limitless Flex plan. L-Alcatel Onetouch POP C5 għandu skrijn ta' 4.5 pulzier Full Wide Video Graphics Array (FWVGA) li jtejjeb l-esperjenza tal-utent meta jkun qed juża l-internet talmowbajl, jara film, jew jilgħab. Minbarra dual core processor, kamera ta' 5 mega pixels u veloċità ta' internet ta' 21 mbps, l-ismartphone diġà għandu għadd ta' applikazzjonijiet popolari installati fih. Inklużi mal-ismartphone hemm numru ta' għodda li jagħmluha faċli għall-utenti biex jirranġaw ir-ritratti tagħhom qabel ma jippubblikawhom fuq il-mezzi soċjali. Navigazzjoni sempliċi tifforma wkoll parti minn din l-esperjenza ġdida peress li l-utenti jistgħu jaċċessaw faċilment il-widgets bi swipe fuq in-naħa tax-xellug jew fuq in-naħa tal-lemin għallapplikazzjonijiet. Rupert Perry, Assistent Maniġer – Device Support ta' GO, qal, "L-Alcatel Onetouch POP C5 hu mowbajl modern li jwassal esperjenza unika lill-utent. Dan l-ismartphone hu disponibbli mingħajr ħlas għall-klijenti ta' GO li huma abbonati mal-Limitless Flex plan u li permezz ta' dan il-pjan wieħed jista' jagħmel telefonati bla limitu fuq innumri tal-mowbajl kollha ta' GO għal €20 biss fix-xahar. Benefiċċji addizjonali jinkludu 300MB tal-internet fuq ilmowbajl u kreditu ta' €10 li jista' jitmexxa minn xahar għal ieħor." L-Alcatel Onetouch POP C5 jaħdem bis-sistema Android, verżjoni 4.2 (Jelly Bean) bi Dual-core 1.3GHz processor. Għandu memorja interna ta' 4GB, li minnhom 1.89GB huma disponibbli għall-utent, 512MB RAM u microSD card slot li tiflaħ cards b'memorja sa' 32GB. L-iskrijn hu TFT capacitive touch screen b'16-il miljun kulur. Aktar dettalji dwar l-Alcatel Onetouch POP C5 u l-Limitless Flex plan ta' GO jinkisbu mill-ħwienet kollha ta' GO, mir-resellers esklussivi, permezz tal-Freephone 80072121 jew fuq is-sit www.go.com.mt Emirates SkyCargo ttemm sena oħra ta' suċċess EMIRATES SkyCargo, waħda mill-ikbar operaturi ta' ġarr ta' merkanzija bl-ajru fid-dinja, kisbet sena oħra ta' suċċess u mmarkat avvenimenti ewlenin tul dawn l-aħħar tnax-il xahar. Fl-2013, Emirates SkyCargo espandiet in-netwerk u l-firxa ta' destinazzjonijiet tagħha għall-klijenti billi nediet erba' destinazzjonijiet dedikati għal ġarr ta' merkanzija biss. Fosthom hemm Hanoi filVietnam fis-6 ta' Frar, Chicago fl-Istati Uniti fit-3 ta' Marzu, Kano fin-Niġerja fl-4 ta' Ottubru u Quito fl-Ekwador fit-3 ta' Diċembru. Barra minn hekk bdiet servizzi lejn Varsavja, Algiers, Haneda, Stokkolma, Clark, Conakry, Sialkot u Kabul li flimkien mas-servizz għal passiġġieri l-linja tal-ajru toffri wkoll ilkapaċità ta' ġarr ta' merkanzija fil-qalba tal-ajruplan. Biex tkompli tagħti l-appoġġ għat-tkabbir tan-netwerk, Emirates SkyCargo espandiet il-flotta tagħha matul l-2013 billi żiedet tliet ajruplani Boeing 777 tat-tip freighter ġodda. Dan ifisser li issa topera 12-il freighter, inklużi 10 B777 Fs u żewġ B747-400 ERFs li bejniethom iservu 43 destinazzjoni madwar iddinja. F'Marzu tal-2013, iddiviżjoni tal-freight talEmirates saħħet is-servizz tagħha ta' Cool Chain bladdizzjoni ta' fornitur ieħor, Emirates SkyCargo kisbet sena oħra ta' suċċess u mmarkat avvenimenti ewlenin tul l-aħħar 12-il xahar CSafe. Fl-2013, SkyCargo ġarret 'il fuq minn 4,000 tunnellata ta' prodotti tassaħħa u farmaċewtiċi li huma sensittivi għat-temperatura permezz tas-servizz Cool Chain Premium tagħha. Bl-isħubija bejn Emirates u Qantas li beda f 'Marzu 2013, Emirates SkyCargo u Qantas Freight ikkoperaw bejniethom biex iġorru l-merkanzija b'mod reċiproku fuq it-titjiriet tal-passiġġieri biex flimkien joffru 'l fuq minn 200 port tul sitt kontinenti. F'April 2013, Emirates SkyCargo saret l-ewwel linja tal-ajru li implimentat konsenji bl-Electronic-Air Waybill (e-AWB) skont l-istandard e-AWB industrijali li kien ratifikat riċentament, biex b'hekk tkompli turi l-irwol ewlieni li għandha fl-addozzjoni tal-aħħar innovazzjonijiet u standards tal-industrija. Matul is-sena l-Emirates SkyCargo iffirmat 'il fuq minn 190 ftehim e-AWB bilaterali u multi-laterali mal-klijenti tagħha biex toffri appoġġ għat-tranżizzjoni minn Air Waybills tal-karti għal Air Waybills elettroniċi. F'Mejju tal-2013, Emirates Group li jinkludi lil SkyCargo ppubblika r-riżultati fejn tħabbar li kisbet profitt ta' 'l fuq minn AED 10 biljun billi qabżet il-kwota ta' AED 10.3 biljun ($2.8 biljun dollaru Amerikan), 8% iktar minn fuq is-sena l-oħra. Iż-żieda fit-tunnellati ta' ġarr kiber b'16 fil-mija biex laħaq 2.1 miljun tunnellata, dan kollu f 'ambjent fejn is-suq ta' ġarr ta' merkanzija bl-ajru qed jonqos. Il-linja tal-ajru kisbet l-ewwel post fost l-aqwa linja tal-ajru fl-iskeda ta' Freight Tonne Kilometres li ttajru internazzjonalment skont l-aħħar ċifri tal-World Airline Transport Statistics ippubblikati mill-IATA. Matul l-2013 SkyCargo rebħet numru ta' premjijiet prestiġjużi inklużi 'Cargo Airline of the Year 2013' (Air Cargo Week), 'Cargo Airline of the Year 2013', 'Best Middle East Cargo Airline' (it-tnejn ta' Air Cargo News), 'Best Air Cargo Carrier Middle East' (AFSCA), 'Cargo Operator of the Year' (SCATA) u 'Air Cargo Excellence Award' (Air Cargo World), fost ħafna oħrajn. "Jirbaħ issens komun" TAJJEB li jkun innutat irriżultat pożittiv li ħareġ millfesteġġjamenti marbutin mal-aħħar żmien tas-sena li saru madwar Malta kollha, f'dak li għandu x'jaqsam mal-perikli meta jitħalltu x-xorb massewqan. Intlaqgħet tajjeb ħafna l-aħbar li ma kienx hemm fatalitajiet jew inċidenti serji marbutin ma' xorb u sewqan. Ir-riżultati ta' mijiet ta' pulizija li amministraw testijiet tal-breathalyser, li pproduċew ftit każi biss fejn inqabeż il-limitu tal-konsum tal-alkoħol meta eluf u eluf kienu qed jiċċelebraw, juri sforz kollettiv qawwi minn dawk kollha involuti, inkluż l-industrija tal-alkoħol innifisha, li kellu u se jkompli jkollu riżultati pożittivi f'dawk li huma ħajjiet salvati. Dan juri b'mod ċar li l-aċċenn għandu jkun kemm fuq kampanji edukattivi li jkunu kredibbli, kif ukoll fuq infurzar tal-liġijiet. Dawn it-tnejn flimkien huma l-aħjar soluzzjoni biex il-pubbliku jifhem u jikkonforma ma' sett ta' regoli ta' sens komun li minnhom kulħadd għandu x'jibbenefika. L-eluf ta' hits online li saru matul is-sena 2013 fuq is-sit tagħna www.drinkawaremalta. com u li baqgħu sejrin saxxahar li għadda huma prova li l-interess tal-pubbliku dejjem qed jiżdied f'dik li hi moderazzjoni fil-konsum talalkoħol. Aħna nittamaw li dan jawgura tajjeb ħafna għall-futur. B'ħarsa 'l quddiem lejn 2014, l-operat tal-Emirates SkyCargo ser jitmexxa lejn id-Dubai World Central Al Maktoum International Airport fejn hu mistenni li jsir il-bażi tal-operat tagħha f 'April 2014. Wara titlesta l-ewwel fażi, li tkompli bl-installazzjoni tal-cargo handling system u l-installazzjonijiet fuq ġewwa tal-bini sa April 2014 u l-proġett ikun komplut sa Settembru 2014, it-terminal ser ikun mgħammar biex jimmaniġja 700,000 tunnellata ta' merkanzija, bl-għażla li jkun jista' jiġi estiż biex jiflaħ 300,000 tunnellata addizjonali oħra fit-tieni fażi. Emirates topera titjira skedata kuljum bejn Malta u Dubai. Emirates SkyCargo tinsab fl-Ewwel Sular fis-Sala tat-Tluq fl-MIA u tista' tkun ikkuntattjata fuq in-numru 21660102, jew permezz talimejl skycargomla@emirates. com.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014