Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Kummercjali Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 | illum 23 Ġimgħa miżgħuda oħra għall-Festival Barokk IT-TIENI u l-aħħar ġimgħa tal-Valletta International Baroque Festival se tkompli għada u tibqa' għaddejja sal-Ħadd 26 ta' Jannar bi programm mimli ta' attivitajiet kuljum. It-Tnejn 20 ta' Jannar se jittella' kunċert ġewwa t-Teatru Manoel bit-titlu Music from the Habsburg Court bis-sehem tal-orkestra Consilium Musicum Wien flimkien mas-soprana Ursula Fiedler u Paul Angerer fuq il-klaviċembalu taħt iddirezzjoni ta' Christoph Angerer. Il-kunċert li jibda' fis-7.pm se jinkludi mużika ta' Benedikt Anton Aufschnaiter, Leopold I, Georg Christoph Wagenseil, Johann Georg Reutter, Joseph I, Johann Joseph Fux u Antonio Caldara. L-orkestra Concilium Musicum Wien twaqqfet fl1982 minn Paul u Christoph Angerer bil-għan li jindaqq repertorju ta' mużika tasseklu 18. It-Tlieta 21 ta' Jannar, wieħed mill-aqwa kontrotenuri fid-dinja, Max Emanuel Cencic flimkien mas-soprana Camille Poul u l-orkestra Les Cyclopes se jwasslulna kunċert speċjali bit-titlu Bach meets Pergolesi's Stabat Mater, adattazzjoni minn Bach taliStabat Mater ta' Pergolesi. Dan il-kunċert li jibda fis-7.30pm se jittella' ġewwa l-Katidral tal-Anglikani. L-Erbgħa 22 ta' Jannar It-tieni u l-aħħar ġimgħa tal-festival Barokk tinkludi ballu fil-Manoel se tittella' produzzjoni oriġinali u divertenti ġewwa l-Grand Salon fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija bit-tema Coffee with Venus fis-7.30pm. Il-Valletta International Baroque Ensemble, flimkien massoprana Claudia Patacca se jtellgħu żewġ xogħlijiet umoristiċi fosthom il-Coffee Cantata BWV211 ta' J.S. Bach u La Toilette de Venus ta' F.C. de Blamont. Il-Ħamis 23 ta' Jannar, l-orkestra Ġermaniża Die Kölner Akademie se ttella' t-tielet kunċert b'xogħlijiet tal-kompożitur Franċiż Rameau ġewwa t-Teatru Manoel fis-7.30pm. Airs Enchantées se jkun tribut mużikali għall-ġenju mużikali ta' Jean Philippe Rameau fl-okkażjoni tal-250 anniversarju minn mewtu. Dan il-programm se jkun jinkludi għażla interessanti ta' arias u duetti għal sopran u tenur kif ukoll mużika għaż-żfin, kollha meħuda mill-ħafna opri li kiteb. Il-Ġimgħa 24 ta' Jannar, kunċert li se jittella' filKnisja tal-Erwieħ fis-7.30pm se jara lil Simon Schembri għall-ewwel darba f 'Malta jmexxi l-Ensemble Baroque de Toulouse f 'programm ta' kompożizzjonijiet tas-seklu 18 b'xogħlijiet ta' Handel, Vivaldi, Boccherini u Marcello. Is-Sibt 25 ta' Jannar hija ġurnata oħra mimlija mużika Barokka. Fil-11am se jittella' kunċert fil-Katidral talAnglikani Lords and Masters, kunċert minn Camerata Galatea bis-sehem speċjali tas-soprana Gillian Zammit u b'mużika ta' Prota, Handel, Festing u Telemann. Filgħaxija mbagħad, l-awditorju tat-Teatru Manoel se jerġa' għal darb'oħra din is-sena jilqa' fih il-Ballu tal-Festival Barokk fid-9pm. Dawk kollha preżenti se jkunu lebsin kostumi Barokki u maskri tal-epoka u jiżfnu għallmużika minn orkestra ta' 10 mużiċisti li twaqqfet apposta u li qed titmexxa minn Gjorgji Cincievski. It-Teatru Manoel se jkun qed joffri prezz imraħħas fuq il-kiri ta' kostumi mill-kollezzjoni ta' kostumi li għandu filwaqt li għall-ewwel darba din issena, qed ikunu organizzati wkoll lezzjonijiet ta' żfin Barokk apposta għall-ballu. Dawn il-klassijiet qed isiru kuljum bejn is-Sibt 18 u l-Ġimgħa 24 ta' Jannar bejn is-6pm u s-7pm ġewwa t-Teatru Manoel. Il-Ħadd 26 ta' Jannar, l-aħħar jum tal-Festival Barokk se jkun jinkludi tliet attivitajiet oħra F'Sala Isouard fin-12.30pm, il-pjanista żagħżugħa Maltija Joanne Camilleri se tippreżenta l-programm tagħha In Bach's Footsteps b'xogħlijiet ta' Bach li juru l-iżvilupp tal-kompożitur bħala maestro di Cappella li l-istil tiegħu kien il-qofol talmużika fis-seklu 18. Fit-3pm, Toi Toi se jippreżenta l-attività Lords and Masters Workshop, stedina mill-Granmastru Antonio Manoel de Vilhena lit-tfal kollha ta' bejn is-6 u t-12-il sena għal festin mużikali ġewwa t-teatru 'il-Ġdid' tiegħu. Hawnhekk se jqattgħu nofs ta' nhar ta' mużika, logħob, rakkonti u divertiment. Tajjeb li wieħed jibbukkja minn qabel. Fil-5.30pm, l-aħħar kunċert tal-Valletta International Baroque Festival, Villains & Lovers, se jittella' ġewwa l-Palazz tal-President. Ilprogramm se jkun jinkludi għażla ta' Arias, Overtures u Mużika għaż-Żfin minn opri ta' Handel u Rameau. Għall-bookings u iżjed informazzjoni żur is-sit www.vallettabaroquefestival. com.mt Bini li jikkonsma inqas enerġija IL-KUNSILL konsultattiv dwar l-industrija tal-bini (BICC) flimkien mall-imsieħba tiegħu l-MCAST, Malta Intelligent Energy Management Agency (MIEMA) u l-Malta Chamber Foundation għadhom kif temmew b'suċċess l-ewwel parti tal-proġett Built Up Skills li huwa ffinanzjat mill-Intelligent Energy Europe. Dan il-proġett kien maħsub sabiex jidentifika n-nuqqasijiet fil-ħiliet talħaddiema tal-kostruzzjoni f 'dak li hu tagħlim u kuxjenza dwar l-użu u l-effiċjenza talenerġija tal-bini. Bħala riżultat ta' dan il-proġett se jkunu qegħdin jitħejjew korsijiet għal ħaddiema sabiex jingħataw it-taħriġ u l-informazzjoni neċessarja. Dan il-programm beda f 'seminar organizzat fejn fih attendew numru ta' nies u professjonisti fil-qasam talkostruzzjoni. L-għan ta' dan is-seminar u l-proġett Build Up Skills huwa xi ħaġa innovattiva għall-pajjiżna. Dan għaliex se jkun qiegħed jgħallem lillħaddiema dwar il-mod li bih inlestu d-djar tagħna. Il-Build Up Skills joffri gwida utli sabiex id-djar tagħna jikkonsmaw inqas enerġija possibbli u jibqgħu sħan fix-xhur kesħin tax-xitwa u friski fis-sajf. L-użu tal-enerġija effiċjenti f 'Malta se tkun prijorità ewlenija, dan fid-dawl tal-miri li jridu jiġu milħuqa sas-sena 2020. Fi stħarriġ riċenti qiegħed juri li l-Maltin qegħdin jagħmlu minn kollox sabiex jagħmlu aktar użu minn enerġiji alternattivi, l-aktar mix-xemx. Dan qegħdin jagħmluh l-aktar sabiex il-familji Maltin inaqqsu l-ispejjeż mill-kontijiet talenerġija. Sabiex inwettqu dawn l-inizzjattivi flimkien għandna bżonn ħaddiema mħarrġa għalhekk l-iskop tal-Build Up Skills. Mistoqsija li jistaqsu ħafna hija, x'jista jsir għall-bini eżistenti u li diġà ngħixu fih? Fil-fatt il-bini li għandna jrid jiġi riġenerat u jsir effiċjenti bil-mod kif titħaddem l-aktar l-enerġija. Illum tista' tiksi l-ħitan u ma tħalliex il-kesħa ta' barra tidħol u s-sħana ta' ġewwa toħroġ. Bħala parti mill-proġett inħadem ukoll dokumentarju ta' 12-il minuta, fejn fih jiġi spjegat b'mod aktar faċli kif aħna l-Maltin irridu naġġornaw irwieħna u nagħmlu l-post fejn ngħixu Il-Perit Charles Buhagiar, flimkien mal-imsieħba fil-proġett Built Up Skills aktar komdu u fl-istess waqt iħares l-enerġija effiċjenti. Il-BICC (Building Industrial Consultative Council) huwa l-kunsill konsultattiv dwar l-industrija tal-bini, fih hemm imsieħba 23 stakeholders pubbliċi u privati. Twaqqaf fl1997 mill-parlament bil-għan li jidduskuti suġġetti relatati malbini u l-kostruzzjoni u javża lil gvern u lis-settur privat sabiex itejjeb din l-industrija. Il-BICC fost is-servizzi li joffri jieħu ħsieb li jagħmel taħriġ u servizzi edukattivi u korsijiet relatati f 'oqsma differenti. Il-BICC jara li jitjiebu wkoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-kostruzzjoni u jagħti pariri lil Gvern fuq l-aħjar sistemi li huma rakkomandati flindustrija tal-bini. Iċ-ċerman u s-C.E.O tal-BICC huwa l-Perit Charles Buhagiar, membru parlamentari.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014