Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
6 illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 Jerome Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt ISSA li l-Presidenza talEċċellenza Tiegħu George Abela riesqa lejn it-tmiem tagħha, f'pajjiżna qed issir diskussjoni dwar ilħatra għall-President ġdid. Ċerta esponenti tal-Partit Laburista qed jenfasizzaw li l-President il-ġdid għandu jkun ta' twemmin Laburista, bl-Oppożizzjoni tirribatti illi dan ma jkunx xieraq u kif għamel l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jagħżel il-President mill-kamp l-oppost. B'hekk ikun verament qed juri li jemmen fl-għaqda nazzjonali. Iżda bosta individwi qed isostnu li l-President ta' Malta mhux bilfors għandu jkun politiku jew involut direttament fil-qasam politiku. Din il-ġimgħa żewġ kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew qalu li l-President m'għandux ikun marbut direttament mal-politika. Ilkandidat tal-PN Stefano Mallia qal li hawn bosta individwi li huma kapaċi u li ċertament jagħmlu unur lill-pajjiżna kif għamlu Presidenti preċedenti. Ikun min ikun, jeħ Il-kandidat Laburista Cyrus Engerer, qabel ma' dak li qal Mallia u tenna li għandna nwarrbu l-politika partiġġjana meta nitkellmu dwar ilPresident ta' Malta. Il-gazzetta ILLUM intervistat numru ta' personalitajiet u staqsiet jekk il-President il-ġdid għandux jiġi millqasam politiku u jkun marbut ma' partit politiku. Inkella, għandux jintagħżel minn setturi oħra u għalfejn. Karol Aquilina – President tal-Kunsill Amministrattiv tal-PN "Il-persuna li tiġi magħżula u fdata biex isservi bħala President tar-Repubblika għandha tkun persuna li ddistingwiet ruħha fil-ħajja pubblika u li ġġib magħha integrità, rispett u għarfien tal-irwol kostituzzjonali li jaqdi Consultancy Services Malta Air Traffic Services Ltd (MATS), the air navigation service provider (ANSP) for Malta, invites offers for consultancy service in connection with the development of an Air Traffic Control (ATC) operational training, competency and performance plan based on current EU and ICAO requirements. The profile required is: • International experience and expertise in ATC operations, training and maintenance of competency and performance • Knowledge of MATS current operating practices in training and assessment procedures • Knowledge of ATM safety and quality management systems • Ability to lead, manage and coordinate projects at ANSP level with a diverse group of ATS operational and management personnel Offers are to reach the Chief Executive Officer Malta Air Traffic Services Ltd, PO Box 1, Malta International Airport, Malta in a sealed envelope not later than 31st January 2014. Offers should be inclusive of methodology, required effort, estimated time plan and cost to deliver the product. A detailed curriculum vitae or firm's profile is also required. MATS Ltd reserves the right to refuse any offer, even the most advantageous. l-President. Għalkemm m'hemm xejn xi jżomm li tintgħażel persuna li ma tkunx ġejja mill-qasam politiku, bl-istess mod m'għandu jkun hemm xejn li jeskludi persuni li jkunu fil-politika milli jiġu magħżula jservu f 'din l-ogħla kariga ta' pajjiżna. Inħoss li jkun ħażin jekk f 'pajjiżna tkompli tinbena l-perċezzjoni li min jagħżel li jservi fil-politika mhux kapaċi jservi f 'karigi li minnhom infushom jirrappreżentaw lillpajjiż kollu. L-esperjenza tal-aħħar 40 sena wrietna li kull min intagħżel biex iservi fil-kariga ta' President wera ruħu kapaċi jaqdi l-irwol fdat lilu. Sebgħa mid-disgħa persuni li servew f 'din il-kariga matul l-aħħar 40 sena kienu ġejjin minn karigi għolja u snin twal ta' ħidma fi ħdan wieħed miż-żewġ partiti l-kbar. Saħansitra wħud millpersuni magħżula rnexxielhom jirbħu r-rispett u l-appoġġ ta' min kien oppona b'qawwa l-ħatra tagħhom. Dan kollu wassal biex ilPresidenza timmatura fuq medda ta' snin u ssir kariga li permezz tagħhom il-persuna magħżula tassew tikkonserva, tħares u tiddefendi l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna." Aaron Camilleri Cauchi – Artist "Nemmen li l-irwol ta' President ta' Malta għandha l-ewwel u fuq kollox tkun figura li tgħaqqad il-poplu Malti kollu. Naħseb li l-għażla għandha ssir b'konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet kollha konċernati biex jintlaħaq konsensus li jkun aċċettabbli." Camilleri Cauchi qal ukoll li għandhom jistgħu jitwessgħu l-għażliet minn fejn jiġi magħżul il-President ta' Malta. "Nemmen li l-aħjar kwalitajiet għal dan l-irwol mhux neċessarjament issibhom biss fil-kamp politiku, imma jista' jkun li wasal iż-żmien li nħarsu wkoll lil hinn. Pajjiżna għandu ħafna persuni validissimi li ġejjin minn setturi differenti tas-soċjetà tagħna u li żgur huma kapaċi jmexxu dan l-irwol b'mod ta' għaqda, serjetà u dinjità. Il-President ta' Malta huwa dik il-figura li tirrappreżenta lil pajjiżna u kull ċittadin Malti għandu jkun komdu li jidentifika lilu nnifsu miegħu." Hu sostna li din ir-raġuni għandha sservi wkoll ta' xprun sabiex il-Presidenza tingħata l-awtonomija kollha meħtieġa, biex ikollha l-libertà li taqdi dan l-irwol b'mod li jkun aċċettat mis-socjetà kollha tagħna. "'Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem', inħoss li dawn l-aħħar versi mill-Innu Malti jiġbru l-ħsieb tiegħi kollu għal din il-għażla tant importanti f 'pajjiżna." Alfred Mifsud – Ekonomista Fl-opinjoni tiegħu l-President ideali għandu jkollu dawn il-merti: "Persuna matura b'esperjenza u suċċess fi rwoli diversi ta' statura nazzjonali, esperjenza fil-qasam internazzjonali. Għandu jkollu rekord li juri kapaċità ta' tmexxija permezz ta' għaqda u

