Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Kummercjali Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 23 Il-kummiedja 'Salvu Werwer qed jitwerwer' WARA s-suċċess miksub bil-Pantomima ta' dis-sena Pinokkio, il-Kumpanija Teatru Rjal kif kien ippjanat tkompli bil-produzzjonijiet tagħha. L-ewwel appuntament ikun fit-22 u 23 ta' Frar bilkummiedja brillanti ta' Louis Buttigieg, 'Salvu Werwer qed jitwerwer.' Il-parti ta' Salvu Werwer tiġi interpretata mill-bravu Toni Busuttil li wkoll għandu f 'idejh iddirezzjoni. Flimkien miegħu nsibu lil Ina Robinich, Simon Curmi, Ray Abdilla, Simone Zammit, Tania Bartolo, Brian Farrugia, Bernice Darmanin, Dominic Cini u Alan Falzon. Il-Kumpanija Teatru Rjal tkompli l-istaġun, bilproduzzjoni mużikali Just Musical 6 b'temi differenti li żgur jolqtu l-gosti ta' kulħadd... tislima xierqa lil 3 esponenti kbar tal-mużika Maltija Sammy Bartolo, Dominic Grech u Toni Gauci l-Kampanjol. It-tieni parti fuq burdata mużikali differenti nisimgħu siltiet Toni Busuttil bħala Salvu Werwer u Ina Robinich bħala Lonza mill-West Side Story, mużika ta' Andrew Lloyd Webber u fl-aħħar u żgur mhux lanqas kunċert bil-mużika talmusical li tant kiseb suċċess f 'Londra, Priscilla, Queen of the Desert. Dan il-kunċert se jsir fid-29 u 30 ta' Marzu. Il-Kumpanija tagħlaq l-istagun tagħha fil-5 u 6 t'April permezz ta' kummiedja oħra brillanti b'tislima lil Lino Grech, li sfortunatament ħalliena dan l-aħħar, 'Barrin u Friefet'. Aktar tagħrif jingħata fil- ġimgħat li ġejjin. Il-booking għal dawn it-3 produzzjonijiet jinsab miftuħ mill-Booking Office u Bar tal-Istitut Kattoliku, Carmen Azzopardi, Tereża Bazaar u Pawlu Testa Travel (21223340 /99476468). Wieħed jista' jibbukkja ukoll online billi jidħol fuq www. istitutkattoliku.com jew www.kumpanijateatrurjal. com Nawgurawlkom aktar divertiment mal-Kumpanija Teatru Rjal. GasanMamo tappoġġja l-logħob tar-rugby f'pajjiżna IR-RUGBY f 'Malta kulma jmur qed isir aktar popolari fejn is-sena li għaddiet kienu involuti iżjed minn 7,500 persuna f 'dan l-isport. Għalhekk l-MRFU bl-appoġġ ta' GasanMamo qiegħda toffri għażla ta' programmi ta' taħriġ addattati għal kulħadd. "It-taħriġ hu parti integrali tar-rugby u bil-Coach Education Programme GasanMamo qed tgħin lill-MRFU tipprovdi taħriġ ta' kwalità għolja fil-livelli kollha tal-logħba biex b'hekk tkompli ttejjeb innumru ta' persuni involuti fir-rugby u tgħolli l-livelli tal-logħba f 'Malta," qal Mark Mamo, Maniġer Ġenerali ta' GasanMamo Insurance. Il-kwalità tal-esperjenza firrugby tiddependi minn ħafna affarijiet bħal faċilitajiet, organizzazzjoni u kwalità fil-tmexxija. It-taħriġ hu importanti ħafna biex titjieb il-prestazzjoni f 'kull livell. L-MRFU tagħraf il-ħtieġa li l-kowċis għandhom bżonn taħriġ li jkun addattat għallbżonnijiet u l-ħiliet tat-tfal u b'hekk introduċiet il-Coach Education Programme li joffri direzzjoni definita għal kull livell ta' taħriġ li Iktar minn 7,500 persuni involuti fir-rugby f'pajjiżna hu akkreditat mill-MRFU. Il-korsijiet tal-bidu, bħal Tug Rugby u Rugby Ready, huma magħmulin apposta biex jgħinu lil min qed jilgħab ir-rugby għall-ewwel darba u jtejbu t-taħriġ għattipi differenti tal-logħba. L-istruttura l-oħra ta' taħriġ tiżviluppa kapaċitajiet ta' taħriġ permezz ta' għarfien progressiv ta' taħriġ u l-logħba tar-rugby union. "Fil-ġurnata tal-lum faċli ħafna li ssir kowċ kwalifikat," qal Daniel Holliday, Maniġer għall-Iżvilupp tal-MRFU. "Kowċ tajjeb jgħin lill-plejers jiżviluppaw u jagħtu l-aħjar li jistgħu u l-għan ewlieni talCoach Education Programme hu li jtejjeb il-kwalità tattaħriġ billi jintużaw metodi mhux kumplikati u jkun hemm taħriġ apposta għal kowċis." Ir-rugby qiegħed jikber kontinwament fil-popolarità b'aktar u aktar nies juru interess attiv fil-logħba, kemm jekk bħala plejer, kowċ, uffiċjal, amministratur jew sempliċiment jappoġġjawh. Ir-rugby f 'Malta jipprovdi wkoll ħin liberu pjaċevoli b'ħafna min-nies jingħataw l-opportunità li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jeżaminaw huma stess, mhux biss kontra xulxin, iżda wkoll kontra pajjiżi oħra. Barra minn dan, ir-rugby joffri esperjenza li tikkontribwixxi lejn sodisfazzjon, kunfidenza u żvilupp personali. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jidħol fis-sit elettroniku www. gasanmamo.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014