Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 15˚Ċ L-INQAS 13˚Ċ TEMP Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita VIŻIBILTA' Ġeneralment tajba RIĦ Ġrieġ il-Lvant forza 4 li jsir Majjis- tral forza 6 BAĦAR: Qawwi ħafna li jsir qawwi IMBATT: Moderat mil-Lvant ROYAL Pharmacy, 271, Triq ir-Re- pubblika, Valletta NATIONAL Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Ħamrun PINTO Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Qormi THE Local Dispensary, Triq Kan. Karm Pirotta, Birkirkara MAYER Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida SPIŻERIJA Merħba, Shop 2, Triq Lapsi, Ta' Giorni, San Ġiljan CHEMIMART Ltd. Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema ST. Michael Pharmacy, Misraħ tat- Transfigurazzjoni, Lija ST. Mary Pharmacy, 71, Triq Sir Harry Luke, Mġarr ST. Paul's Bay Pharmacy, 504, Triq il- Kbira, San Pawl il-Baħar THERESA Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Tarxien VITTORIOSA Pharmacy, 9, Triq il- Mina il-Kbira, Birgu POLYMER Pharmacy, Triq ix-Xgħajra, Żabbar BLOSSOMS Pharmacy, Triq il-Gur- gier, Birżebbuġa KRISTIANNE Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq MENELO Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi ST. Anthony Pharmacy, 18, Triq il- Kbira, Rabat FONTANA Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana VELLA Pharmacy, 15, Triq 13 ta' Dicembru, Nadur Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 14˚Ċ L-INQAS 10˚Ċ TEMP Ftit imsaħħab b'ħalbiet iżolati tax-xita VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ Punent Majjistru forza 6 lokalment forza 6 għal 7 li jsir Punent forza 5 mal-lejl Baħar: Qawwi SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 80 60 34 89 66 41 7 70 Il-playroom fil-ħabs: "Tagħti dinjità lilna u lit-tfal" JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt DIN il-ġimgħa ġiet inawgurata playroom fil- Faċilità Korrettiva ta' Kordin li ser tintuża biex isiru laqgħat bejn ir-residenti tal-Faċilità u t-tfal tagħhom. Din il-playroom inbniet fi żmien tliet xhur minn 16-il priġunier u erba' uffiċjali tal-Faċilità, u grazzi għall- kontribut ta' voluntiera li pprovdew l-għamara u l-ġugarelli. Qariba ta' individwu li qiegħed jiskonta sentenza ta' 14-il xahar priġunerija u li ma xtaqitx tippubblika isimha, qaltilna li b'dan il- mod il-ġenituri u t-tfal se jkollhom iktar dinjità meta jżuru l-qrabathom fil-ħabs. "Din hi inizjattiva tajba immens. Tagħti dinjità lilna u lit-tfal. Barra minn hekk, dan il-post huwa akkoljenti ħafna," sostniet din il-persuna f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM. Waqt l-inawgurazzjoni l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia qal li kien il-Ministeru li għamel pressjoni biex issir din il-playroom għax jemmen li din hija l-politika u d-direzzjoni tal-gvern preżenti li lest li jagħti kull opportunità lir-residenti tal- Faċilità li jbiddlu ħajjithom u jirrijabilitaw. B'hekk, qal il-Ministru, din il-kamra hija ħolma tiegħu, għax filwaqt li kkontribwixxew għaliha residenti u uffiċjali tal-ħabs flimkien, din il-kamra ser isservi biex tfal ta' residenti ma jgħaddux minn trawma akbar minn dik li diġà qed jaffaċċjaw. "It-tfal ta' residenti tal- Faċilità jgħaddu minn trawma li jkunu separati minn ġenitur tagħhom li jkun qed jiskonta sentenza. Apparti minn din it-trawma, jgħaddu mill- istigma tas-soċjetà, u kien għalhekk li nħass il-bżonn li jkun hemm ambjent aktar addatat u armonjuż għat- tfal meta jiltaqgħu mal- ġenituri tagħhom fil-Faċilità Korrettiva," sostna l-Ministru Mallia. Il-Ministru Mallia, waqt li kien qed jindirizza lir- residenti tal-Faċilità, tenna li huma kienu l-periti mhux biss ta' din il-kamra, iżda ta' ideat tajbin ħafna u żgur li kapaċi jagħmlu ħafna aħjar minn hekk. Għalhekk, id-dover tal- gvern huwa li jisfrutta dawn il-kapaċitajiet ħalli s-soċjetà tkun lesta tilqagħhom lura u jkollha inqas livelli ta' kriminalità. Waqt l-istess attività infetħet is-Sala tad-Debituri li fuqha sar rinovar u xogħol ta' tisbiħ. Din is-sala sservi għall-visti tal-priġunieri mal-qraba tagħhom. F'din is-sala ġiet inawgurata sistema ġdida ta' cctv cameras għal skopijiet ta' aktar sorveljenza. Il-playroom li fiha se jsiru laqgħat bejn ir-residenti tal-Faċilità u t-tfal tagħhom. 19-il sena mit-traġedja abbord tanker fit-Tarzna FIT3 ta' Frar 1995, seħħet it-traġedja abbord it-tanker Libjan Um El Faroud f 'Baċir Numru 3 fit-Tarzna. Għada jimmarka d-dsatax- il sena minn meta seħħet splużjoni waqt xogħlijiet li kienu qed isiru fit-tankijiet tat-tanker Libjan Um El Faroud. Kienet splużjoni li ħasdet il-ħajja ta' disa' ħaddiema tat-Tarzna li dak il-ħin kienu abbord il-vapur. L-isplużjoni kienet seħħet fl-10.15 p.m. u kienet ħasdet il-pajjiż kollu bl-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż imorru immedjatament fil-post. Il-vittmi li tilfu ħajjithom fit-traġedja kienu George Aquilina ta' 24 minn Ħal Qormi, Charles Callus ta' 46 sena mill-Belt Valletta, Marrio Hales ta' 39 sena mill-Imqabba, Simon Mifsud ta' 26 sena mill- Birgu, Simon Pisani ta' 22 sena mill-Imsida, Angelo Sciberras ta' 51 sena minn Ħaż-Żabbar, Paul Seguna ta' 37 sena minn Ħaż-Żebbuġ, George Tabone ta' 57 sena minn Ħal Qormi u Anthony Vassallo ta' 29 sena minn Ħad-Dingli. Wara li kienet intemmet l-inkjesta dwar l-isplużjoni, it-tanker tgħerreq bil-baħar 'l barra minn Wied iż- Żurrieq, sabiex jintuża bħala attrazzjoni għall-għaddasa. Kien fit-2 ta' Settembru 1998, meta t-tanker Um El Faroud salpa għall-aħħar darba mill-Port il-Kbir, għad-destinazzjoni finali tiegħu f 'Wied iż-Żurrieq. Wara li l-bastiment kien ankrat fil-post, dam madwar erba' sigħat sabiex jintela' bl-ilma baħar. Din ix-xena rawha eluf ta' persuni, li bla dubju ta' xejn taw l-aħħar tislima lid-disa' ħaddiema tat-Tarzna li tilfu ħajjithom fl-inċident traġiku tal-1995. Wara maltempata qawwija fl-2006, dan il-vapur inqasam fi tnejn. Din it-traġedja li ħalliet bosta familji fis-sofferenza, ġiet deskritta bħala waħda li "bikkmet poplu" u li "xxukkjat pajjiż". Ta' kull sena ssir tifkira għal dawk il-ħaddiema li tilfu ħajjithom. Fil-fatt, mal- monument tal-ħaddiema li tilfu ħajjithom fit-Tarzna ta' Malta, li jinsab fid-daħla tat-tarzna, se ssir tifkira tat- traġedja ta' 19-il sena ilu. Dan it-tanker inbena fl-1969 fir-Renju Unit u kien jiżen 3,273 tunnellata, b'tul ta' 110 metru. It-traġedja abbord it- tanker seħħet f 'Baċir Numru 3 fit-3 ta' Frar 1995 u ħalliet disa' vittmi. Fit2 ta' Settembru 1998 it-tanker beda jintuża bħala attrazzjoni għall- għaddasa f 'Wied Iż- Żurrieq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014