Illum previous editions

Illum 19 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/244627

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

SPORTSillum Mara fi sport li jirrik 34 illum | Il-Ħadd 19 ta' Jannar 2014 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Jessica Ghigo – l-atleta femminili li wara li kisbet diversi suċċessi fil-bodybuilding iddeċidiet li tagħmel bidla flisport li tipprattika hekk kif bdiet tipprattika ż-żewġ sport simili tal-weightlifting u l-crossfit. Kif għażilt il-bodybuilding fost sport ieħor? Kont nipprattika l-ġinnastika u wara li waqaft bdejt immur il-gym biex ma neħxienx. Kont bdejt nara progress fis-saħħa u fil-muskulatura u bdejt nieħu aktar interess fil-fitness u l-bodybuilding. Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa? Veru li hemm aktar irġiel milli nisa, imma ma jfissirx li għax trid tkun b'saħħtek iktar biex tkun bodybuilder. Fil-bodybuilding mintiex tesebixxi saħħa imma tiżviluppa l-muskoli tal-ġisem b'taħriġ addattat u ikel kif suppost. B'hekk kulħadd juża piżijiet differenti. Mara kapaċi terfa' piż. L-importanti li dejjem tisfida l-muskoli tiegħek fit-taħriġ. X'unuri prinċipali rbaħt filkarriera tiegħek fil-bodybuilding? Irbaħt l-unuri tan-NABBA Malta Miss Figure fl-2008, NABBA Malta Miss Physique fl-2009 u ġejt fit-tieni post fl-IFBB Malta Miss Physique fl-2011. X'differenza hemm bejn ilbodybuilding, il-weightlifting u l-powerlifting? Hemm baħar jaqsam bejn dawn it-tliet dixxiplini differenti. Filbodybuilding qed titħarreġ biex tiżviluppa l-muskoli, waqt li l-weightlifting u l-powerlifting huma sports li fihom tidħol ħafna t-teknika filwaqt li tiżviluppa saħħa muskolari biex terfa' l-piżijiet. Il-bodybuilding jinvolvi iktar apparenza waqt li fl-isports l-oħrajn trid tesebixxi l-lifts rispettivament. Għaliex il-bodybuilding mhuwiex Sport Olimpiku? Dan għaliex fl-iSport Olimpiku trid tagħmel wirja mhux apparenza biss. Fuq il-palk tal-kuntest talbodybuilding, il-membri tal-ġurija jkunu qed jiġġudikaw id-dehra talkompetitur u mhux kemm jerfa' piż u kif jerfa' jew kapaċitajiet sportivi oħra. Biex ngħid il-verità ħadd ma jinteressah kemm terfa' jew jekk dħaltx ġo gym f 'kuntest talbodybuilding imma f 'weightlifting u powerlifting hija propju dik li tgħodd. Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti talbodybuilding madwar id-dinja? Iva, fil-fatt kemm NABBA Malta kif ukoll IFBB Malta ilhom jikkompetu b'suċċess barra minn Malta. "Dejjem bżajt li neħxien, għax neħxien malajr, kont nipprova nkun perfetta imma fir-realtà hija impossibbli" Issibu għajnuna finanzjarja millKunsill Malti għall-Isport u millKumitat Olimpiku Malti? Personalment, le. Huwa minnu li l-isport li kont tipprattika jinvolvi bosta spejjeż? Kull sport jista' jkollu l-estremitajiet tiegħu. Min jabbuża b'sustanzi iva tista' tkun ta' spiża kemm għall-but kif ukoll għassaħħa. U l-bodybuilding jinvolvi xejn inċidenti? Jekk ma titħarriġx bil-għaqal, iva inċidenti jistgħu jiġru u tista' tweġġa' faċilment, bħal f 'kull sport ieħor. Konxju wkoll mill-fatt li kemm il-bodybuilding kif ukoll ilweightlifting jinvolvu dieta partikolari. Int kif tqassam iddieta tiegħek? Iva, l-ikel kif suppost huwa importanti biex tilħaq kull għan. Ikel sustanzjuż u ikel li mhux ipproċessat għandu jkun il-bażi ta' kull dieta. Fil-bodybuilding u anki fil-weightlifting, il-proteini huma importanti mmens. Dawn jinkludu bajd, ħut, tiġieġ, laħam u 'whey protein'. Il-ħaxix huwa importanti wkoll minħabba ċerti minerali, vitamini u fibra. Ċerti xaħmijiet u karboidrati għandhom l-irwol tagħhom ukoll. Kulħadd għandu bżonnijiet differenti u b'hekk id-dieta tvarja minn persuna għal oħra. L-iktar li nibbaża fuqu jien huma l-bajd, ħaxix, laħam, u xi karboidrati bħal ross jew xi felli ħobż wara t-taħriġ. X'sagrifiċċji u impenji partikolari jirrikjedi dan l-isport? L-ammont ta' taħriġ li jrid isir kuljum u l-ikel. Trid dejjem tipprepara minn qabel u ma jkunx jaqbillek tibqa' mingħajr ikel jew tixtri ikel lest minn barra għax jaffettwa l-wirja fit-taħriġ. Kif kont tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet talbodybuilding importanti? Meta kkompetejt ftit filbodybuilding tibda tipprepara sa minn sena qabel il-kompetizzjoni. Probabbli tkun għadek kif inżilt minn fuq il-palk u terġa' tibda titħarreġ ħalli ssaħħaħ il-muskoli. Imbagħad minn xi erba' xhur qabel tibda d-dieta l-oħra. Kont innaqqas ħafna mill-ikel u nżid iktar f 'eżerċizzji bħal mixi, ġiri, rota u affarijiet oħra biex innaqqas mixxaħam u nżomm il-muskolu bittaħriġ fil-gym u ikel kemm suppost. Il-bodybuilding kif jgħin lillatleta li tkun qed tipprattikkah mentalment u psikoloġikament? Ċert li dan l-isport jgħollilek l-istima personali kif ukoll ilkunfidenza fik innifsek. Personalment, peress li dejjem bżajt li neħxien, għax neħxien malajr, kont inkun dejjem nipprova nkun perfetta li fir-realtà hija xi ħaġa impossibbli u kont noħloq ċertu pressjoni żejda fuqi nnifsi. Din hija waħda mir-raġunijiet li m'għadnix fil-bodybuilding. Millbqija, iva, il-bodybuilding itik iktar dixxiplina u żżid il-kunfidenza fik innifsek. Il-kompetizzjonijiet tagħkom kif jintrebħu? Fuq liem ġudizzju jintgħażlu r-rebbieħa mill-ġurija? Nisa għalihom u rġiel għalihom. Il-kategoriji tal-irġiel normalment jintgħażlu skont il-piż. Naf ukoll li qabel ilkompetizzjonijiet li fihom tkunu involuti fil-bodybuilding u l-weightlifting, ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu dehydrated. Huwa minnu dan? L-aħħar ġimgħa tkun daqsxejn sensittiva minħabba li tkun trid tilgħab bl-ilma u l-'glycogen stores' fil-ġisem. Infakkar li dan huwa metodu estrem u kkontrollat u mhux ta' min jipprattikah għal ħajja ta' kuljum. Dehydration hija xi ħaġa perikoluża ħafna u tista' tkun fatali. Normalment żżid l-ilma sa erbat ijiem qabel (8 sa12-il litru), imbagħad tnaqqsu bin-nofs, terġa' tnaqqas bin- nofs imbagħad l-aħħar 20 siegħa ftit li xejn. Jiddependi millpersuna partikolari. L-ikel ukoll - normalment tiekol ħut abjad biss! U l-aħħar ftit sigħat hemm min jieħu biss karboidrati. Kif għidt, kulħadd ikollu reazzjoni differenti għall-ikel u ilma. Fil-weightlifting, il-biċċa taħdem ftit simili peress li l-kategoriji huma bil-piż li wieħed jiżen. Deidrazzjoni tiġi pprattikata biex l-atleta jinżel kategorija. Wara l-weighing in, imbagħad trid tiekol u tixrob bil-għaqal se ġġib saħħa biex terfa'. "Nara li l-awtoritajiet ikkonċernati ma jagħtux każ dan l-isport" Hemm biżżejjed interess minn persuni żgħażagħ fil-bodybuilding u fil-weightlifting? Qed jiżdied. Kemm filbodybuilding u wisq aktar filweightlifting fejn naraw kemm tfal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 19 January 2014