Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 19 Emendi li ma jemendawx mill-Avukat Beppe Fenech Adami. Ħolqu kariga simili għal dik li nokkupa jien illum, għalkemm xi snin ilu tghidx kemm kienu kritikaw li kariga ta' din ix-xorta ma kien x hemm bżonnha. Li ma ntebħux kien dan: li is-suċċess ta' kariga ma jiddependix mill-kariga fiha nnifsha iżda minn min ikun qiegħed jokkupa. Fil-waqt li kariga bħal din fil-Partit Laburista torbot lil dak li jkun qiegħed jokkupha li ma jistax jikkontesta għall-elezzjonijiet ġenerali, Beppe mhux biss ser ikun jista' jikkontesta iżda digà huwa Membru Parlamentari. X'jiġri minn wara l-kwinti jiena ma nafx, iżda ċert li sa elezzjoni oħra żgur li inkwiet ser ikolhom għaliex fl-aħħar mill-aħħar dak li jkun l-interessi elettorali ser jara u mhux dawk tal- Partit. Hemm iċ-ċans li ħolqu sors ieħor ta' inkwiet. Minn barra dan kollu, inutli tibdel l-Istatut jekk ma jinbiddlux in-nies. Kważi aktar minn tlett kwarti tal- politiċi "that count" bħalissa fil-Partit Nazzjonalista huma l-istess li kien hemm meta sa ftit ilu dan il-Partit kien Gvern. Għalhekk jibdlu kemm jibdlu statuti, għad hemm problema kbira ta' kredibbiltà kbira. Hemm ismijiet eċċelenti li għadhom fuq quddiem li isimhom għadu marbut ma' deċiżjonijiet ħżiena u supetti ta' irregolaritajiet u skandli li kellhom iwieġbu għalihom u qatt ma għamlu xejn. Għalhekk ebda "tiġdid" statutorju ma hu ser inaddaf lil dawk li kien hemm u għadhom hemm mill- perċezzjoni ħażina tagħhom b'mod li meta ser ikunu quddiem in-nies f 'dibbatitu politiku dejjem ser ikunu b'denbhom taħt il-blata. Ħafna minn dawn kellhom l-għażla ta' Austin Gatt, li jsiru "cittadini ordinjarji". Din l-għażla ma ħaduhiex. Għalhekk jinbidel kemm jinbidel l-Istaut tal-Partit Nazzjonalista, l-politiċi tagħhom xorta ser jibqgħu persegwitati mill-iħirsa li ħerġin mill-iskanldu tal- Enemalta u l-Power Station, it-traġedja tal-Arriva, il- miljuni li nsterqu mill-VAT, iż-żieda fis-salarji minn wara dahar in-nies, is-safar bil-jettijiet u lista oħra ta' governanza xejn koretta li ħallew warajhom. Aktar minn hekk, tbiddel kemm tbiddel l-Istatuti l-problema Simon Busuttil tibqa'. L-istatuti ma jwelldux il-mexxejja tajbin. Jiġri bil- kuntrarju. Huma l-mexxejja tajbin li welldu Statuti tajbin. Simon Busuttil għadu ma faqqasx. Qisu kull ma jmiss b'idejh isir ċomb. Ġieli kellu okkażjonijiet fejn seta' bied il-bajd tad-deheb, iżda minħabba l-istil tiegħu ħarġu taċ-ċomb. Jiena nemmen li anke fi hdan il-Partit tiegħu hemm is- sensazzjoni li Simon Busuttil ma jistax jirfed mal-elettorat. Nemmen li wara għaxar xhur Kap ma naħsibx li ħalla dik l-impronta li kienu qegħdin jaħsbu li ser iħalli. Il-problema prinċipali ta' Simon hija waħda: ma hux juri dik il- maturità politika b'mod li min forsi ma jaqbilx mal-Partit Laburista jemmen li jista' jafda ruħu f 'idejh. Nieqes minn dawk il-ħiliet meħtieġa biex jikkonvinċi li jista' jkun Prim Ministru. Ħiliet li ma ssibhom f 'ebda Statut ta' Partit. Hija ħasra għaliex dan ma jawgura xejn tajjeb għad- demokrazija. Meta jkollok Oppożizzjoni tajba jkollok Gvern li jrid joqgħod fuq il- ponot ta' subgħajh. Meta tkun dgħajfa jkollok l-inkwiet anke fil-Gvern, għax min ikun fil- poter jibda jaħseb li ħadd ma jista' għalih. Agħmlu sewwa daħlu l-emendi satatutorji li hemm bżonn. Iżda dan mhux ser isolvi l-problemi aktar gravi li hemm fi ħdan l-Oppożizzjoni. Wieħed mar tajjeb żgur... Francis Zammit Dimech għax biha għamel il-kampanja tiegħu għall-elezzjonijiet tal- MEP! ċittadin malti bi ħlas għadhom laxki wisq. Wieħed ma jsirx Malti għax iħallas € 650,000 u jixtri propjetà illi tiswa € 350,000. U ngħid jien għala min jiftaħ fabbrika jew lukanda u jħaddem in-nies m'għandhux ukoll jingħata kunsiderazzjoni ? Il-fatt illi persuna tagħmel taparsi sena tirrisjedi hawn (u diġa qalulna illi kull m'hu meħtieġ hu illi wieħed jirrisjedi 183 jum f 'sena) fi propjetà mixtrija jew mikrija ma' jikkonfezzjonax tali konnessjoni ġenwina. L-anqas m'hu ċar jekk l-obbligu tar-residenza japplikax għall-applikant prinċipali biss jew japplikax ukoll għad-dipendenti tiegħu ukoll, jiġifieri għall-mara jew nisa li jkollu, uliedu u jekk ikun il-każ ukoll, għall-ġenituri tiegħu. Ħadd m'għadu qal kif l-obbligu tar-residenza ser jiġi kkontrollat. L-anqas m'hu ċar jekk l-obbligu illi l-applikant ikollu assikurazzjoni fuq saħtu fis-somma baxxa ta' € 50,000 japplikax ukoll għad-dipendenti tiegħu u għalkemm ser jibqa' japplika. L-anqas ma nafu x'jiġri jekk din l-assikurazzjoni ma tibqax titħallas fis-snin ta' wara li wieħed isir ċittadin malti. Id-dettalji ta' dan kollu għadu m'hux ċar. Imma ċerta affarijiet wieħed jista' jassumihom. Meta tħabbar l-ftehim li ntlaħaq mal- Kummissjoni, il-gvern Malta qal illi l-Kummissjoni aċċettat illi l-gvern Malti jista' jbiddel il-limitu ta' 1,800 applikant. Issa ninsew għall-mument illi dan il-limitu kien il-gvern Malti stess illi mponieh fit-tieni inkarnazzjoni ta' din l-iskema. Imma ma nistgħux ninsew illi l-figura ta' 1,800 tapplika biss għan-numru ta' applikanti prinċipali u ma tinkludiex il-mara jew nisa u jekk ikun il-każ, it-tfal u l-ġenituri ta' ta' tali applikant. Barra minn hekk, l-ulied il-ġodda ta' kull min isir ċittadin malti, anke jekk jitiwieldu barra minn Malta, ukoll ser ikollhom dritt illi jsiru ċittadini maltin. Dana bl-ebda ħlas u bla ħtieġa ta' ebda assigurazzjoni tas-saħħa. Tali ċittadini ser ikollhom ukoll id-dritt illi jiġu hawn Malta għall-edukazzjoni jew kura medika kif ukoll illi jivvutaw fl-elezzjonijiet. J'alla dan ifisser it-tnissil ta' konnessjoni ġenwina ma' pajjiżna imma huwa ċar illi hemm lok ta' abbużi minn individwi li m'huma ċittadini xejn ħlief fl-isem. Wieħed għad irid ukoll jara x'impatt din l-iskema ser ikollha fuq il- kuntesti elettorali ta' pajjiżna. Sar ħafna diskors dwar il-€ 1 bn illi l-gvern malti qed jistenna minn din l-iskema imma eventwalment, għad nistgħu naraw illi tali dħul ser ikun ferm anqas minn dak mistenni. Biljun forsi tidher somma mpressjonanti imma wieħed għandu jqis illi hija terz tal-ispiża tal-gvern f 'sena. Meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni l-ħsara illi saret lill-fama ta' Malta b'din l-iskema, speċjalment fis- settur tal-qasam finanzjarju, dan il-biljun mill-ewwel jibda jirridimensjona ruħu. Dan l-aħħar jiem kont qed inkellem persuna illi taf sew x'inhu għaddej fid-dinja tas-servizzi finanzjarji li stqarrli kemm huma nkwetati l-operaturi fis- settur mis-sitwazzjoni illi kienet qed tiżviluppa minħabba dina l-iskema. Qalli illi tali operaturi ma jkunux iridu joperaw taħt ir- rifletturi u esprima tħassib serju dwar il-futur ta' dan is-settur illi bla dubju llum hu wieħed mill- muturi tal-ekonomija. Anke l-kumplament tal- ekonomija ħass l-effett tal- kontroversja illi qanqlet dina l-iskema. Dejjem niskanta dwar is-sensitività tal-operaturi ekonomiċi għas-sitwazzjoni politika tal-pajjiż u jidher illi fl- aħħar xhur, ir-ritmu tal-attività ekonomika naqas sew. Dan ser jitttraduċi f 'anqas dħul għall- gvern u f 'aktar pressjoni fuq l-ispiża tiegħu. F'kelma waħda, il-gvern ser ikollu jissellef aktar u ser ikun ferm aktar diffiċli għalih sabiex jikkontrolla d-defiċit. Hu x'inhu l-każ, il-mod kif evolviet dina l-kwistjoni kien żgur ta' distrazzjoni għall- ħidma tal-gvern. Kien ikun ferm għaqli kieku l-gvern l-ewwel ħadem sabiex jintlaħaq kunsens mal-opposizzjoni u l-imsieħba soċjali, ġab l-approvazzjoni ta' Brussel u mbagħad nieda l-iskema. Kif ġraw l-affarijiet, ġara kollox bil-kontra u intant qamet ħafna kontroversja illi żgur ma swietx ta' ġid għall-pajjiż. Kien hemm min ikkritika lill- opposizzjoni u speċjalment lill- membri parlamentari ewropej nazzjonalisti talli esprimew ruħhom kontra l-iskema fid-dibattitu tal-Parlament Ewropew. Min jgħid hekk għad għandu kunċett ferm provinċjali tal-politika Maltija. Il- Parlament Ewropew m'huwiex xi organu barrani illi fih wieħed irid joqgħod attent illi ma jlissen l-ebda kelma kontra l-għażiż pajjiżna imma hu l-unika organu elett mill-poplu ta' għaqda li tagħha pajjiżna huwa membru. Barra minn hekk, il-liġijiet illi dan il-Parlament jgħaddi flimkien mal-Kunsill tal-Ministri għandhom is-saħħa ta' liġi f 'pajjiżna. Għaldaqstant, altru illi l-ewroparlamentari Maltin kienu fi dmir illi jesprimu ruħhom b'libertà sħiħa fil-Parlament Ewropew kif inhu l-każ tad-deputati fil-parlament nazzjonali. Ħaġa oħra illi ħalliet togħma ferm qarsa hija l-presenza ingombranti tal-konsulenti magħżula mill-gvern Henley & Partners. Din il-ġimgħa assistejna għal ċertu Chris Kalin minn din il-konsulenza jattakka direttament lill-opposizzjoni u jintervjeni b'ruħu u ġismu f 'kontroversja illi huwa bħala konsulent tal-gvern Malti kellu jibqa' sajjem minnha. Il-fatt illi Henley & Partners ser idaħħlu minimu ta' € 126 m jekk jinbiegħu l-1,800 passaport żgur illi tappan is-sens ta' ġudizzju ta' dawn is-sinjuri. Huwa straordinarju illi Malta ser tkun l-unika pajjiż fid-dinja illi ser ikollha programm ta' ċittadinanza mmexxi minn kumpanija barranija. M'hux talli hekk talli ser tkun din l-istess kumpanija illi tagħmel l-iskrutinju u tagħmel ir- rakkomandazzjonijiet dwar l-applikanti għalkemm il- kelma aħħarija ser tkun tal-gvern. Niskanta kif Mario Azzopardi li l-ġimgħa l-oħra f 'dan il-ġurnal dehrlu illi l-kritika tal-ewroparlamentari Maltin u r-risoluzzjoni tal- Parlament Ewropew dwar din l-iskema huma xempji ta' neo-kolonjaliżmu ma jiddejjaqx b'dina s-sitwazzjoni. Ikolli naqbel perfettament ma' dak li qal Jurgen Balzan ftit jiem ilu meta stqarr "I have a hunch that many so-called leftists would have shred the scheme to bits had it been proposed and implemented by a PN administration. But their silence is deafening." Il-koerenza intelletwali titlob illi wieħed irid iħares lejn l-affarijiet bl-istess mod irrispettivament minn min jagħmilhom. Imma kif spiss jiġri f 'dan il-pajjiż, l-affarijiet jinqabdu fil-ġlieda eterna bejn iż-żewġ partiti l-kbar u min instintivament messu ħassu tassew iddiżgustat b'din l-iskema spiss qagħad lura. Din l-iskema qiegħda sservi biex joħorġu l-agħar karatteristiċi fina, karatteristiċi illi spiss ġew definiti fil-passat imbiegħed meta l-uniku mezz ta' għixien kien billi nattakkaw l-iġfna fil-Mediterran. Donnu għadna ma fhimniex x'inhu l-potenzjal sħiħ tagħna u kif nistgħu tassew insiru ċentru ta' eċċellenza fil-Mediterran mingħajr il-ħtieġa ta' skemi ta' dan it-tip illi zgur ma huma jitfgħuna f 'dawl sabiħ ma' ħadd, anke jekk jirnexxielna niżgiċċaw iċ-ċensura ta' ħaddieħor. Selfie tagħna stess