Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 13 uzu jzekzek Il-poodle isejjaħ … Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt jew sms 99395227 Joanna Darmanin AJMA, ajma smajtu. Joanna Darmanin ser ssir flok Martin Bugelli bħala l-kap tar-rappreżentenza tal-Kummissjoni Maltija. Ara vera mafja din il-kummissjoni, jafu li Joanna mhix mara fdata minn din l-amministrazzjoni u jappuntaw lilha. Il-Bahamas U nkompli, tafu li l-unika persuna li kienet taf fil-vjaġġ tal-Bahmas ta' Dalli kienet Joanna. U Alla jbierek l-ewwel nies li tkellmu fuq din il-kwistjoni kienu Ġorġ u Pawlu fil-programm ta' dak is-sabiħ Norman Vella. Stennew, tmien xhur qabel ma ħarġet l-istorja filTajms. Is-saħħara L-għaqda fil-familja… jien mhux se nivvota u lanqas Toni tal-arloġġi diġà qal li mhux se jissogra jmur kontra dak li jgħid l-Ayatollah. U la qed nsemmu lil Toni tal-arloġġi dik vera li kienet dehritlu Madonna? Vera fortunat għax jien biex rajtha tgħidx kemm ħallast fil-kunċert tagħha f 'Milan. U smajtuha l-aħħar waħda soru welldet tarbija fl-Italja u ma kinitx taf li kienet tqila…Ehh dak ilħamiemu!!! Kummiedja mimlija daħk fis-sala tal-eks stamperija Bini bis-saqaf fil-Blata l-Bajda nbidel f 'sala tatteatrini issa, wara l-coffee mornings u t-tombla. L-ewwel dramm li sar fih kien Julius Ceasar, fejn iddaqqiet tal-istalletti minn wara kienu vera realistiċi. Ittieni dramm sar dil-ġimgħa NERUNI fejn waqt li Malta kienet qed tiġi maħruqa mill-Ewropej bdiet tinstema' l-arpa ddoqq. Issa wasalna għat-teatrini mimlija daħk qalulna bil-protagonisti jkunu dawk il-ħaddiema li tkeċċew u l-oħrajn li ntalbu joqogħdu 3 xhur bla paga. Issa wara t-teatrini se jibdew jintwerew films ta' Bruce Lee… qed jingħad li dan iċ-ċiklu ta' films Ċiniżi se jinfetaħ minn Mrs Konlad Mizzi għax hi MADE IN CHINA wkoll. Id-djalogu tal-familja Ħarsu naqra lejn dak ir-ritratt fejn hemm tliet żgħażagħ jiddiskutu l-ġurnata fuq il-laptop tagħhom. Dak hu ritratt vera tat-tliet ulied ta' Sandra mill-Ħamrun. Wara li jiġu mill-iskola jintefgħu fuq il-mejda u jibdew jiddiskutu l-ġurnata tagħhom fuq fejsbuk. Sandra (ommhom) kif ikun lest l-ikel (jekk ma jinħaraqx għax anke hi tkun fuq il-fejsbuk) tibgħatilhom email li l-ikel lest. Familja magħquda bil-provi ħbieb… (u ħadt permess biex inġibhom hawn) Jew tikxef jew ħabs Salv U xi ġralu Salvu l-editur miskin. Iriduh jikxef. Ara dak diġà kixef rasu billi neħħa xagħru. Xi triduh jikxef iżjed? Imbagħad xi ħadd qalli li ma tantx għandu x'jikxef ta. Ara aħjar titfgħuh jumejn ħabs ta' milli jikxef u jtellagħli l-istonku. Hekk jew b'hekk iċ-ċekk tahuli. Ma kienx żejt li vvintajt Salv! Żlaqt waħda sew fih. Għadkom ma qtajtuhiex ċwieċ? Ara bejn il-Juventus u l-PL hemm ħaġa komuni… l-Ewropa lit-tnejn ma tħobbhomx. TATA Mela isimgħu din, kienet għaddejja r-reġina tar-rimattar dik li hija ppubblikata minn Malcolm Miller tal-gazzetta The Independent u ġiet wiċċ imb wiċċ quddiem Gianella l-avukatessa. U din minn taħt l-ilsien qalet: 'What spite?!" Traduzzjoni bil-Malti kieku tkun: "Xi ħdura?" Ara vera jrid ikollok wiċċek u sormok l-istess biex tgħajjar lil xi ħadd xi ħaġa li tapplika għalik. Bejnientna lanqas il-kelma ħdura mhi tajba. Kieku kelma tajba tkun: bżieq u miġnuna! Xmun no comment Ħadd gost nisma' lil Simon Busuttil jitkellem fuq RadjuMalta fuq ilprogramm tad-DRU Azzopardi. Taf x'qal ix-xmun, qal li ma jistax jitkellem fuq Jean Claude Micallef u Herman Schiavone – għaliex ma ġewx nominati għax mhumiex persuni pubbliċi. Ara vera ma jafx x'inhu jgħid. U minn hawn ngħidulu: Come on Simon, wakey wakey? Gavin il-Gulia Kemm qed nieħu pjaċir nisma b'Gavin Gulia, uhh kemm qed jogħġobni bħala ċermen tal-MTA. Il-problema tiegħi biss, hi li ma nafx għalfejn qed jogħġobni, għax ma nafx x'qed jagħmel u x'qed jipprova jagħmel. U jekk nistaqsi jekk għandix bżonn ċermen flMTA, żgur naf ir-risposta tiegħu tkun… le! Gheorgie, gheorgie Mela tajba din, l-ewwel jitkażaw li Chalie Demicoli kien juża lil Gheorg Sapiano l-Kordin Grain Terminal, u mbagħad ineħħu lil Chalie u ċ-ċermen il-ġdid Chalie Mizzi juża avukat ieħor millgrupp ta' Sapiano, id-dottor Alan Delia. Imbasta noqogħdu ngħajru li l-kejk dejjem kien jinqasam bejn l-istess nies. Balzan fil-ħabs Jien nibża' li jekk Saviour Balzan imur il-ħabs jispiċċa jitħawwad u jintefa' ma' karattri mhux daqstant sbieħ. Infatti tlabna liddesigner tagħna biex ipinġilna immaġini ta' kif jidher Balzan kieku kellu jispiċċa l-ħabs. Miskin lanqas ħaqq jispiċċa jitlef dik il-ġilda bajdanija li għandu. Żjara fi Kiev Kont Kiev, l-iktar belt fejn tista' tara nisa koroh fid-dinja u rajt lil Silviuċċu u l-Antonin Attard iduru, mhux iħufu tafux. Imsieken issur Scerri u s-sur Attard kienu qegħdin fuq xogħol tal-Eurovision. Xogħol onoruż li huwa importanti għall-iżvilupp kulturali talkantanti Maltin. Ovvjament sewwa Silviuċċu u anke Antonin ser jagħmlu minn kollox biex jagħmlu figura tajba għall-ġid ta' Malta u l-Maltin. Qed nitkellem fuq il-mużika, psataż!