Illum previous editions

illum 12 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

SPORTSillum Ir-referee prolifiku l 34 illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kevin Azzopardi – wieħed mill-aqwa referees li pproduċa l-futbol lokali f'dawn l-aħħar snin li fl-aħħar jiem irtira ħesrem mill-futbol, liema aħbar ħasdet bis-sħiħ lissegwaċi tal-futbol lokali X'kienet l-ewwel reazzjoni tiegħek malli sirt taf li l-FIFA ddeċidiet li tnaqqas xi postijiet lil Malta? Ovvjament l-ewwel reazzjoni kienet ta' diżappunt kbir minħabba l-fatt li jien kont ilni sena biss fuq il-panel tal-FIFA. Però fiċ-ċirkostanzi ma kelli ebda alternattiva ħlief li naċċeta u nirrispetta d-deċizjoni tal-FIFA li addottat il-politika li min daħal l-aħħar, joħroġ l-ewwel. Fuq kollox il-fatt li jien kont ir-raba' wieħed fuq il-lista dak li ġara kien ġust għax jien kien ili sena biss fuq ilpanel. X'għadda minn moħħok fil-ġranet ta' wara? Naturalment psikoloġikament kienu ġranet iebsin ħafna iżda kont determinat li wara li nieħu ż-żmien tiegħi biex nanalizza s-sitwazzjoni fid-dettal u nirrifletti, għamilt patt miegħi nnifsi li sal-aħħar tas-sena nieħu deċiżjoni dwar il-futur tiegħi. U kif wasalt għad-deċiżjoni finali? Bdejt nirċievi ħafna telefonati minn kollegi referees u membri tar-Referees Committee sabiex juru solidarjetà miegħi għal dak li kien ġara. Tlabt laqgħa maċ-Chairman tar-Referees Committee, is-sur Charles Agius u d-Direttur tarRefereeing is-sur Adrian Casha fejn tlabthom jgħinuni nanalizza dak li kien qed iseħħ u ċ-ċansijiet tiegħi li nerġa' nieħu l-badge tal-FIFA ġaladarba jkun hemm ċans. Tlabt risposta ċara. Qaluli li bħalma jaf kull referee l-UEFA qiegħda tippromovi ħafna referees li jkunu għadhom żgħar fl-età u għaldaqstant kont se nispiċċa f 'sitwazzjoni fejn jien kien ikolli 35 jew 36 sena u ħaddieħor ikun ta' 30 sena jew iżgħar. Iċ-ċansijiet dehru remoti għalija. Iżda ma stajtx tibqa' tagħti servizz fil-logħba lokali? Iva, dik kienet alternattiva oħra li kkunsidrajt iżda ħassejt li l-motivazzjoni tiegħi kienet kważi spiċċat għal kollox u jien ma ridtx li dak is-servizz massimu li dejjem tajt tul 18-il sena, ma nkunx nista' ntih fil-futur. Allura fl-interess tal-logħba u l-lealtà tiegħi lejn kull min hu involut, b'responsabbiltà ddeċidejt li kien il-mument li ngħid li wasal il-mument li ngħid daqshekk! Kien hemm xi fatturi oħra li kkunsidrajt? Bla ebda dubju il-familja. Illum flimkien ma' marti Claudette, aħna ġenituri ta' tliet itfal żgħar u l-ħin li għandna bżonn għal magħhom qatt mhu biżżejjed. Tul is-sena li għaddiet kont imsiefer 50 jum fuq futbol, total ta' 12-il darba u diġà kont qed inħoss l-effett tagħha fuq il-familja. Il-prinċipji tiegħi dejjem iddettaw li fejn tidħol il-familja, ma joqgħod ħadd u xejn. Fattur ieħor kien ukoll l-impjieg professjonali tiegħi bħala għalliem fil-Kulleġġ Stella Maris fejn għandi wkoll ċerti responsabbilitajiet amministrattivi. X'kienet ir-reazzjoni t'Adrian Casha u l-MFA malli saru jafu biddeċiżjoni tiegħek? Ħadt l-impressjoni li r-riżenja kienet waħda mhux mistennija u naturalment diversi nies ippruvaw jibdluli fehmti. Kelli wkoll laqgħa pjuttost twila mas-sur Bjorn Vassallo fejn qalli li jirrispetta d-deċiżjoni tiegħi u l-iskop tiegħu ma kienx li jikkonvinċini ndawwar ir-rotta imma li almenu nibqa' għaddej sal-aħħar tal-istaġun. Iżda kif diġà għidtlek il-motivazzjoni tiegħi, waħda mill-aktar armi importanti ta' referee, kienet kważi telqet għal kollox. "Ħassejt li l-motivazzjoni tiegħi kienet kważi spiċċat għal kollox" Meta tħares lura lejn il-karriera twila tiegħek liema huma dawk ilmumenti li jispikkaw? Li tkun tajt 18-il sena servizz leali lejn il-futbol Malti diġà fih innifsu huwa sodisfazzjon kbir aktar u aktar meta wieħed iqis li tul dan iż-żmien kollha bnejt ħafna relazzjonijiet tajbin ma' plejers, kowċis, diriġenti, uffiċjali, ġurnalisti u anki partitarji. Liema huma dawk il-logħbiet partikolari li tibqa' tgħożż filmemorja tiegħek? Mill-114-il logħba li ħadt ħsieb fil-Kampjonat Premier naħseb li hemm tnejn. Dik f 'April tal2010 bejn Birkirkara u Tarxien Rainbows li kienet deċisiva għarrebħ tal-kampjonat kif ukoll il-100 logħba, sena ilu, bejn Floriana u Qormi li kienet ukoll l-ewwel waħda tiegħi bil-badge tal-FIFA. Internazzjonalment m'hemmx dubju li l-aqwa logħba tiegħi kienet ftit tal-ġimgħat ilu f 'Turin bejn Juventus u FC Copenhagen, logħba valida mill-UEFA Youth League. Din hija kompetizzjoni ġdida li introduċiet il-UEFA għal timijiet taħt id-19-il sena u tintlagħab fuq l-istess format taċ-Champions League. Ma ninsiex ukoll il-fatt li kont l-ewwel referee Malti li attendejt għall-kors tal-CORE, organizzat mill-UEFA, ntiż għal referees żgħażagħ li jippromettu. Hemm xi deċiżjonijiet li ħadt filgrawnd li kieku tista' treġġa' lura? Naturalment hemm ukoll għax jien uman bħal ħaddieħor u żbalji għamilt ukoll fil-karriera tiegħi. Nemmen li l-aktar logħba li nixtieq inħassar mill-memorja tiegħi kienet it-tieni logħba tiegħi fil-Kampjonat Premier f 'Ottubru tal-2004. Kienet logħba derby bejn Msida SJ. u Pietà H. u fiha nqala' minn kollox u spiċċajna bil-gowl tad-dro fl-aħħar minuti jiġi skurjat minn plejer b'idu. Tul dawn it-18-il sena kif rajt is-settur tar-refereeing f 'Malta jiżviluppa? Iż-żmien iġib miegħu l-progress u dak li nista' ngħid illum dwar 18-il sena ilu, żgur li jistgħu jgħiduh 18-il sena oħra meta jikkumparaw dak li għandna llum. Però huwa fatt sagrosant li qatt ma kien hemm daqshekk opportunitajiet u esperjenzi daqs illum u mertu għal dan imur lejn l-ogħla persuni fi ħdan l-MFA li urew fiduċja sħiħa fis-sur Adrian Casha, li taħtu twettqet riforma li qatt ma konna noħolmu biha. Ħafna uffiċjali ngħataw l-opportunità li jikkontrollaw logħbiet f 'kampjonati domestiċi barranin, saru żewġ seminars barra minn Malta, introduċejna l-assistenti referees addizzjonali u ħafna affarijiet oħra. Però għalija l-aqwa bidla kienet dik fil-mentalità u r-rispett li qegħdin igawdu llum l-uffiċjali Maltin minn dawk superjuri tagħhom. Illum għandek il-libertà kollha li ssemma' leħnek madwar mejda u għalkemm jista' ma jinstabx qbil, l-istorja tieqaf hemm. "Aċċettajt u rrispettajt iddeċizjoni tal-FIFA li addottat il-politika li min daħal l-aħħar, joħroġ l-ewwel" X'inhu l-futur ta' Kevin Azzopardi? Immedjatament wara li rriżenjajt ġejt mistieden nattendi kors qasir sabiex insir Osservatur tar-Referees, xi ħaġa li aċċettajt mal-ewwel kemm għax nixtieq li nibqa' involut fis-settur tar-refereeing kif ukoll għax nemmen li fil-ħajja ma tistax tirċievi biss imma trid tagħti wkoll. U issa dan huwa l-mument li nagħti ftit lura minn dak kollu li tgħallimt lil min qiegħed jaspira li jieħu l-karriera tar-refereeing bis-serjetà. X'inhu l-appell finali min-naħa tiegħek? Ngħaddi appell sinċier lil kull min hu involut fil-logħba talfutbol lokali sabiex dejjem jagħti l-aqwa tiegħu sabiex forsi fil-futur naslu naraw titwettaq il-ħolma ta' kull partitarju Malti, dik li jew it-tim nazzjonali jew xi tim Malti jirnexxielu jikkwalifika mal-krema tal-kontinent f 'xi kompetizzjoni Ewropea.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 January 2014