Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
26 illum Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 SPORTSillum SPORTSillum Balzan ....................3 Tarxien R .................2 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT GOWL ta' Jose Luis Armario Negrin, tliet minuti mit- tmiem tal-logħba ta 3 punti prezzjużi lil Balzan biex issa jinsabu fis-sitt post fil- klassifika kif ukoll pass 'il bogħod miċ-Championship Pool. Doppjetta tal-attakkant ta' Tarxien Rainbows li llum kien qed jiddebutta għalihom Demba Toure kienet ġabet l-iskor indaqs għar-Rainbows iżda din ma kinitx bizzejjed biex Tarxien Rainbows jakkwistaw almenu punt minn din il-logħba. Il-logħba bdiet taħt xita qawwija u kawża t'hekk il- plejers u l-uffiċjali tal-logħba kellhom jabbandunaw il- grawnd wara biss 3 minuti logħob hekk kif ir-riħ qawwi li ħakem il-Grawnd taċ- Ċentinarju f 'Ta' Qali kien ta' periklu għalihom. Il-logħba kompliet b'mod normali ftit tal- minuti wara. Balzan fetħu l-iskor fid-29 minuta grazzi għal Jose Luis Armario Negrin li tefa' fix- xibka mill-viċin wara li rċieva minn corner mil-lemin. Ħames minuti wara Balzan rduppjaw l-iskor permezz ta' xutt angulat ta' Lydon Micallef li għeleb lill-goalkeeper Nicky Vella wara li rċieva tajjeb minn kross mil- lemin. Demba Toure naqqas il-marġni tal-iskor għal Tarxien Rainbows, żewġ minuti mill- ftuħ tat-tieni taqsima permezz ta' xutt mill-viċin li ma ta l-ebda ċans lil Manuel Bartolo. Tarxien Rainbows ġabu l-iskor indaqs fis-66 minuta meta minn corner mix-xellug ta' Jorge Santos Silva, għola tajjeb Demba Toure u permezz ta' daqqa ta' ras għeleb lil Manuel Bartolo biex skorja doppjetta personali fil-logħba fl-ewwel logħba tiegħu mar-Rainbows. Iżda ma kellux ikun biss Toure biss li jiskorja doppjetta f 'din il- logħba hekk kif fis-87 minuta, Jose Luis Armario Negrin ukoll irnexxielu jsib ix-xibka għat-tieni darba fil-logħba wara li kkonkluda azzjoni tajba permezz ta' xutt fil-baxx li għeleb lill-goalkeeper ta' Tarxien Rainbows, Nicky Vella. Balzan: Bartolo, Scicluna, Grioli, Bezzina, Dos Santos, Vignaroli (Magro 73'), Grima (Darmanin 79'), Dos Santos Calcado, Bilbao Zarate, Micallef, Armario Negrin Tarxien R.: Vella, Mamo, Caruana (Ciantar 71'), Agius, Martinelli (Barbosa 32'), Toure, Sammut, Menendez Hevia, Pulo, Mifsud, Santos Silva Referee Alan Mario Sant Ritratt: Ray Attard JOSE LUIS ARMARIO NEGRIN Twieled fil-15 ta' Diċembru 1986 fi Spanja Skorja doppjetta personali f'din il-logħba Ingħaqad ma' Balzan mingħand Rabat Ajax Matul l-istaġun li għadda spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-Kampjonat BOV Premier bi 22 gowl Balzan pass 'il bogħod miċ-Championship Pool Azzjoni fuq il-lasti ta' Tarxien Rainbows, diżi mill-goalkeeper żagħżugħ Nicky Vella