Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627
Fenech kien sejjer Dubai 4 illum | Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 Ikompli minn paġna 1 TANT li l-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech f 'Novembru 2012, fl-istess żmien kien anki aċċetta li jieħu sehem f 'konferenza internazzjonali organizzata minn Henley & Partners. Dil-konferenza saret bejn il-21 u t-22 ta' Novembru f 'Madinat Jumeirah Mina A'Salam Hotel f 'Dubai u kellha l-għan li tgħin lil dawk kollha interessati fi kwistjonijiet ta' ippjanar dwar residenza u ċittadinanza. Henley & Partners filmaterjal pubbliċitarju għal din il-konferenza kienet għamlet enfasi kbira fuq is-sehem ta' Tonio Fenech u Fenech fil-ktieb ta' Henley qalet li kien ta' unur għaliha li l-eks Ministru tal-Finanzi kien aċċetta l-istedina tagħha. Fenech kien se jitkellem fil-konferenza l-Ħamis 22 ta' Novembru bejn il-11.10am u l-11.30am. Eventwalment Fenech ma kienx attenda għal din ilkonferenza, kemm għaliex il-gvern Nazzjonalista kien ippreżenta l-baġit għall2013, li ma kienx għadda xbil-vot kontra ta' Franco Debono, ġimgħa biss wara li saret din il-Konferenza f 'Dubai u wkoll għaliex f 'dak l-istess żmien tal-Konferenza kien hemm il-ħatra ta' Viċi Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista li għaliha kien ikkontesta Fenech innifsu. Anki wara l-aħħar elezzjoni ġenerali ta' Marzu tas-sena li għaddiet, Tonio Fenech bħala deputat Nazzjonalista u bħala eks Ministru talFinanzi, kient kiteb li Henley & Partners hija ditta li kellu l-pjaċir li jaħdem magħha u li fittex il-parir tagħha. Fenech kien kiteb li ħadd m'għandu l-għerf li għandhom Henley & Partners fl-oqsma li jaħdmu fihom. Ħlas ta' miljuni xhur qabel l-elezzjoni FL-AĦĦAR sitt xhur ta' GonziPN, bejn Ġunju u Diċembru 2012, id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti approva iktar minn €16-il miljun f'żidiet fi spejjeż fuq numru ta' proġetti. Minn stħarriġ li għamel ILLUM jirriżulta li n-numru ta' proġetti involuti jlaħħaq il-ħamsin. Iż-żidiet approvati kienu jvarjaw minn ftit eluf ta' ewros għal miljuni ta' ewros iżda kollha jeċċedu l-5% talvalur tal-kuntratt oriġinali. Jispikkaw fuq oħrajn numru ta' proġetti u servizzi partikolari li fuqhom l-ispiża mħallsa kienet teċċedi l-valur oriġinali b'mod qawwi ħafna. Fost l-oħrajn servizzi relatati mal-isptar Mater Dei. Jirriżulta li fl-aħħar sitt xhur ta' gvern Nazzjonalista, tħallsu €3.5 miljun iktar minn kemm ippjanat fuq servizzi klerikali u servizzi ta' sigurtà f 'Mater Dei lill-kumpanija G4 Security Services, li tagħha huwa managing director KORS TA' CHILDCARE GEWWA GHAWDEX KORS TA' CHILDCARE F'LIVELL TA' MQF LEVEL 4 F'GHAWDEX Il-Ministeru ghal Ghawdex b'kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig (ETC) ser ikunu qed joffru kors ta' tahrig f'livell ta' MQF Level 4 ta' Childcare gewwa Ghawdex. Persuni nterressati jistghu jigbru applikazzjoni u jinghataw aktar informazzjoni mill-ufficcju tal-ETC fi Triq Sir Arturo Mercieca, ir-Rabat Ghawdex. L-applikazzjonijiet jaghlqu nhar il-Gimgha 31 ta' Jannar f'12:00pm CET. SEJHA GHAL SERVIZZI TA' TAHRIG TA' CHILDCARE (GHAWDEX) Il-Ministeru ghal Ghawdex b'kollaborazzjoni mal-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig (ETC) qed jilqghu applikazzjonijiet minghand ghalliema li ghandhom kwalifiki relevanti ghalll-kors ta' Childcare. Kopja tad-dokument bl-informazzjoni jista' jitnizzel minn fuq il-websajt tal-ETC (www.etc.gov.mt). Ghal aktar informazzjoni tista' tintbghat email fuq training.etc@gov.mt. Applikazzjonijiet kompluti bid-dokumenti ne�essarji kollha, jistghu jintbaghtu permezz ta' email fuq training.etc@gov.mt, jew "by hand" f'dan l-indirizz: Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig, Project Leader – Childcare course Sir Arturo Mercieca Street, Victoria, Gozo L-applikazzjonijiet ghandhom jaslu sal-Gimgha 31 ta' Jannar 2014 sa 12:00pm CET. Fost il-proġetti kien hemm ir-rijabilitazzjoni tal-Magħtab Kenneth deMartino, attivist Nazzjonalista li anki kkontesta elezzjonijiet mal-istess partit Spiża oħra qawwija iktar minn kemm ippjanat tħallset fuq xogħol relatat mal-breakwater ta' Marsaxlokk. Fuq dal-proġett bejn Ġunju u Diċembru 2012 gvern Nazzjonalista ħallas €2.6 miljun iżjed minn kemm suppost lill-kumpanija Polidano Bros. €2.7 miljun oħra iktar minn kemm ippjanat tħallsu lill-kumpanija Support Services Ltd għal servizzi ta' care workers. Qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali din ilkumpanija kienet akkużata mill-Oppożizzjoni ta' dakinhar, li kienet qed timpjega lil dawn il-care workers b'mod abbużiv, tant li kien allegat li l-impjegati magħha kienu qed jitħallsu inqas minn €4 s-siegħa u għal kull tnax-il siegħa xogħol, kienu jitħallsu għal għaxar sigħat. Man-nofs miljun ewro iktar tħallsu mill-gvern Nazzjonalista fl-aħħar sitt xhur tiegħu fuq il-proġett talmollijiet taċ-Ċirkewwa. Nofs miljun ewro oħra tħallsu fuq żewġ proġetti partikolari, ir-rijabilitazzjoni tal-miżbla tal-Magħtab u l-proġett tal-Life Sciences. Kwart ta' miljun iktar minn kemm kien ippjanat oriġinarjament tħallsu bejn Jannar u Diċembru 2012 kemm fuq ċentru dwar il-fortifikazzjonijiet fil-Belt Valletta u kif ukoll fuq il-bini tal-fakultà tal-IT fl-Università ta' Malta. Fuq proġett ta' ġnien fiż-Żurrieq, tħallsu €100,000 iktar. Bejn Jannar u Diċembru 2012 gvern Nazzjonalista kien anki ħallas mas-€700,000 oħra iktar minn kemm ippjanat f 'xogħol fuq il-proġett ta' Triq Diċembru 13, li ironikament kien twaqqaf mill-istess gvern f 'Novembru tal-istess sena u pospost għal Marzu tas-sena l-oħra. B'konsegwenza ta' dan mal-€ 5.5 miljun f 'fondi Ewropej kienu fil-periklu li jintilfu għaliex ma kienx sar progress kif kien ippjanat. Kien għalhekk li wara l-aħħar elezzjoni ġenerali x-xogħol fuq dal-proġett tkompla minnufih u huwa mistenni li jitlesta flewwel kwart ta' dis-sena.