Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

Kummercjali 24 illum | Ħadd 26 ta' Jannar 2014 Klijent tal-Banif jiltaqa' mal-istilel tal-United KLIJENT tal-Banif u partitarju ta' Manchester United David Camilleri rebaħ opportunità unika li jara lit-tim jitħarreġ f 'esperjenza li ma tistax tinxtara, bħala parti mittnedija tal-Manchester United Credit Card f 'Malta minn Banif Bank. David u missieru kienu privileġġjati li raw uħud mill-aqwa plejers tad-dinja mill-qrib waqt li David Moyes mexxa l-iskwadra f 'sessjoni ta' taħriġ fl-Aon Training Complex. Ir-rebbieħ ixxurtjat, b'Manchester United Credit Card f 'idu, rebaħ ukoll żewġ biljetti għal-logħba bejn Man Utd u Tottenham Hotspur flewwel jum tas-sena l-ġdida. L-inizjattiva ta' Banif Bank kienet marbuta mat-tnedija tal-Manchester United Credit Card fis-suq lokali, l-ewwel waħda tat-tip tagħha f 'Malta. Il-premju kien possibbli biss permezz tal-ftehim tal-Banif mal-Manchester United Football Club – ftehim li jagħti d-dritt lill-bank li joffri lill-klijenti tiegħu numru ta' inċentivi u inizjattivi relatati mall-klabb u mat-tim favorit tagħhom. "X'esperjenza dik!" qal David Camilleri. "Li tara lillplejers daqshekk mill-qrib. Tarahom jitħarrġu, tieħu r-ritratti magħhom, teħdilhom David Camilleri, ir-rebbieħ ixxurtjat, flimkien ma' Andrew Cole b'idejhom, jiffirmawlek u tgħid kelma ma' plejers t'issa u dawk tal-passat! Imbagħad il-logħba. Tidħol fil-Warwick Suite... joffrulek is-sushi ppreparat mill-kok residenti. U b'welcome drink, programm u tifkira f 'idejk tibda tinnota xi eks-plejers fl-istess kamra miegħek! Tkellimna ma' Bryan Robson u ma' Andrew Cole. Ħames minuti qabel ma' bdiet il-logħba poġġewna fl-aħjar siġġijiet. It-timijiet ħarġu u wara li ħadu b'id xulxin u għollew il-munita, bdiet illogħba. X'atmosfera! Ir-riżultat ma kienx wieħed tajjeb għallUnited. Madankollu l-logħba xorta waħda kienet sabiħa immens! Għalija din kienet verament esperjenza unika. Tħossok VIP għax ta' hekk jittrattawk. Man Utd tawna trattament mill-aqwa." Il-Manchester United Credit Card għandha numru ta' privileġġi relatati mallKlabb bħal skontijiet fuq is-sħubija uffiċjali tal-klabb, skontijiet mill-Megastore u mir-Red Cafe, fuq il-mużew ta' Old Trafford u fuq ittur tal-grawnd, tifkiriet esklussivi, u benefiċċji oħra bħal assigurazzjoni fuq issafar b'xejn u assigurazzjoni fuq ix-xiri b'xejn. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Aktar tagħrif fuq ilManchester United Credit Card mingħand Banif Bank jista' jinkiseb billi wieħed iċempel Customer Care fuq 2260 1000 jew billi wieħed jibgħat ittrè fuq customercare@banif.com. mt. Wieħed jista' wkoll iżur waħda mill-għaxar fergħat f 'Malta u Għawdex. Il-paġna fuq Facebook hi Manchester United Red Arena – Malta. Il-Hyundai i10 dalwaqt tasal f'Malta IL-HYUNDAI i10 ilġdida hija karozza city car għaldaqstant, jidher li sa mill-bidu nett, għandha l-ingredjenti kollha ta' karozza li kapaċi tirbaħ l-unuri. Filfatt, dan il-mudell il-ġdid imniedi ftit tax-xhur ilu, diġà beda jirrifletti din irreputazzjoni. Wara li dan il-mudell rebaħ l-unur ta' 'Best City Car' minn CarBuyer, il-Hyundai i10 ilġdida kienet ippremjata wkoll bl-unur 'Car of the Year 2014'. CarBuyer, sit ewlieni dwar il-karozzi, ippremja lil dan ilmudell wara li l-ġurija faħħret lil i10 għall-kwalità, il-finezza, l-istil u l-valur li toffri din il-karozza. L-aktar premju riċenti li kisbet din l-iżgħar karozza minn Hyundai kien il-premju 'Bargain of the Year' minn Top Gear, premju mogħti lil Hyundai i10 iżjed matura grazzi "għall-kapaċità tagħha li tipprovdi lill-klijenti b'mudell żgħir, kumpatt u effiċjenti mingħajr l-ebda kompromess fuq id-dehra, il-kumdità u l-kwalità." Piers Ward, road test editor tal-magazin BBC Top Gear kellu dan x'jgħid fuq il-ġenerazzjoni ġdida ta' Hyundai i10: "Jista' jkun li l-konsumatur ifittex l-aġġeġġi u l-lussu, iżda fl-istess ħin, il-klijent jistenna wkoll iddettal fin u dehra sabiħa. L-i10 twassal dan kollu u l-kwalità hija mill-aqwa, il-prodott finali huwa eċċellenti u l-karozza hija waħda milliżjed komda u spazjuża. Kien għalhekk li dan il-mudell intagħżel bħala l-mudell rebbieħ." Il-Hyundai i10 waslet biex tasal Malta u se tkun għall-wiri fix-showroom ta' Hyundai f 'Triq il-Wied Birkirkara. "Il-2014 Hyundai i10 hija karozza brillanti, b'dehra matura u ħafna spazju u kumdità għal prezz ta' introduzzjoni ta' €10,500 minflok il-prezz ta' €12,000. Hija karozza divertenti biex issuqha u hija r-rappreżentazzjoni perfetta ta' dak li jissejjaħ 'modern premium', il-viżjoni l-ġdida li trid twassal il-kumpanija Hyundai. Hija l-karozza ideali għal dawk kollha li qed ifittxu l-aħjar fost il-karozzi f 'Segment A," qalet Francesca Mamo, Direttur Maniġerjali ta' Meridien Enterprises, l-importaturi u distributuri ta' Hyundai f 'Malta. "Il-2014 Hyundai i10 hija wkoll l-eżempju perfett tal-istrateġija ta' Hyundai li toħloq prodotti skond ir-reġjuni differenti sabiex taqdi l-ħtiġijiet speċifiċi tas-swieq differenti. Il-fatt li dan il-mudell ġdid għadu kemm rebaħ ukoll l-unur ta' 2014 Car of the Year fl-Indja juri kemm dan il-mudell huwa wieħed relevanti għal swieq differenti u kemm dan il-mudell qed jintlaqa' tajjeb b'rata mgħaġġla ħafna." "Is-suċċess li qed nantiċipaw għal dan il-mudell f 'Malta ġej mill-fatt li nafu li kull Se tkun imnedija bi prezz speċjali ta' €10,500 min jagħżel dan il-mudell il-ġdid tal-Hyundai i10, se jkun qed igawdi l-ogħla livelli ta' kumdità u sigurtà, b'ħafna karatteristiċi li s-soltu wieħed isibhom fuq karozzi f 'segments ogħla. Fil-fatt, ilverżjoni Classic tal-Hyundai i10 il-ġdida tinkludi A/C, power steering, front electric windows, l-aħħar teknoloġija fis-sistema tal-brakes Vehicle Stability Management u sitt airbags. Extras oħra jinkludu heated leather steering wheel, smart card with Button Start u cruise control bi speed limiter li joffri l-istess kumdità ta' karozzi ferm akbar," temmet tgħid is-sinjorina Mamo. Il-karattru sportiv u żagħżugħ tal-Hyundai i10 mistenni jiġbed lejh konsumaturi żgħażagħ grazzi għall-għażla ta' tappezzerija blu jew oranġjo, żewġ stili li jagħtu dehra sportiva u flistess ħin iżjed attraenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014