Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Wasal li Malta jkollha kummissarju b'saħħtu fi Brussell I l-vot fil-Parlament Ewropew u kif ukoll is-sinjali li ħerġin mill-kummissjoni qed juru biċ-ċar li Malta ser ikollha problema serja ta' atteġġjament mill-Kummissjoni Ewropea. Id-diskors talkummissarju Viviane Reding kien iebes u bla ħniena lejn Malta. Żgur ma kinitx titkellem hekk filkonfront ta' pajjiż ieħor. Aħna tkellimna fil-passat u esprimejna r-riservi tagħna dwar l-iskema taċ-ċittadinanza. Wisq aktar għax nemmnu li din l-iskema ġiet introdotta b'mod goff. Imma nifhmu wkoll minn fejn ġej il-gvern bl-argumenti tiegħu dwar il-bżonn ta' biljun ewro. Hemm kilba kbira li jkun hawn ilfondi biex ikunu jistgħu jitwettqu proġetti ġodda. U wisq iktar li jkun hemm qafas tajjeb għal sostenn soċjali fil-pajjiż. Il-flus ma jaqgħux mis-sema, jew billi ngħidu li rridu l-investiment. Dan kollu jista' jinftiehem imma ċertament il-kjass li nqala' fuq din il-kwistjoni ċertament ma kienx preparat għalih dan il-gvern. Li huwa ċert li l-Gvern għaddej minn fażi diffiċli malkummissjoni. Nimmaġinaw li dan beda wara li John Dalli ġie appuntat bħala konsulent ta' Muscat wara li kien ġie 'mkeċċi' minn Barroso. Tkompla bit-tilwima dwar ilqasma fil-piż tal-immigranti u issa bil-kwistjoni tal-iskema taċċittadinanza. L-aħbar ukoll li qed tidher filħarġa tal-MaltaToday li aktarx il-kap il-ġdid tal-uffiċċju talkummissjoni f'Malta ser tkun persuna (Maltija) mhux fdata millgvern preżenti turi li l-kummissjoni qed tipprova tagħmel ostakoli. Li huwa ċert li Malta trid issib mod kif tilqa' għal din il-mewġa ta' gwerra bierda mal-kummissjoni. L-ewwel ħaġa li huwa ċert li Malta jenħtieġ li jkollha, hu Kummissarju Malti li jkun b'saħħtu u omnipreżenti. Wisq aktar għax il-kummissarju li għandha preżentament Tonio Borg huwa magħruf għal fatt li ma jtajjarx nar. Bħal ma jintwera fil-każ tad-direttiva tat-tabakk. Mur ara kemm ser jaqbeż għal isem Malta jew kif nifhmuha aħna l-Gvern Laburista. It-tieni ħaġa, hi li r-rappreżentant permanenti tal-gvern Malti fi Brussell, Marlene Bonnici, trid tieħu aktar pożizzjoni pro-attiva u tiftakar li l-ewwel interess huwa dak tal-pajjiż. Nistgħu nkomplu imma naħsbu li f'dan l-istadju dan hu biżżejjed.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014