Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

turi tal-Ħajja Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 11 tter il-ferħ tagħha Ilina ħadmet fuq arti ta' diversi knejjes Maltin diversi xenarji u ikoni għallesebizzjoni. Minn hemm komplejt nistudja l-arti. "Meta kelli 25 sena ddeċidejt li niġi Malta fejn esebixxejt ix-xogħol tiegħi fil-Mużew tal-Arti, il-Belt Valletta u fil-mużew tal-Katidral talImdina." Iżda minfejn kienet semgħet b'Malta? "In-nannu kien jirrakkontali dwar din il-gżira u kien jirrakkontali l-istorja tal-Kavallieri. Kien qalli wkoll li t-temp kien wieħed sħun u jien ma kontx inħobb ilkesħa (billi trabbejt fil-borra tal-muntanji) allura ddeċidejt li niġi Malta. Speċjalment li l-baħar dejjem kien jaffaxxinani. Malli messejt ma' din il-gżira ħabbejtha. Għidt 'hawn il-ġenna' u ma mortx lura lejn il-Bulgarija iżjed ħlief għal xi vaganza." Sadattant Ilina bdiet tesebixxi x-xogħol tagħha f 'diversi lukandi għax hi kienet temmen li f 'lukanda n-nies ikunu aktar rilassati u jaraw l-arti b'mod aktar trankwill. Hi fil-fatt għamlet tmien snin tesebixxi l-Hilton. Għandha wkoll xi kollezzjoni żgħira fir-ristorant Zeri ta' Portomaso. Iżda issa ddeċidiet li l-kollezzjoni kollha żżommha fl-appartament tagħha fejn huma diversi entużjasti tal-arti li jmorru għandha jaraw l-arti tagħha u naturalment jixtru wkoll. Li skantani kien il-versatilità flarti tagħha. Ilina tpitter ikoni, xenarji, arti kontemporanja, in-nuda, astratt u tuża diversi kuluri vibranti fejn il-farfett, iż-żiemel, id-denfil u anke l-fjura huma l-aktar suġġetti li jidhru għal qalbha. Forsi l-fatt li dawn l-annimali jagħtu impressjoni ta' libertà u ġmiel, joħorġu l-karattru vera ta' Ilina. "Jiena versatili ħafna fixxogħol tiegħi. M'għandix limitu ta' dak li npitter. Inpitter dak li rrid u nħobb ħafna l-kuluri. Iżda jien ukoll irrid inpitter dak li jordnaw in-nies għax jien kapaċi npitter dak kollu li jitolbuni l-klijenti u kultant inpitter ukoll dak li lili ma jkunx jgħoġobni wisq, iżda kapaċi nieħu paċenzja u xorta nitfa' l-ispirtu tiegħi fih. Għax l-arti tiegħi ġejja minn qalbi." Wara tmien snin f 'Malta ltaqgħet ma' Mark li kien qed jiġbed ir-ritratti ta' wirja tal-antikitajiet fejn hi kienet taħdem dak iż-żmien. Inħabbu u issa ilhom madwar 16-il sena miżżewġin. "Mark hu bniedem artistiku wkoll u hu jxerred l-arti tiegħi għax jaħdem fil-marketing u ħafna drabi jmexxili l-marketing tal-pitturi tiegħi." Ilina għallmet l-arti fil-kulleġġ St Edwards u fi Newark College u issa tinsab kuntenta ħafna tgħallem l-iskola ta' Santa Monika. Impressjonani l-fatt li bħalissa qed tpitter erba' biċċiet fl-istess żmien u kollha differenti minn xulxin. Qed tagħmel ikona meraviljuża, indurata kollha bil-weraq tad-deheb), xenarju li għadha tibdieh, il-luzzu fil-port talImġarr t'Għawdex u pittura kollha friefet ikkuluriti. Kif jirnexxilha ma nistax nifhem. Bi tbissima qaltli, "jien nerġa' ngħidlek, inpitter minn qalbi u nieħu gost nibdel l-istil minn ġurnata għall-oħra ħalli ma ninqabadx fuq stil wieħed. Ma nistax ngħidlek kemm indum inpittirhom għax jiddependi minn kemm għandi x'nagħmel fil-ħajja ta' kuljum." Staqsejt lil Ilina jekk għandiex xi pittura speċjali li ddeċidiet li ma tbigħx, "Le. Kull pittura li npinġi hi għall-bejgħ. Is-sodisfazzjon tiegħi hu li n-nies jixtru dak li ħloqt jien u japprezzawh billi jħallsu għalih. Għal kull xarabank hawn passiġġier u għal kull pittura hawn xerrej. Dak hu l-motto tiegħi." Ilina kienet l-unika pittriċi minn Malta li ġiet mistiedna tesebixxi fil-Biennale ta' Firenze fejn mija biss jiġu mistiedna mid-dinja kollha. Kienet marret fl-2007 u għalkemm tiġi mistiedna kull sena m'għadhiex tmur għax trid ħafna flus u ħin biex tmur Firenze għal għaxart ijiem. Sadattant wieħed jista' jara x-xogħol tagħha fil-kwartieri tal-APS Bank li hemm isSwatar. Il-kurċifiss fuq l-artal tal-Klarissi ta' San Ġiljan, għoli metru u nofs u ndurat. Fil-knisja tal-Ħniena Divina f 'San Pawl tat-Tarġa hemm ukoll kurċifiss, San Pawl u ikona tal-Madonna bilBambin Ġesu li ġew mixtrija mingħandha minn Antonella u Ġorġ Darmanin u mogħtija bħala donazzjoni lil Knisja. Iżda bla dubju li l-kapolavur tagħha jinsab fil-Knisja ta' Santa Marija tal-Anġli ta' Baħar iċ-Ċagħaq. Kien Patri Marcello Ghirlando li qabbadha tagħmel l-arti kollha li hemm f 'din il-knisja. "Il-kurċifiss hu magħmul minn weraq tad-deheb ta' 22 karat, impitter fuq il-kewkba li jiżen 550 kilo u hu twil 9 piedi. Biex tpoġġa f 'postu kellu jittella' bi krejn u għaxar persuni kellhom jerfgħuh. Hu ferm maestuż, iżda xorta l-aktar biċċa għal qalbi li għamilt hemmhekk hu t-tabernaklu. Ix-xogħol kollu tiegħi f 'din il-knisja ħadli tliet snin." Jidher ċar li l-ikoni għal Ilina huma speċjali fejn ikolli nammetti li f 'Malta s'issa hi Ilina biss li naf li tpinġi dawn l-ikoni. Jista' jkun għax ġejja minn monasteru fil- L-erba' biċċiet ta' arti li qed taħdem fuqhom bħalissa Bulgarija fejn l-ikoni huma l-forte ta' dan il-pajjiż. "Ikona hi kelma Griega li tfisser immaġni reliġjuża. Huma mimlija spiritwalità għalhekk tħoss xi ħaġa ġo fik aktar meta tkun qed tpinġihom. Għandi l-unur ngħid li ikona minn tiegħi nxtrat minn kollezzjonist sinjur kbir u poġġiha ħdejn biċċiet talarti oriġinali li għandu filkollezzjoni tiegħu ta' Picasso u Dali. U dak hu unur kbir speċjalment li jien naffaxxina ruħi bix-xogħol ta' Dali." Staqsejtha liema hi l-isbaħ biċċa arti li pittret, "Ma tistax tqabbel żewġ biċċiet tal-arti ma' xulxin. Kull biċċa arti għandha l-ġmiel tagħha. Meta npitter nħossni ferħana u meta nbiegħha nħossni li qsamt il-ferħ tiegħi ma' min xtraha. U min iħares lejn il-pitturi tiegħu se jħossu ferħan għax jien inpitter il-ferħ tiegħi fuq it-tila. Jiena persuna mimlija ħajja u ferħ u l-pitturi tiegħi huma ħajjin. Ħares lejhom u tara l-ferħ tiegħi." Hekk temmet l-intervista miegħi Ilina li stednitni biex nerġa' mmur hemm bil-partner tiegħi li tinteressaha ħafna l-arti u jien min-naħa tiegħi stedintha tiġi Għawdex biex nuriha xenarji li hi qatt ma żaret ħalli timmortalizzahom fuq it-tila tagħha. Sadattant qaltli li tieħu gost li jekk hawn xi ħadd interessat biex jara x-xogħol tagħha jista' jew jidħol fuq is-sit www.artofilina.com inkella fuq Facebook ifittixha Artofilina nkella Ilina Filipova.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014