Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
Ir-rotta talġurnalist Gladjat 10 illum | Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 minn John Busuttil Jerome Caruana Cilia Is-subway ta' Bieb il-Bombi: Rotta moqżieża u b'ebda sigurtà Rotta li suppost toffri sigurtà mit-traffiku, qed toħloq iktar nuqqasijiet. Is-subway ta' Bieb il-Bombi hi rotta moqżieża b'nuqqas ta' sigurtà. In-nuqqas ta' dawl u r-riħa taqsam ta' awrina jikkaraterizzaw din is-subway. Din hi l-entratura tas-subway ta' Bieb ilBombi fil-Furjana. Minkejja li bdejt din ir-rotta għall-ħabta ta' nofsinhar, xorta waħda sibtha bi tqila biex nidħol. Qabel ma tirfes l-ewwel tarġa, mill-ewwel tinxtamm riħa qawwija u insapportabbli ta' awrina. Dan minbarra l-ħmieġ li rajt saħansitra fl-entratura. Fis-subway sibt erba' siringi mal-art. Tnejn minnhom saħansitra fin-nofs tas-subway. Ċertament li din iż-żona mhix waħda sigura. Nappella lill-awtoritajiet konċernati sabiex jieħdu azzjoni b'mod immedjat. Malli dħalt intbaħt bin-nuqqas ta' dawl. F'ċerti żoni saħansitra dlam ċappa. Dan għaliex hemm numru ta' tubi maqtugħin. Dan il-fattur ikompli jżid man-nuqqas ta' sigurtà. Il-Bulgara li tpit ILINA Filipova, Bulgara minn Rila li għamlet suċċess kbir fuq it-tila. Ta' 25 sena ġiet Malta tesebixxi x-xogħol tagħha u 24 sena wara għadha tgħix magħna għax skont hi Malta hi ġenna tal-art. Trabbiet filmuntanji ma' nannuha iżda l-kesħa ma kinitx tħobbha u f 'Malta ltaqgħet ma' temp sħun, il-baħar li tant tħobb u ma' żewġha Mark għal dawn l-aħħar 16-il sena. Ix-xogħol artistiku tagħha jpoġġiha fuq skaluna unika. Hi pittriċi versatili li x-xogħol tagħha malli tmiss miegħu tħossu li hu ta' livell ferm għoli. Il-kuluri li tuża juri l-ħajja ferriħija tagħha u hi stess tammetti li l-ferħ tagħha tiproġettah fil-kuluri vibranti li tuża. Iżda Ilina Filipova hi esperta fit-tpinġija talikoni li ħafna mix-xogħol tagħha żgur se jibqa' msemmi għal mijiet ta' snin, speċjalment il-Knisja ta' Santa Marija tal-Anġli li hemm f 'Baħar iċ-Ċagħaq li hi msebbħa kollha kemm hi bl-arti distinta tagħha. Ilina Filipova hi gladjatur mal-ħajja fejn dak kollu li tara u jgħoġobha tpoġġih fuq it-tila ħalli ma jintesa qatt u fl-istess ħin bl-arti tagħha tferraħ lil dawk li jmissu magħha għax Ilina fuq it-tila tpinġi l-ferħ tagħha li għandha lejn ilħajja. Ftehmt li niltaqa' ma' Ilina fl-appartament mibdul fi studio f 'Ta' Xbiex. Fil-fatt kont miftiehem fis-2pm u mort siegħa qabel. Ċempilt u qaltli li kienet għadha tgħallem fl-iskola Santa Monika fejn ilha tgħallem l-arti għal dawn l-aħħar ħames snin. U għalhekk flok bqajt fit-triq nitlajja ċempilt lil żewġha Mark li kien ġentili u tellagħni fl-istudio u filwaqt li offrieli capuccino qgħadna nitkellmu ftit dwar il-passat tagħna, għax inzerta li Mark Chetcuti kien kollega miegħi Smash TV. Ftit wara tfaċċat Ilina, mara ta' 49 sena magħmula petita, mimlija ħajja u tbissim li poġġiet bilqiegħda u bdiet tkellimni b'passjoni kbira fuq id-diversi pitturi li għandha fl-istudio u wrietni anke ktejjeb sabiħ bix-xogħol tagħha li ħafna minnhom mibjugħa lejn pajjiżi bħal Firenze, Ruma u l-Ingilterra. Irnexxieli nwaqqafha milli titkellem fuq il-pitturi u staqsejtha ftit dwarha. "Twelidt fl-1 ta' Marzu 1965 fi Blagowgrad il-Bulgarija, eżatt fejn il-famuż monasteru ta' Rila. Ilina kienet il-fessuda ta' nannuha li kien studja għal qassis f 'dan il-monasteru u kien spiċċa bħala surmast ta' skola li hu rnexxielu jġib minn Thessaloniki u fetaħha fi Blagowgrad. Kien jismu Ilia u jien imsemmija għalih. Kien bniedem kolt ħafna u kien dejjem jirrakkontali l-istejjer dwar diversi pajjiżi. Kien ukoll artistiku ħafna." Ilina fil-fatt minn età ċkejkna kienet bdiet tpinġi, "l-ewwel tila tiegħi kienu l-ħitan għax dejjem inħażżeż u npinġi fuq il-ħitan. Oħti mbagħad kien irnexxielha tirranġali biex nesebixxi xogħol tiegħi f 'Sofia meta kont għadni l-iskola. Kelli Jien u għaddej mis-subway iltqajt ma' frażi interessanti immens. Xi ħadd uża lisprej sabiex jikteb 'Are you satisfied with the life you're living?' Ħasra li din is-subway bilkemm tintuża, għaliex jien ċert li din il-frażi tħallik taħseb u tirrifletti. Ilina Filipova, tqis Malta bħala ġenna tal-art