Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 Birkirkara jumiljaw lil Naxxar Lions Brikikara ............7 Naxxar ...............1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT BIRKIRKARA umiljaw bil-kbir lil Naxxar Lions meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 7-1 b'Jhonnattann Benites ikun l-eroj assolut għalihom hekk kif skorja xejn inqas minn erba' gowls fil-logħba. L-Istripes fetħu l-iskor fit-18-il minuta meta Frank Temile għadda lejn Jhonnttann Benites da Conceicao fuq il-lemin, dan qabeż difensur Naxxari u tefa' l-ballun fix-xibka. Fis-37 minuta, Birkirkara rduppjaw l-iskor meta Jhonnattann għadda lejn Shola Shodiya Haruna li żmarka lil Ryan Scicluna li mill-viċin tefa' ġewwa. It-tim li jinsab komdu fil-quċċata tal-klassifika kompla jkabbar il-marġini tal-iskor disa' minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima meta wara li rċieva minn freekick ta' Edward Herrera mil-lemin, Alejandro Mendoza Corujo, tefa' fixxibka permezz ta' daqqa ta' ras tajba. U erba' minuti biss war l-Istripes komplew jiskorjaw meta xutt b'saħħtu minn barra l-kaxxa ta' Shola Shodiya Haruna spara fix-xibka u għeleb lil Julian Azzopardi. Fil-61 minuta Birkirkara skorjaw il-ħames gowl fillogħba meta Jhonnattann qabeż difensur Naxxari fil-kaxxa u x-xutt b'saħħtu tiegħu fil-baxx spiċċa fixxibka. Naxxar Lions naqqsu l-marġini tal-iskor fid-69 minuta meta minn cross ta' Angus Buhagiar lejn iċ-ċentru, is-solitu Terrence Scerri ħa vantaġġ miż-żelqa tal-goalkeeper ta' riserva ta' Birkirkara, Reuben Gauci u permezz ta' daqqa ta' ras tefa' f 'lasta vojta. Madankollu Birkirkara għamlu l-iskor 6-1 favurihom fl-74 minuta meta minn freekick ta' Paul Fenech, Alejandro Mendoza permezz ta' daqqa ta' ras għadda l-ballun lejn Jhonnattann Benites da Conceicao li x-xutt mill-ewwel tiegħu ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta' Naxxar Lions. L-istess attakkant prolifiku Brażiljan skorja r-raba' gowl tiegħu fil-logħba u s-seba' wieħed ta' Birkirkara żewġ minuti biss wara grazzi għal xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa wara azzjoni personali tajba. FBirkirkara Haber (Gauci 68'), Zerafa, Mendoza, Vukanac (Muscat 76'), Benites da Conceicao, Sciberras, Temile (Camenzuli 72'), Scicluna, Shola Shodiya Haruna, Fenech, Herrera Naxxar L. Azzopardi, Buhagiar, Cassar, Da Silva Ribeiro, Decesare, Del Negro, De Souza (Vignevic 76'), Reano, Rocha da Silva, Scerri (Falzon 74;), Stojanovic Referee Adrian Azzopardi SPORTSillum Rebħiet g Manchest miżmuma JHONNATTANN BENITES DA CONCEICAO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-27 ta' Lulju 1989 f'Cardoso Moreira fil-Brażil Ingħaqad ma' Birkirkara fl-istaġun li għadda mingħand l-arċi-rivali, Valletta Jilgħab fil-pożizzjoni ta' attakkant u skorja doppjetta f'din il-logħba Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li hawn Malta waqt li qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Birkirkara Valletta jegħlbu lil Vittoriosa Stars mingħajr tbatija Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 18 ta' Jannar MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT VALLETTA rritornaw għar-rebħ u għamlu dan bil-kbir meta mingħajr tbatija għelbu lil Vittoriosa Stars bl-iskor kbir ta' 4-0. Il-Beltin marru fil-vantaġġ fis-26 minuta meta wara li rċieva minn cross ta' Shaun Bajada mix-xellug, Abdelkarim Nafti għeleb lil Sean Cini permezz ta' daqqa ta' ras tajba. Żewġ minuti biss wara, Valletta rduppjaw l-iskor permezz ta' Edmond Agius li rċieva pass mil-lemin u għeleb lill-goalkeeper ta' Vittoriosa Stars permeez ta' xutt fil-baxx minn ġolkaxxa. It-tim mill-belt kapitali kompla jkabbar il-marġini tal-iskor fit-78 minuta permezz tal-attakkant prolifiku Brażiljan, Denni Rocha dos Santos li rnexxielu jegħleb lil Cini permezz ta' xutt minn tarf il-kaxxa. Erba' minuti biss wara, Roderick Briffa kien sfortunat li laqat il-wieqfa permezz ta' xutt sabiħ minn ġewwa l-kaxxa wara li rċieva tajjeb mingħand is-sostitut Mifsud Triganza. Is-sostitut l-ieħor ta' Valletta, Aziz Corr Nyang, għamel l-iskor finali 4-0 favur Valletta sitt minuti mit-tmiem tal-logħba, meta tefa' fix-xibka permeez ta' daqqa ta' ras wara li rċieva cross invitanti mingħand Jean Pierre Mifsud Triganza. Tajjeb ngħidu li lejn l-aħħar ħinijiet tal-logħba, Vittoriosa Stars kellhom lill-kowċ Oliver Spiteri mkeċċi minn fuq il-bank wara xi rimarki li għadda lit-terna arbitrali. Vittoriosa S. Cini, Vella Critien (Brincat 68'), Sidibe, Buttigieg, Pereira, Camilleri, Arab Eddin (Martin 52'), Garcia Mitogo (Santaguida 68'), Srab, Guerrero, Aguiar Valletta Marino, Caruana, Borg, Fenech, Agius, Zammit (Mifsud Triganza 75'), Briffa, Barry, Bajada, Rocha dos Santos (Cremona 80'), Nafti (Nyang 69') Referee Andrè Arciola DENNI ROCHA DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-21 ta' Awwissu 1982 f'Rio de Janeiro fil-Brażil Jilgħab bħala plejer ta' nofs il-grawnd offensiv Inġieb f'Malta minn Tarxien Rainbows lura fl-istaġun 2009/10 qabel ingħaqad ma' Valletta fejn kiseb u għadu qed jikseb suċċess liema bħalu 2-2 Arsenal vs Fulham 2-0 Crystal P. vs Stoke C. 1-0 Manchester C. vs Cardiff C. 4-2 Norwich C. vs Hull C. 1-0 West Ham U.vs Newcastle U. 1-3 Liverpool vs Aston Villa Naxxar L................ 3 Rabat A ................. 0 Sunderland vs Southampton 2-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 19 ta' Jannar 14:30 Swansea vs Tottenham H. 17:00 Chelsea vs Manchester U. It-Tnejn 20 ta' Jannar 21:00 WBA vs Everton Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 18 ta' Jannar Roma vs Livorno 3-0 Fixtures Kampjonat Taljan Serie A TIM Il-Ħadd 19 ta' Jannar 12:30 Udinese vs Lazio 15:00 Atalanta vs Cagliari 15:00 Bologna vs Napoli 15:00 Catania vs Fiorentina 15:00 Chievo V. vs Parma 15:00 Genoa vs Inter 15:00 Sassuolo vs Torino 20:45 AC Milan vs Verona

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014