Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 "Qabel l-elezzjoni Mu L -avukat Ann Fenech qatt ma pparteċipat b'mod attiv flistrutturi tal-Partit Nazzjonalista u dan minkejja li dejjem segwiet il-politika mill-qrib. Madankollu f 'intervista malgazzetta ILLUM, Fenech ammettiet li wara t-telfa storika tal-Partit Nazzjonalista ħasset li kellha tagħti sehem ikbar fi ħdan il-Partit. Fenech, li hi kkunsidrata bħala avukata speċjalizzata fil-liġi marittima, fissret kif hi tinsab mimlija ħeġġa sabiex tara li l-PN ikun aħjar. "Dan huwa mument eċitanti ħafna għalija. Qed niltaqa' ma' bosta nies li f 'ħajjithom qatt ma ressqu lejn l-istamperija u qed jikkontribwixxu ħafna lejn il-partit." Hi spjegat ukoll kif hemm persuni li kienu jmorru l-istamperija madwar għoxrin sena ilu mbagħad waqfu, u issa reġgħu bdew jattendu u jagħtu sehemhom. Fis-sustanza sar ħafna xogħol Fl-aħħar elezzjoni l-PN tilef b'36,000 vot, wara kampanja elettorali ta' kważi disa' ġimgħat li rat lil Joseph Muscat jirbaħ u jsir Prim Ministru ta' 39 sena. "Saru ħafna affarijiet u mhux paroli biss." Fenech qalet li meta titlef b'daqshekk voti, hija telfa storika u jridu jittieħdu l-passi meħtieġa malajr kemm jista' jkun. "Lawrence Gonzi kien ħatar kummissjoni sabiex immedjatament tagħmel ir-rapport ta' analiżi tat-telfa elettorali. Kellna perjodu qasir ħafna – xahrejn biss – iżda vera ħdimna. Inwiegħdek li għamilna l-almu kollu sabiex nisimgħu lil kull min xtaq ikellimna." Hi qalet li mhux biss analizzaw l-imejls u l-ittri kollha, imma saħansitra ltaqgħu ma' kull individwu li xtaq jiltaqa' ma' din il-kummissjoni. "Il-Kap il-ġdid, tal-PN, Simon Busuttil beda jatwa dan il-pjan. "Inwiegħdek li għamilna l-almu kollu sabiex nisimgħu lil kulħadd" Ann Fenech dwar il-ħidma tal-PN, issalarji tal-impjegati u l-meritokrazija Jerome Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt Waħda mill-affarijiet li ħarġet hija l-bidla fl-istatut." Fenech semmiet ukoll li ħafna pproponew li jkun hemm kummissjoni għall-għażla talkandidati. Hi semmiet ukoll il-ħidma li qed issir mill-Kummissjoni Finanzi u Entitajiet Kummerċjali tal-PN Ray Bugeja. "Għandna kummissjoni importanti wkoll li qed tieħu ħsieb is-sitwazzjoni finanzjarja tal-partit u li qed tagħmel xogħol siewi." "Kulħadd qed jitħallas" Il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem b'mod sistematiku u li jagħmel sens. "Diġà rreġistrajna progress kbir għaliex waqqafna l-emorraġija." Hi sostniet li l-ewwel avvanz enormi li sar huwa li llum kull kont li jidħol qed jitħallas. "Kulħadd qed jitħallas u dan ilu jsir għal numru ta' xhur. M'għandix dubju li kull min għandu jieħu xi flus ser jingħatawlu kollha." Fenech ma xtaqitx tikkummenta dwar dak li ġara fil-passat, iżda saħqet li s-sens komun jgħid li "bilfors kien hemm xi realizzazzjoni li kien hemm xi djun. Inkunu pjuttost irrealistiċi jekk xi ħadd ħa jaħseb li ħadd ma rrealizza li kien hemm dan it-tip ta' dejn. Jien moħħni biss x'se nagħmlu biex insolvu l-problema u x'diġà għamilna." Rapporti fl-istampa jitkellmu fuq dejn ta' 20 miljun. Ix-xenarju qed jinbidel kontinwament Kemm l-oppożizzjoni u anke persuni indipendenti mill-politika qed jistennew lill-Gvern jieħu ċerta pożizzjoni li dan mhux qed joħodha. "Il-Gvern mhux qed jisma' minn dawn in-nies kollha li qed jgħidulu li din tista' taħdem iżda mhux hekk." Hi semmiet dak li qal il-Ministru Scicluna li fl-Ewropa, fejn saħaq li din setgħet saret aħjar. "Dan qallhom dak li ilna ngħidu aħna u li ilhom jgħidu n-nies." Il-President tal-Eżekuttiv talPN qalet li jeħtieġ li jkun hemm il-kunċett ta' rabta ġenwina malpajjiż, fir-rigward taċ-ċittadinanza, xi ħaġa li skont l-iskema li ppreżenta l-Gvern ma teżistix. "Muscat irid ikun mexxej ta' veru. M'għadux Kap tal-Oppożizzjoni. Issa huwa l-Prim Ministru ta' Malta u jeħtieġ li jaġixxi bl-aħjar interess għall-pajjiż." "Muscat daħak bin-nies" Waqt il-kampanja elettorali Muscat wiegħed ħafna kliem fieraħ. Fenech tenniet li l-għajta tal-Partit Laburista kienet li se jelimina l-problema tal-immigrazzjoni irregolari, ser jibagħtilna l-mediċini wara l-bieb u se jagħmel lill-pajjiżna l-aħjar fl-Ewropa, fost ħafna wegħdiet oħrajn. "Fl-opinjoni umli tiegħi, qabel l-elezzjoni Muscat daħak bin-nies. Dan għaliex hu ħeġġeġ lin-nies sabiex jivvutawlu u wiegħed numru ta' affarijiet li diġà kien jaf li ma setax jagħmilhom." Dwar il-problema talimmigrazzjoni irregolari hu qal li se jsolviha mill-għada, enfasizzat Fenech. "L-għajta u l-istrateġija talPartit Laburista ħadmet, iżda ma kinitx ġenwina." Il-pożizzjoni tal-PN dwar ilkaċċa fir-rebbiegħa "Fil-grupp tat-tmexxija, s'issa il-pożizzjoni dwar din il-materja għadha ma ġietx diskussa." Il-President tal-Eżekuttiv talPN qalet li l-aġenda politika ġiet dettata mill-kwistjoni tal-bejgħ taċċittadinanza li ilha għaddejja għal bosta ġimgħat. "Id-diffikultà ser tkun lil min se tagħżel" Dwar il-kritika li l-Partit Nazzjonalista m'għandux kandidati li jappellaw għan-naħa t'isfel ta' Malta, Fenech qalet li m'għandiex issir distinzjoni bejn in-naħa ta' fuq u n-naħa ta' isfel ta' Malta. "F'pajjiż żgħir bħal tagħna, illum għandek nies li jaħdmu fit-Tramuntana u jgħixu minNofsinhar u viċi-versa. L-idea li nagħmlu distinzjoni bejn inNofsinhar u t-Tramuntana ma togħġobnix. Din hi distinzjoni artifiċjali." Ann Fenech qalet li l-kandidati kollha tal-PN huma eċċellenti. Hi faħħret il-kapaċitajiet u l-abbiltajiet ta' kull wieħed u waħda minnhom u enfasizzat li lkoll huma ta' kalibru kbir. "Meta nħares lejn il-lista tal-kandidati tal-PN u meta nismagħhom jitkellmu, iddiffikultà se tkun lil min se tagħżel. Dan għaliex kollha taw kontribut kbir lill-pajjiżna u ser ikunu ta' valur kbir f 'isem pajjiżna fl-UE." M'għandux ikun hemm diskriminazzjoni Fenech ikkumentat ukoll dwar waħda mill-emendi mressqa għattibdil fl-istatut tal-PN li mistennija tħeġġeġ aktar il-parteċipazzjoni tan-nies. Għall-elezzjoni tal- "Muscat irid ikun mexxej ta' veru. M'għadux Kap tal-Oppożizzjoni" kumitat eżekuttiv, l-elezzjoni ser issir b'żewġ listi separati: lista talirġiel li minnha jiġu eletti 9 irġiel u lista tan-nisa li minnha jiġu eletti 9 nisa. Mistoqsija dwar jekk din hix offiża għan-nisa, hi ċaħdet u qalet li "din hija l-aqwa soluzzjoni li sibna. Ser ikollok żewġ listi u b'hekk mhux ser ikun hemm ebda diskriminazzjoni." Kull min deher fuq billboard spiċċa ppremjat "Fil-ħajja professjonali tiegħi, ħdimt ma' min kien qed imexxi bordijiet governattivi ta' importanza tremenda li kulħadd kien jaf li huma ta' twemmin Laburista. B'daqshekk, x'fiha ħażin?!" Fenech tkellmet ukoll dwar l-għajta tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali 'Malta Tagħna Lkoll' u qalet li llum il-ġurnata kulħadd jaf li "kull min deher fuq billboard spiċċa ppremjat. Din saret b'mod sfaċċat. Kieku jien Laburista ġenwina u kont nokkupa xi kariga u tkeċċejt biex jiġi xi ħadd tal-billboards minfloki, ma kont

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014