Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

SPORTSillum Ma qatax qalbu sabie 34 illum | Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Edward Bezzina – l-atleta li għad għandu biss 14-il sena iżda li diġà kiseb suċċess kbir fid-dixxiplina tal-atletika taxshot put, fosthom it-tieni post fil-European Kids Athletics Games li ġew miżmuma f'Brno, fir-Repubblika Ċeka Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn ix-shot put? Kemm-il darba kont narahom jitfgħu din il-boċċa fl-Olimpjadi u kont nibqa' b'ħalqi miftuħ, niċċassa lejn il-figuri ġganteski tagħhom! Kelli ħajra f 'dan l-sport minn età tenera ta' 8 snin imma qatt ma ħlomt li kien se jkun daqshekk importanti f 'ħajti. Kif iddeċidejt li tibda tieħu dan l-isport b'iktar serjetà? Sena ilu, wara numru ta' kompetizzjonijiet mal-iskola, fejn dejjem kont qed nispiċċa l-ewwel, ipperswadewni biex immur għallprova ma' dak li llum il-ġurnata huwa l-kowċ tiegħi, Genz Dapi, imlaqqam 'Il-kowċ tar-Rekords'. Dik il-prova kellha tkun il-bidu ta' sena drammatika. Bdejt nitħarreġ ma' atleti ikbar minni. Kollha kienu ta'esperjenza, min kien ilu minn eta' ta 15-il sena u llum għandu 30 sena, u min kien ilu ftit tas-snin. L-element ta' biżà u ammirazzjoni lejhom għadni nħossu sal-lum avolja sirt parti mill-familja tagħhom. Inħoss li bħala familja waħda mxejna flimkien kemm fil-ħażin kif ukoll fit-tajjeb. Fraħna u ġġilidna imma xorta bqajna nissapportjaw lil xulxin. "Ir-rivali tiegħi f'dik il-kompetizzjoni ma rajtu mkien u qaluli li kien telaq!" Is-sena li għaddiet sofrejt minn injury kemxejn serja. X'ġara eżatt? Sfortunatament, is-sena li għaddiet kellha tibda kemxejn ħażin għalija. Dan għaliex wara biss ftit xhur, kelli nesperjenza l-ewwel intopp fil-karriera tiegħi – injury fil-hamstring fejn ċarrat il-muskolu kollu. Dan bagħatni lura ħafna fiżikament kif ukoll mentalment. Fit-tliet xhur li għamilt bla taħriġ, ħsibijiet li nieqaf diġà kienu bdew ġejjin, imma dejjem kien hemm dik il-vuċi li kienet tgħidli : "Ibqa' ġġieled għax ġejjin affarijiet kbar!" Meta erġajt lura, ħassejtni mimli entużjażmu, lest biex nerġa' nibda. Iżda, wara biss ftit ġimgħat ta' taħriġ, qabditni l-appendiċite. Kienet esperjenza ta' uġigħ insapportabbli, wieħed li ħadd m'għandu jesperjenza. Din reġgħet tefagħtni lura fix-shot put imma dik il-vuċi dejjem baqgħet tvenven ġo moħħi. Ommi, meta ratni daqshekk imkisser kienet tgħidli biex naqbad u nieqaf imma dak mhuwiex jien! Kif għext iż-żmien ta' wara din l-injury? Wara sitt xhur b'kollox imweġġa' dħalt mill-ġdid, din id-darba taħt id-direzzjoni ta' dak li nista' nsejjaħlu t-tieni missier tiegħi – il-kowċ Dapi. Imxejt b'passi żgħar biex ma nkomplix inweġġa'. Kelli tir li nipparteċipa fil-'European Kids Athletics Games' li ta' kull sena jsiru ġewwa l-belt ta' Brno, ir-Repubblika Ċeka. Ma tantx kont sejjer tajjeb għax qisni bdejt nagħmel ta' rasi u ħsibt li kont naf kollox, meta fil-verità ma kont naf xejn! Lejn April, wara tbeżbiża mingħand missieri u ċertu wieħed, li nqisu bħala ħija l-kbir, Lawrence Ransley, irranġajt l-attitudni tiegħi u bdejt nisma' minn Genz. Il-frott ta' dan kien, li fil-kompetizzjonijiet bdejt intejjeb id-distanzi kull darba u nirfina t-teknika bil-mod il-mod. Minn 10 metri kont tlajt għall-11-il metru. Xorta ma kontx kuntent għax kont naf li kelli iktar x'noffri. Ippreparajt bis-sħiħ għallkompetizzjoni ferm imporatnti tax-shot put li ħadt sehem fiha f 'Brno fejn ikklassifikajt fittieni post li kienet xi ħaġa ferm prestiġjuża għal pajjiżna. Iżda qabel ma ksibt dan it-tieni post prestiġjuz f 'Brno, naf li diġà kont ksibt riżultati prestiġjużi oħra fil-karriera tiegħek bħala atleta tax-shot put. Il-kummenti tiegħek. Iva, sa qabel Brno diġà kelli rekord nazzjonali tas-sezzjoni Cadets (1998-1999) li tkun tinvolvi piż ta' 3 kilogrammi, u rbaħt ilkompetizzjoniijiet kollha ta' bejn l-iskejjel fix-shot put. Ukoll ilni champion nazzjonali għal dawn l-aħħar tliet snin. S'issa l-aqwa riżultat personali tiegħi kien dak ta' 11.10 metri bl-erba' kilogrammi. Ftit xhur qabel Brno, il-kowċ beda jdarrini teknika ġdida: ir-run back. B'din, wara xahrejn prattika rnexxieli nwaddab 13.20 metru fittaħriġ! Issa kont verament ikkargat għax kont irċevejt offerti mingħand Malta u l-iskola sabiex nitla' magħhom Brno u m'għidtilhomx le! Niġu issa għall-kompetizzjoni nnifisha li ħadt sehem fiha f 'Brno, ir-Repubblika Ċeka. Kif għext din l-esperjenza u x'fisser għalik fil-karriera tiegħek il-fatt li ksibt riżultat daqshekk tajjeb għal pajjiżna meta niftakru li għad għandek biss 14-il sena? Fil-bidu ta' Setembru kont qiegħed ġewwa Brno u kont naf li kelli ċans għall-ewwel post. Ridt niġi l-ewwel biex nagħti risposta lil dawk in-nies li qaluli li ma kontx kapaċi! L-ewwel jum qattajtu nipprattika fl-istadium fejn kelli nikkompeti u nirrifletti fuq numru ta'affarijiet speċjalment kif nikkontrolla l-eċitament tiegħi u kif inpoġġi moħħi hemm waqt li nkun fiċ-ċirku. L-għada kellu jasal il-mument fejn ħajti kellha tinbidel. L-għada kienet il-ġurnata fejn ħadd ma stenna x'kien se jiġri. Fil-5pm kelli nwaddab jien. Fit-3pm kelli nitlaq mill-istadium, nitlaq lil sħabi li kienu qed jikkompetu miegħi u mmur lura l-lukanda nikkalma u nneħħi l-eċitament. Fil-ħin li għamilt hemm moħħi beda jżiegħel bija - għaraq ħiereġ u ħsibijiet għaddejjin, mumenti ta' tensjoni u eċitament kbir. Kif għidtlek fil-5pm bdiet ilkompetizzjoni. Konna madwar 20 kompetitur minn pajjiżi Ewropej differenti fosthom ir-Repubblika Ċeka, l-Ingilterra, il-Latvja, l-Islovakkja, l-Ukranja u oħrajn. Kienet taqtiegħa sabiħa u kulħadd kien sieket qabel il-bidu. Wara żewġ provi bdejna. L-ewwel prova uffiċjali tiegħi ma kinitx valida għax ħriġt barra miċ-ċirku. It-tieni lanqas u ridt li t-tielet toħroġ tajba ħalli ngħaddi għall-finali. Dan seħħ u marret madwar 12-il metru. Kien imiss il-finali. Xi ħaġa li ma stennejtx seħħet. Ir-rivali tiegħi f 'dik ilkompetizzjoni ma kien jidher imkien u qaluli li kien telaq! Fraħt u rrilassajt għax kont naf li kont se nirbaħ jien! Waddabt l-aħħar tliet provi u kont ninsab fl-ewwel post! Il-ferħ li kelli kien immaġinabbli! Iżda kellu jitfaċċa Adam Horak, ir-rivali tiegħi. Wara diskussjoni mal-uffiċjali, tawh prova waħda u spiċċa għaddieni. Il-ferħ malajr telaq u waqajt f 'rabja u frustrazzjoni kbira. Kelli nikkuntenta bit-tieni post b'tefgħa ta' 12.51 metru u midalja tal-fidda. "Tfaċċa, għaddieni u kelli nikkuntenta bittieni post" U kif qed tara l-futur tiegħek f 'din id-dixxiplina tal-atletika? Wara din id-diżgrazzja, għamilt patt miegħi nnifsi li dis-sena nerġa' nitla' Brno u nagħmel minn kollox biex nikseb l-ewwel post li kien jistħoqqli! Ukoll bħala pjanijiet jew miri għall-futur, nixtieq insib sponsor biex jgħinni finanzjarjament biex inkompli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014