Illum previous editions

illum 27 January 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/249730

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 26 ta' Jannar 2014 | illum 9 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil L-Għawdxin Il-Fast Ferry Service se jkun għal passiġġieri biss iridu l-pixxina Mela dan l-aħħar qam pandimonju sħiħ u battibekki bejn l-Għawdxin u s-segretarjat għall-Isport. Dan wara li s-Segretarju Parlamentari, Dr. Stefan Buontempo f'laqgħa li kellu fil-Ministeru t'Għawdex ma' diversi għaqdiet sportivi, waqt li kien qed iqassam nofs miljun ewro lill-Assoċjazzjoni tal-Football, kien irrapurtat li qal li l-pixxina f'Għawdex probabbilment mhix vijabbli. Dan minħabba li l-ispejjeż biex iżommha sħuna u l-manutenzjoni tagħha vis à vis kemm jużawha nies ma tidhirx li treġi. Iżda Dr. Buontempo qal li hemm il-possibilità li ssir waħda fit-tramuntana ta' Malta li tista' tkun vijabbli għall-Għawdxin li jingħataw sussidji biex jaqsmu minn Għawdex u jużawha. Iżda jidher li lanqas din mhi idea vijabbli għallGħawdxin li jridu jaqsmu l-fliegu biex jużaw il-pixxina. IMMEDJATAMENT il-grupp Universitarju Għawdxi (GUG) ħareġ stqarrija fejn qal li jinsab diżappuntat dwar dak li qal is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, li l-proposta ta' pixxina nazzjonali f 'Għawdex għandha titwarrab għax mhix finanzjarjament vijabbli. Il-GUG qalet li tifhem li ċertu proġetti jidhru mhux vijabbli għal gżira b'popolazzjoni daqstant żgħira. Madanakollu temmen li minflok jitwarrbu l-ideat li jistgħu jipprovdu riżorsi li sa issa jeżistu biss f 'Malta, wieħed jista' jaħdem biex isib mod vijabbli li bih joħloq dawn ir-riżorsi. Saħqet li x-xogħol li possibbilment isir fuq pixxina fit-tramuntana ta' Malta jista' jiġi applikat għal proġett simili f 'Għawdex. L-istqarrija kompliet tgħid li filwaqt li tapprezza l-onestà u l-ħidma ta' Dr. Buontempo biex isib soluzzjoni, il-GUG tenfasizza li din il-kwistjoni ma tikkonċernax biss iddistanza ġeografika, iżda hija materja ta' opportunitajiet indaqs għal Għawdxin u l-Maltin. F'daqqa waħda ħarġet it-tieni stqarrija. Din iddarba mill-Assoċjazzjoni Għawdxija tal-NGOs li tirrappreżenta numru ta' organizzazzjonijiet sportivi fejn dawn qalu li huma jaqblu li ssir pixxina f 'Għawdex u qalet ukoll li l-isports f 'Għawdex m'għandux jingħata trattament tat-tieni klassi. Dawn komplew jgħidu li t-tfal, żgħażagħ, adulti, anzjani u atleti Għawdxin għandu jkollhom ilpossibbiltà ta' faċilità ta' pixxina f 'Għawdex. Dawn komplew jgħidu li din mhux biss tkun ta' benefiċċju għall-isportivi iżda wkoll għal dawk li jkollhom bżonn jużawha fuq parir mediku. Barra hekk din mhux biss tgħin lill-atleti Għawdxin fl-għawm u anke atleti li jkollhom bżonn terapija talilma, iżda tista' tiftaħ niċċa għal turiżmu lokali u anke barrani bħalma ġara fl-isport tal-għadis li hu l-aqwa suq fit-turiżmu għal Għawdex. Il-GUG qalet li f 'Lulju tal2013 talbet laqgħa mal-istess Segretarju Parlamentari (ippubblikati mal-istqarrija), u oħra l-ġimgħa li għaddiet, iżda għadha qed tistenna tweġiba. Il-Grupp Universitarji Għawdxin sostna li f 'Novembru 2012 filParlament intqal li kienu ħarġu sejħiet għallespressjoni marbuta ma' proġett ta' pixxina filmagħluq f 'Għawdex. Żied jgħid li din kellha titlesta fl-2014 b'investiment ta' €6.2 miljun. Sadattant dan il-ġurnal għandu informazzjoni li fil-fatt għaddejjin taħdidiet u studji kif din il-pixxina tista ssir f 'Għawdex fejn anke jistgħu jintużaw ilphotovoltaic Units biex tkun aktar vijabbli u dawn jistgħu anke jittieħdu minn fondi Ewropej. IL-MINISTRU għal Għawdex, l-avukat Anton Refalo ħabbar fuq ilprogramm ONE Breakfast li waslet biex titwettaq wegħda oħra elettorali Laburista meta l-istudji għall-introduzzjoni ta' servizz veloċi bejn Għawdex u Malta waslu lejn il-finali tagħhom. L-avukat Refalo qal ukoll li l-Ministeru ried jieħu ħsieb li ma jkunx hemm impatt ħażin fuq il-Gozo Channel mill-aspett soċjali għax ilGozo Channel f 'Għawdex mhux biss kumpanija normali iżda hi entità soċjali fejn diversi ħaddiema Għawdxin jaħdmu u jitimgħu lil familji tagħhom. Għalhekk ħabbar li meta se jibda jitħaddem dan ilfast ferry se jkunu jistgħu jaqsmu fuqu passiġġieri biss mingħajr vetturi. Arnold Cassola, mill-paroli għal fatti: inaddaf l-ambjent Għawdxi IĊ-ĊERMEN talAlternattiva Demokratika, il-professur Arnold Cassola wera bil-provi li hu jmexxi partit ambjentali mhux bilparoli biss iżda bil-fatti. Tant hu hekk li nhar ilĦadd li għadda ngħaqad mal-grupp ta' Louis Debattista flimkien ma' 16-il tifel u tifla mill-Qala u 14-il adult akkumpanjati minn ħamest iklieb biex waqt mixja fl-ambjent sabiħ Għawdxi jnaddfu dak li jsibu quddiemhom. Irnexxielhom jimlew 32 borża biż-żibel li jħallu n-nies warajhom. Filmixja li ħadet erba' sigħat u nofs. Arnold Cassola kien akkumpanjat minn Angelo Bartolo li hu l-fundatur tal-partit tal-ħodor f 'Għawdex flimkien ma' David Camilleri, it-tnejn li huma mill-Għarb. Dawn il- mixjiet bil-għan li jitnaddaf l-ambjent Għawdxi se jibdew isiru kull nhar ta' Ħadd fis-1pm. Il-hike tal-lum jibda minn fejn il-kunsill lokali tal-Qala fejn il-grupp se jmur ix-xatt l-Aħmar u Mġarr ix-Xini. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jikkuntattja lil Louis fuq il-paġna ta' Facebook GozoGreyhounds jew permezz ta' imejl louismalti@aol.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 January 2014