Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/240184
8 illum | Il-Ħadd 12 ta' Jannar 2014 Il-Punt JOE CUSCHIERI Kap tad-delegazzjoni Laburista filParlament Ewropew DEJÀ VU PN Jaħslu ħwejjeġ innazzjon f 'għajnejn il-barrani ISSIB lil min qed jiskanta kif il-fanatiċi fost in-Nazzjonalisti donnhom ma jistgħux jifhmu li issa għandna gvern li lest ikun innovattiv u ħabrieki bil-għan li jiġbed lejn pajjiżna kemm jiflaħ investiment. Huwa l-investiment lokali u barrani li joħloq il-klima ideali għall-ħolqien tax-xogħol. Bla dubju l-akbar impenn li għandu l-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat u li, kif smajna propju ftit tal-jiem ilu, diġà qed iħalli effett pożittiv fuq is-suq tax-xogħol f 'pajjiżna meta fid-disa' xhur li ilu l-Gvern Laburista nħolqu xejn inqas minn 5,000 impjieg ġdid. Iżda għan-Nazzjonalisti – dejjem dawk li ma felħux jaċċettaw ittelfa umiljanti ta' Marzu li għadda, għax hemm Nazzjonalisti oħrajn li jemmnu onestament fil-ħtieġa demokratika tal-alternanza fittmexxija tal-pajjiż – donnu li l-importanti huwa biss it-tfiegħ tat-tajn fuq kull ma jagħmel jew jipproponi l-gvern preżenti. Qisu hemm xi biża' li jekk jirnexxu l-pjani ekonomiċi u soċjali ta' dan il-gvern huma se jkomplu jitilfu mill-appoġġ tal-poplu. Malta ta' kulħadd Imma Malta ta' kulħadd. Stajt għedt "tagħna lkoll." Meta jirnexxu pjani tal-gvern kulħadd igawdi u mhux il-Laburisti jew inNazzjonalisti biss. U dan m'aħniex ngħiduh issa li l-partit tagħna jinsab lura fil-poter biex jiknes il-ħmieġ u l-iżdingar li ħalla warajh ta' qablu. Meta n-Nazzjonalisti għamlu suċċess fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, grazzi mhux ftit għall-għaqda nazzjonali dwaru, kulħadd wera sodisfazzjon u l-impjiegi li nħolqu marru għandu persuni ta' fehmiet politiċi differenti, kif wara kollox għandu jkun. Mid-dehra, iżda, fil-Partit Nazzjonalista għadhom b'saħħithom ferm dawk id-dellijiet u influwenzi mudlama li mhux biss ma jridux jafu b'għaqda nazzjonali, iżda anki lesti jfixklu kull tentattiv li jkun hemm biex din isseħħ bis-serjetà u kif mixtieq minn kulħadd. Wieħed kien jaħseb li l-kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien se jara onestament kif jibda kapitlu ġdid għall-partit tiegħu u ma jħallix il-mentalitajiet tal-bieraħ ikomplu jnawruh minn ġewwa. Politika "tal-Le" L-isfortuna hi li l-politika "tal-Le" li qed jadotta l-PN ta' Busuttil hija kollha kemm hi déjà vu. Rajnieha flimgħoddi mbiegħed meta gvernijiet Laburisti bdew jintroduċu l-ewwel miżuri ta' benefiċċju soċjali bħallpensjoniet tax-xjuħ u tar-romol, u edukazzjoni b'xejn. Rajnieha aktar lejna meta l-gvernijiet ta' Dom Mintoff reġgħu taw nifs ġdid soċjali lil Malta... u qed narawha llum li l-gvern ta' Joseph Muscat qed joħroġ b'ideat u jħaddem metodi li ma jistgħux ħlief iroddu lura l-ġid u r-risq lill-Maltin u l-Għawdxin. Din hi wara kollox ir-realtà. Jekk nieħdu bħala eżempju t-tattika negattiva li qed iħaddmu n-Nazzjonalisti estremi taħt Simon Busuttil dwar l-Individual Investor Programme (IIP), mill-ewwel wieħed jifhem l-iskop tagħhom. L-ewwel dehru li nħasdu bl-idea. Imbagħad bdew ilaqalqu u jgħidu nofs kliem li lesti jaslu fi ftehim dwarha. Meta l-Gvern qatagħlhom l-għatx bil-perżut u bil-kuraġġ kollu u b'sens qawwi ta' moderazzjoni għażel li jwettaq tibdil għallprogramm, ħarġu jingħu li xorta waħda se jibqgħu kontrih! Agħar minn hekk, bdew jirrikorru għal déjà vu oħra – dik li jmorru jaħslu ħwejjeġ in-nazzjon f 'għajnejn il-barrani bil-għan li jfixklu u joskuraw il-ħidma tal-gvern leġittimu ta' pajjiżhom. Konservattiżmu estrem Iż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej tagħhom inxteħtu millewwel fuq l-offensiva qarrieqa tagħhom, hekk kif l-estremisti fil-PN bdew jogħrku jdejhom u jieħdu pjaċir li s-sejħa għal għaqda nazzjonali u mod ġdid kif nagħmlu l-politika f 'dan il-pajjiż bdiet tiġi apertament injorata minnhom. Fl-Unjoni Ewropea jafu li se jsibu l-appoġġ ta' nies bl-istess ideat distruttivi u li lesti jippritkaw u jikkundannaw, anki jekk ma jkunux jafu d-dettalji kollha. Ilverità ma tidħol bl-ebda mod fil-konsiderazzjoni tagħhom, l-importanti l-konservattiżmu estrem u d-dominju ta' min hu l-aktar b'saħħtu finanzjarjament. Fortunatament, l-UE mhix biss tal-konservattivi u ta' elementi estremi. Fiha u b'aktar ħeġġa hemm il-preżenza qawwija tal-progressivi, tas-soċjalisti u tad-demokratiċi Ewropej li, bħalna, jixtiequ li l-politika ma tibqax aktar imsammra mal-passat imma tgħaddi għal fażi ġdida, fażi aktar umana u konxja mill-jeddijiet daqs kemm hi middmirijiet. KEVIN PLUMPTON Bejn il-Kliem u l-Fatti Kandidat PN għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew GĦAL darb'oħra, fil-ġimgħat li għaddew, assistejna għal ċerimonja oħra fil-Berġa ta' Kastilja mimlija fanfarra u daqq ta' trombi. Għal darb'oħra assistejna għal Gvern li bħal donnu għalih ilpreżentazzjoni hija ferm aktar importanti mis-sustanza. Għal darb'oħra assistejna għal Gvern li lest jgħawweġ il-kliem sabiex jaħbi d-differenza kbira bejn il-kliem u l-fatti. Qiegħed naturalment nirreferi għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Prim Ministru Joseph Muscat sabiex iħabbar l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza kif riveduta. Skema li fi ftit jiem oħra ser tkun qed tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew. Huwa ċar meta tpoġġi l-iskema kif oriġinarjament il-Gvern Laburista approva fil-Parlament permezz tal-maġġoranza tiegħu u l-iskema riveduta kif imħabbra mill-Prim Ministru li l-eżerċiżżju ta' reviżjoni ma kien xejn għajr eżerċizzju ta' PR. Eżerċizzju li fih il-gvern ried jinganna lil poplu li l-affarijiet kienu differenti mentri fir-realtà l-bażi baqgħet li kienet. Il-kunċett ta' prezz fiss fuq iċċittadinanza Maltija baqa' li kien. Il-kunċett li ma tinħoloq ebda rabta ma' Malta għal dawk li jakkwistaw din iċ-ċittadinanza baqa' li kien. Il-kunċett li ma hemm ebda rabta ma' investiment reali baqa li kien. Il-kunċett li l-qraba ta' dawk li jakkwistaw din iċ-ċittadinanza jistgħu huma wkoll jagħmlu dan baqa' wkoll li kien. Inbidel biss l-ippakkeġġjar ta' barra f 'attentat iddisprat sabiex l-affarijiet jidhru differenti. Li dan it-tibdil kożmetiku kien biżżejjed għal General Workers Union biex tibdel il-pożizzjoni tagħha żgur li ma ssorprenda lil ħadd. Iżda fil-Parlament Ewropew l-affarijiet se jkunu ferm differenti. Fil-Parlament Ewropew, il-Gvern Malti se jgħaddi lil pajjiżna minn skrutinju li wisq aktarx jaf iħalli marka xejn sabiħa fuq pajjiżna. FilParlament Ewropew il-gimmicks u l-fanfarri ta' Kastilja ftit li xejn se jiswew. Fil-Parlament Ewropew huwa s-sustanza li ser tkun eżaminata. Hija tassew ħasra li l-gvern Laburista kompla jagħti bis-sieq iċ-ċans ta' kunsens nazzjonali u skema li kienet tassew tkun ta' ġid għal pajjiżna sempliċiment għal pika politika. Huwa ħasra li l-gvern Laburista bħal donnu sar iħoss ċertu obbligu li bl-ebda mod ma jaħdem id f 'id mal-Oppożizzjoni Nazzjonalista bħal donnu biex jibqa' jfakkar lil kulħadd li fil-Parlament Malti huwa għandu maġġoranza ta' disa' siġġijiet, anke jekk b'hekk qiegħed ikun pajjiżna li qiegħed ibati. U din l-ebusija tar-ras jidher li testendi mhux biss mal-partit Nazzjonalista iżda anke mal-korpi kostitwiti li bl-aktar mod ċar giddbu lil Prim Ministru Joseph Muscat u urew kif għal darb'oħra l-Gvern naqas milli jikkonsulta. Attitudni li tkompli tikkonferma kemm għandna gvern interessat fir-wrapping u mhux fil-kontenut tal-rigal. U mal-ebusija tar-ras tal-Gvern Laburista komplew naturalment l-artikli fil-mezzi tax-xandir internazzjonali li bl-aktar mod ċar huma kritiċi tal-iskema tal-istess Gvern Laburista. Artikli li jkomplu jixħtu lil pajjiżna f 'dawl ikrah. Laqtitni ħafna sentenza konklussiva li dehret f 'artiklu fuq euobserver. com fejn intqal hekk, "What is unique about Malta is the complete lack of restrictions which makes this programme the fastest to obtain European citizenship." Sentenza li għandha tweġġa' lil kull min hu kburi li hu Malti. Sentenza li għandha ssaħħaħ id-determinazzjoni ta' kull wieħed u waħda minnha li nopponu l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija b'dan il-mod umiljanti. Imħatra li issa joħorġu s-soltu alleati tal-Partit Laburista jakkużaw lil euobserver.com u l-bosta mezzi oħra li fl-aħħar jiem komplew bilkritika li huma forċina tal-Partit Nazzjonalista? DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

