Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 EMPIRE Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta FRA Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Ħamrun ANICI Pharmacy, Triq Anici, Qormi ST. Bartholomew Pharmacy, 230, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera REMEDIES Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigord, Ta' Xbiex BALLUTA Pharmacy, 30, Triq il-Kbira, San Ġiljan THE Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard SGĦAJTAR Pharmacy, Triq Sgħajtar, Mosta PROMENADE Pharmacy, St Paul's Court, Pioneer Road, Buġibba MADDALENA Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija VICTORY Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, Isla MAY Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Żabbar ST. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Żejtun KIRKOP Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Kirkop ST. Nicholas Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Siġġiewi SANTA Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Dingli AZZOPARDI Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria PISANI Pharmacy, Bini Gdid, Triq Sannat, Sannat TEMP ILLUM L-OGĦLA L-INQAS TEMP VIŻIBILTA' RIĦ BAĦAR: 18˚Ċ 14˚Ċ Imsaħħab u b'ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu lokalment bir-ragħad kultant, li jsir ftit imsaħħab iktar tard mal-jum Moderata li ssir ġeneralment tajba. Nofsinhar ix-Xlokk forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 li jdur mil-Lbiċ wara nofsinhar. Qawwi GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Il-Pass li jmiss w JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediattoday.com.mt www.gozochannel.com TEMP GĦADA L-OGĦLA L-INQAS TEMP 18˚Ċ 14˚Ċ Il-biċċa l-kbira sabiħ, li jsir ftit jew wisq imsaħħab iktar tard. VIŻIBILITÀ: Moderata. RIĦ Nofsinhar il-Lbiċ forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6, isir mil-Lbiċ forza 5 għal 6 lokalment forza 6 għal 7 u anke forza 7 għal 8 għal xi ħin, u jdur mill-Punent iktar tard. Baħar: Qawwi SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. 74 26 52 7 13 83 57 64 Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Iċ-ċittadinanza JIEM wara l-vot fil-Parlament Ewropew, fejn 560 Membru Parlamentari Ewropew u aktar minn 90% tas-Soċjalisti vvutaw kontra l-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-opinjonista Salvu Felice Pace, il-lekċerer fl-Università ta' Malta, Carmen Sammut u żewġ kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Ivan Grixti u Stefano Mallia. L-opinjonista Salvu Felice Pace afferma li bħala prinċipju ma jaqbilx li ċ-ċittadinanża għandha tkun għal bejgħ. Hu sostna li minbarra dan, l-iskema toħloq diskriminazzjoni fuq diversi livelli. "Is-sinjur jinqeda filwaqt li min ma jiflaħx iħallas jibqa' barra. Gvern Laburista abdika mill-politika ta' solidarjetà u tal-ġustizzja soċjali. Aħna l-Maltin ġejna ċittadini tattieni klassi. Min għandu l-flus jinqeda mingħajr ma jgħaddi jum f 'Malta." Felice Pace spjega kif il-ħsara lil Malta diġà saret. Issa jekk investituri barranin jaraw f 'Malta pajjiż tallab u bla prinċipji ma naħsibx li ser jirriskjaw flushom. Hu sostna li l-vot fl-Ewropa kien sod wisq u l-messaġġ hu li Malta ma tistax tiġi fdata millpajjiżi sħab fl-Unjoni Ewropea. "Iċ-ċittadinanża Ewropea aħna naqsmuha ma' dawn il-pajjiżi," Salvu Felice Pace Carmen Sammut Ivan Grixti Stefano Mallia qal Felice Pace. F'kummenti ma' din ilgazzetta, l-opinjonista tkellem ukoll dwar il-pass li jmiss. "L-ewwel nett ir-residenza għandha tkun fattur f 'din l-iskema jekk irridu nkomplu fejn bdejna. Imbagħad hemm bżonn li nkunu ċerti li l-iskema ma tiksirx trattati Ewropej u l-liġijiet internazzjonali. Ma rridux indaħħlu l-poplu tagħna fi ġlied ma' sħabna fl-Ewropa jew li nġibu fuqna kastigi permezz ta' xi kawża fil-qrati Ewropej." Għal kuntrartju, Ivan Grixti, il-Kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew qal li wara li sar it-tibdil f 'din l-iskema ta' ċittadinanza b'investiment kien aktar konvint milli kien fil-bidu, għalhekk sostna li hu favur dan il-programm. "Wieħed għandu jsemmi kif il-Prim Ministru ma sabbatx saqajh, iżda sema' anke millOppożizzjoni Nazzjonalista, tant li Simon Busuttil stess qal li l-partijiet jinsabu viċin qbil. Irrid insemmi kif ħassejtni komdu meta ddaħħlet ilklawżola tax-xiri jew kiri ta' propjetà f 'din l-iskema." Grixti jgħid li dan ilprogramm se jħalli impatt pożittiv fuq l-ekonomija ta' Ħadmu favur Malta WARA l-vot qawwi kontra l-iskema ta' bejgħ taċċittadinanza mill-Membri Paralmentari Ewropej fil-Parlament Ewropew, id-diskussjoni dwar din l-iskema ma waqfet xejn. Għaldaqstant, din il-gazzetta tkellmet mal-kapijiet taż-żewġ delegazzjonijiet rispettivi: Joseph Cuschieri, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista filParlament Ewropew u David Casa, il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista. Mistoqsi minn din il-gazzetta dwar il-fatt li aktar minn 90% tal-MEPs soċjalisti vvutaw kontra din l-iskema, Cuschieri qal li din hi perċezzjoni u interpretazzjoni żbaljata tarriżultat. "Fit-test oriġinali tar- Joseph Cuschieri riżoluzzjoni mħejji mill-Partit Popolari li miegħu hu affiljat il-Partit Nazzjonalista, Malta kienet tissemma ħdax-il darba. Fir-riżoluzzjoni li ppreżentaw is-Soċjalisti, Malta ma kinitx tissemma, lanqas darba waħda. Finalment, wara negozjati, Malta ssemmiet tliet darbiet fittest finali tar-riżoluzzjoni." Hu sostna li minkejja dan, il-Grupp tas-Soċjalisti vvota bi ħġaru kontra ż-żewġ paragrafi fejn fihom kien hemm referenza għal Malta, jiġifieri paragrafu 1 u 12 tal-mozzjoni. Fi ftit kliem, is-Soċjalisti vvutaw fuq it-test finali tal-mozzjoni imma bi ħġarhom kontra l-paragrafi li fihom kienet tissemma Malta. "Kienu l-MEPs Nazzjonalisti li bi ħġarhom insistew sal-aħħar biex jissemma isem Malta bil-konsegwenzi kollha li att talmistħija bħal dan iġib miegħu," kompla l-kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, Cuschieri fisser kif din l-iskema ser ikollha impatt pożittiv fuq l-ekonomija ta' pajjiżna. "Ma hemm l-ebda dubju li kull skema li tattira lejn pajjiżna nies li lesti jinvestu flushom fl-ekonomija tagħna tkun ta' beneffiċċju għall-pajjiżna u dan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014