Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 Hull City – is-sorpriża Illum jerġa' jiftaħ pożittiva sa issa fl- il-Kampjonat Ingilterra ASMK 2013/14 M'HEMMX dubju li fost is-sorpriżi pożittivi fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra sa issa, flimkien ma' timijiet bħal Stoke City u Southampton insibu lit-tim li ġie promoss fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż, Hull Cuty. Fost riżultati oħra pożittivi, ftit tal-ġimgħat ilu, eżattament fit-28 ta' Diċembru, huma rreġistraw rebħa kbira ta' 6-0 ġewwa darhom kontra Fulham. ILLUM tkellmet mal-partitarju ferventi u espert fuq dan it-tim f 'pajjiżna, Mario Mallia, fejn tana l-fehmiet tiegħu rigward kif qed jara lil dan it-tim matul dan l-istaġun kif ukoll sa fejn jaħseb li dan it-tim se jasal u jekk fl-aħħar tal-istaġun hux se jkun kapaċi jevita r-relegazzjoni għaċ-Championship jew saħansitra jirnexxielu jikseb post fl-Ewropa. Huwa saħaq li "Wara li ġejna promossi s-sena li għaddiet grazzi għall-kowċ bravu Steve Bruce li kien diġà mexxa diversi timijiet oħra għall-Kampjonat Premier, dejjem ikollok impressjoni pożittiva. Is-sena li għaddiet Bruce, grazzi għaċ-Chairman Assem Allam investa fuq diversi plejers tajbin fosthom James Chester, Ahmed Elmohamadyn b'self mingħand Sunderland waqt li rebaħ il-Plejer tas-Sena fl-istaġun li għadda bħala winger fl-Ingilterra, Robbie Brady u David Meyler. Bħala skwadra hija waħda kompatta u bbilanċjata ħafna, fejn il- qofol ta' kollox hija d-difiża. Kellna baġit finanzjarju vera limitat ta' madwar 15-il miljun Sterlina fejn akkwistajna disa' plejers fosthom Maynor Figueroa, Allan McGregor, Curtis Davies, Yannick Sagbo u anki lil Tom Huddlestone għal somma rekord ta' 5.25 miljun Sterlina mingħand Tottenham Hotspur. Saħħaħna l-iskwadra bi plejers fuq self bħal Danny Graham u Jake Livermore. Din is-sena ninsab pożittiv li nkunu nistgħu insalvaw. Irridu ninvestu aktar fi plejers ta' esperjenza u ma rridux inħarsu lura. Bħalissa għandna l-problema talisem tal-klabb li qed tqajjem diversi diżgwid bejn ilpartitarji u s-sid – fejn dan tal-aħħar irid li niġu Hull Tigers. Għalija din hija xi ħaġa sekondarja f 'dan listaġun. L-importanti huwa dejjem li nsalvaw. Bdejna l-istaġun b'telfa mistennija kontra Chelsea. It-tim jidher ibbilanċjat ħafna. Qegħdin inkunu kompetittivi f 'kull logħba b'logħob tajjeb mibni middifiża. Naħseb li b'attakkant tajjeb kapaċi nitilgħu aktar 'il fuq fil-klassifika. Minn dejjem kellna l-problema tal-gowls fejn fl-istaġun li għadda fiċ-Championship dejjem konna kważi nirbħu bl-iskor minimu ta' 1-0. Huwa għalhekk li matul dan ix-xahar, il-prijorità hija dik li nakkwistaw żewġ attakkanti tajbin u li jkunu kapaċi jħallu impatt. L-aktar logħba li fiha kont sorpriż kienet dik kontra Liverpool fejn irbaħna 3-1 fil KC Stadium. Konna kapaċi nagħlqu kull spazju fosthom lil Suarez. Il-logħba li fiha konna vera brillanti kienet dik li fiha ksibna rebħa kbira ta' 6-0 kontra Fulham fejn kellna tieni taqsima mill-aqwa fejn fiha skurjajna xejn inqas minn sitt gowls. Il-logħba li l-aktar li ddispjaċieni nara kienet dik fejn tlifna bl-iskor ta' ta 3-2 kontra Manchester United fejn konna 2-0 minn fuq iżda r-Red Devils rebħulna xorta waħda. Lgħabna ferm tajjeb imma l-gowl baqa' ma wasalx. Naħseb li jekk Tom Huddlestone jibqa' f 'sikktu u ma jweġġax insalvaw. Ma rridx insemmi l-Ewropa bħalissa għax għadu kmieni wisq imma hemm xi aspettattivi. Irridu nsalvaw biex inkunu nistgħu nattiraw plejers ta' fama. Ninsab fiduċjuż li Bruce hu kapaċi. Irridu nkomplu nibnu fuq dak li akkwistajna diġà. Naħseb li jekk jirnexxielna nsalvaw din is-sena nkunu għamilna ħafna, anki għallfatt li l-'bookmakers' kienu poġġewna fl-aħħar talklassifika għar-relegazzjoni. Naraw xi plejers kapaċi nakkwistaw f 'Jannar u ma naqtgħux qalbna. Ninsab ċert li Mr Allam se jkompli jinvesti fil-klabb jekk jirnexxilna nevitaw irrelegazzjoni. Imma rigward l-Ewropa naħseb li għadna 'l bogħod u rridu nkunu realistiċi wkoll!" ILLUM l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' (ASMK) se tkompli l-attivitajiet millKampjonati ASMK Pasta Poiatti 2013/2014. Għal din l-attività se jieħdu sehem il-Karozzi Autocross fis-sitt attività tal-istaġun. Dawn sa jkunu qed isuqu fuq trakka direzzjoni kontra l-arloġġ waqt li l-Muturi Motocross se jsuqu fit-tieni attività tal-istaġun. Il-programm tal-lum jibda fil-11am. Intant, nagħtu ħarsa ħafifa lejn il-klassifika sal-aħħar attività tassena 2013 fil-Kampjonat Nazzjonali Autocross fejn insibu lil Gordon Johnsons fuq quddiem b'66 punt b'karozza Peugeot 205. Dan huwa segwit minn Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo b'61 punt. Johnson u Galea huma segwiti minn Melo Zammit fuq Ford Escort b'60 punt u Matthew Borg fuq Vauxhall Nova b'52 punt. Fil-'Gozo Autocross' insibu lil Dominic Zammit fuq Alfa Sud li jinsab fuq quddiem b'36 punt segwit minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta bi 18-il punt u Joseph Vella fuq Ford Fiesta bi 13-il punt. Fl-Autocross Klassi A fost is-sewwieqa Maltin insibu lil Melo Zammit fuq Ford Escort li qiegħed fuq quddiem f 'din il-klassifika. Zammit huwa segwit minn Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo u Gordon Johnson fuq Peugeot rispettivament. Fl-Autocross Klassi B bis-sewwieqa Maltin insibu lil Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova segwit minn Josef Grech fuq Ford Fiesta u Josef Abela fuq Vauxhall Nova rispettivament. Fil-Muturi Motocross Klassi A fil-quċċata nsibu liċ-Champion preżenti Clayton Camilleri fuq KTM 250cc segwit minn Paul Muscat fuq KTM 250cc u Stefan Dimech fuq Honda 250cc. Fil-Motocross Klassi B insibu lil Kyle Camilleri fuq Suzuki 85cc segwit minn Pierre Jourdan fuq KTM 150cc u Hughston Ciantar fuq Kawasaki 250cc. L-ASMK tixtieq tieħu din l-okkażjoni biex tawgura s-Sena t-Tajba lil kulħadd. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Josef Grech fuq Ford Fiesta segwiet minn Jurgen Camilleri fuq Opel Corsa YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014