Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730
€0.90 Call us on 99860983 Or visit our website www.tadernis.com 26 ta' Jannar 2014 • Nr 379 L-ewwel pass lejn airstrip f 'Għawdex? aktar f'paġna 7 Aqra Gonzi & Associates: il-programm taċ-ċittadinanza b'investiment mhux se jħalli impatt negattiv fl-aħħar ġimgħat ħadem biex il-kwistjoni tal-programm taċ-ċittadinanza b'investiment jitressaq quddiem il-Parlament Ewropew fejn pajjiżna safa fil-mira ta' numru ta' ewroparlamentari. Fl-aħħar ġimgħat sar magħruf ukoll li d-deputat Nazzjonalista Tonio Fenech, bħala Ministru tal-Finanzi kien ħadem millqrib ħafna mal-kumpanija internazzjonali Henley and Partners li magħha l-gvern preżenti kkordina t-tfassil tal-programm taċ-ċittadinanza b'investiment, waqt li wara l-aħħar elezzjoni ġenerali l-istess Fenech saħansitra ddikjara li ħadd m'għandu l-għerf li għandhom Henley and Partners fl-oqsma li jaħdmu fihom. Min-naħa l-oħra d-ditta tal-avukati ta' deputat ieħor Nazzjonalista Francis Zammit Dimech uriet interess finanzjarju qawwi f 'dan il-programm għaliex fl-aħħar xhur irrappreżentata kumpanija Kanadiża - Arton Capital - li kkompetiet biex tkun hija li tmexxi l-programm taċ- ċittadinanza b'investiment. Kemm Tonio Fenech u kif ukoll Francis Zammit Dimech din ilġimgħa ma kinux fost il-kelliem fil-parlament għan-naħa tal-Partit Nazzjonalista fiddiskussjoni li saret dwar il-vot li sar fil-Parlament Ewropew fuq il-programm taċ-ċittadinanza b'investiment. Minn meta f 'Ottubru d-ditta tal-avukati Gonzi and Associates fuq is-sit elletroniku tagħha tat assigurazzjoni li dan ilprogramm kien se jkun fih sensiela ta' miżuri maħsuba biex ma jħallix impatt negattiv fuq pajjiżna, il-gvern f 'Diċembru mbagħad, ħabbar tibdil f 'dan l-istess programm. Permezz tat-tibdil imħabbar, individwu jrid jagħmel kontribuzzjoni ta' €650,000 li 70% minnhom se jmorru fil-fond nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali għal proġetti fledukazzjoni, fir-riċerka, l-innovazzjoni u fil-ħolqien tax-xogħol kif ukoll fi proġetti soċjali u fis-saħħa. Individwu jrid jinvesti fi propjetà li l-valur minimu tagħha jkun ta' €350,000 jew kirja ta' €16,000 fis-sena u jżomm din il-propjetà għal minimu ta' ħames snin, waqt li jrid jinvesti €150,000 oħra f 'bonds u stokks sanzjonati mill-gvern. Fl-istess ħin iddaħħal capping li permezz tiegħu l-programm se jkun limitat għal massimu ta' 1,800 main application waqt li se jkun hemm erba' livelli ta' skrutinju ta' kull applikazzjoni. Intervista: Ann Fenech Iż-żieda fl-ewroxettiċiżmu: Perit li kien jitħallas €300 kuljum Tkompli f'paġna 2 PERIT, li ġimgħa qabel l-elezzjoni ġenerali tal2008 nħatar mill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi fuq il-Bord tal-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp tal-MEPA, wara din l-istess elezzjoni kien innominat mill-istess MEPA biex jagħmel moniteraġġ ta' tliet proġetti kbar u dan se jibqa' jagħmlu sakemm dawn il-proġetti jitlestew. ILLUM jista' jiżvela li għal dan ixxogħol, f'sena waħda biss dan il-perit tħallas iktar minn €100,000. Il-perit involut huwa Ruben Sciortino. Fit-28 ta' Frar 2008, Sciortino kien wieħed minn erba' persuni maħtura minn Lawrence Gonzi fuq il-Bord tal-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp tal-MEPA. U dan wara li fil-jum ta' qabel is-sitt membri fuq dan il-bord kien tefgħu r-riżenja tagħhom wara li ħassewhom aggravati minn rapport maħruġ mill-Awditur tal-MEPA. Ara paġni 14-15 Ara paġni 2-3 E. GRECH CRISTAL BATH LTD. Sanitary Goods for persons with special needs Raised Toilet Seat Bath Seat Hand Grips & Hand Rails The new bathroom showroom in many others NEWSPAPER POST TLIET xhur ilu meta l-programm taċ-ċittadinanza b'investiment kien għadu ma nbidilx mill-gvern minn kif kien tħabbar oriġinarjament, id-ditta tal-avukati Gonzi and Associates fuq is-sit elettroniku tagħha kienet tat assigurazzjoni li dan ilprogramm kien se jkun fih sensiela ta' miżuri maħsuba biex ma jħallix impatt negattiv fuq pajjiżna. Id-ditta Gonzi and Associates, li tispeċjalizza fost oħrajn floqsma tat-taxxi u tas-servizzi finanzjarji, hija mmexxija millAvukat David Gonzi, iben l-eks Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi. Dak li ddikjarat id-ditta talavukati ta' iben Lawrence Gonzi jistona bil-kbir mal-attitudni li qed jieħu l-Kap preżenti tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil li permezz taż-żewġ ewroparlamentari tiegħu Roberta Metsola u David Casa,