Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 Ritratt: Ray Attard SPORTSillum Roderick Bajada jiddefendi l-ballun minn fuq plejer ta' Balzan Balzan ikomplu jirbħu u jersqu viċin l-ewwel sitta Balzan. ...................1 Qormi......................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BALZAN komplew iżommu t-tamiet tagħhom li jilagħbu mal-ewwel sitta fiċ-Championship Pool ħajjin meta għelbu lit-tim mifni bi problemi minn kull lat Qormi bl-iskor minimu ta' 1-0. L-ewwel taqsima kienet ferm fqira mill-azzjonijiet. Wara biss ħames minuti logħob, Alfred Effiong għadda tajjeb lejn Roderick Bajada bix-xutt ta' dan jgħaddi ftit għoli. Minuta biss wara, xutt fil-baxx ta' Edison Bilbao Zarate ġie newtralizzat minn Matthew Farrugia. Ftit wara Christian Terrible għadda l-ballun lejn Gianluca Nucera bix-xutt angulat ta' dan jiġi milqugħ minn Manuel Bartolo. Fis-36 minuta xutt mid-distanza ta' Kurt Magro għal Balzan ġie mblukkat mill-goalkeeper ta' Qormi u eżattament qabel intemmet l-ewwel taqsima, xutt sabiħ ta' Pedro Calcado minn pożizzjoni ċentrali ġie mblukkat faċilment minn Matthew Farrugia. Żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Josè Luis Armario Negrin kellu tentattiv millviċin imblukkat minn Matthew Farrugia. Żewġ minuti biss wara, Alfred Effiong avvanza fuq il-lemin, baqa' dieħel fil-kaxxa iżda t-tentattiv tiegħu ġie mxellef f 'corner minn Manuel Bartolo. Balzan fetħu l-iskor fl-54 minuta meta Pedro Calcado għadda lejn Edison Bilbao Zarate li kkrossja lejn Josè Luis Armario Negrin li kien f 'pożizzjoni ideali u l-attakkant Spanjol ma żbaljax u tefa' l-ballun fix-xibka. Fit-58 minuta freekick dirett ta' Christian Terrible ġie milqugħ tajjeb minn Manuel Bartolo. Sitt minuti biss wara, freekick tajjeb ta' Triston Caruana ġie mblukkat għal darb'oħra mill-goalkeeper ta' Balzan. Fl-74 minuta xutt tajjeb ta' Roderick Bajada minn pożizzjoni ċentrali għadda għoli. Tliet minuti mit-tmiem tal-logħba, Qormi spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Owen Bugeja. Balzan Bartolo, Grioli, Bezzina, Dos Santos, Scicluna, Magro, Calcado, Zarate Bilbao, Micallef (Spiteri 79'), Grima, Armario Negrin (Sciberras 83') Qormi Farrugia, Bugeja, Bondin (Vella 44'), Bajada, Grech, Caruana, Sammut, Terrible, Effiong, Nucera (Issaka 65'), Pisani Referee Clayton Pisani PEDRO HENRIQUE DOS SANTOS CALCADO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-4 ta' Awwissu 1986 f'Engenheiro Beltrao, fil-Brażil Reġa' ngħaqad ma' Balzan matul dan ix-xahar wara li kien diġà kiseb suċċess ma' dan it-tim fis-snin passati Jilgħab fil-pożizzjoni ta' attakkant u s-sieq preferuta tiegħu hija dik xellugija