Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt L -istqarrija tal-pedjatri Maltin dwar l-adozzjoni tat-tfal minn koppja omosesswali hija stramba, jekk mhux alarmanti. Għal snin twal, din l-għaqda li din il-gazzetta lanqas kienet taf li teżisti għażlet li tibqa siekta fuq ħwejjeġ li jikkonċernaw it-tfal. Issa f'daqqa waħda din l-għaqda sabet il-vuċi u esprimiet il-ħsieb tagħha dwar din il-proposta kontroversjali. Indirizzat il-membri parlamentari, u għalhekk daħlet fl-isfera politika u d-dibattitu politiku. Bħal fil-każ ta' dawk l-għaqdiet ambjentali li tilfu l-vuċi tagħhom fi żmien ieħor dwar ħwejjeġ oħra, issa għandna għaqda oħra li qamet minn raqda twila u tħossha komda tippriedka x'taħseb. Fl-aħħar snin konna nimmaġinaw li l-għaqda ta' pedjatri kienet tesprimi opinjoni fuq dawn il- ħwejjeġ: 1) L-imġieba tal-ġenituri fuq it-tfal 2) Il-vjolenza fiżika fuq it-tfal 3) Il-bullying fl-iskejjel 4) L-abbuż sesswali 5) Dieta tat-tfal 6) Il-kurrikulu fl-iskejjel tat- tfal 7) L-għarfien ta' problemi mediċi fit-tfal 8) In-nuqqas ta' eżercizzju fit-tfal 9) It-theddida ta' raġġi elekromagnetiċi fuq it-tfal 10) Il-pressjoni ta' studju esaġerat fuq it-tfal 11) Il-dyslexia fost it-tfal 12) L-effetti ta' każijiet ta' separazzjoni fuq it-tfal 13) L-iġjene fost it-tfal 14) Id-dipendenza tat-tfal fuq it-televiżjoni 15) Kif adulti għandhom jittrattaw it-tfal 16) Il-qari fost it-tfal Fuq dawn l-affarijiet ma qalet assolutament xejn. Il-ħsieb tagħna hu li saret moda li topponi suġġerimenti li ma jkunux oriġinaw minn partit partikolari. Forsi tikxef ħsieb prevalenti li jekk toħroġ mill-PN kollox sew, jekk mill-PL mela żgur u ċertament wieħed għandu jopponi. Nissuġerixxu li l-għaqda tal- pedjatri tagħmel dik li hi tajba li tagħmel, u ma tidħolx fil-fora politika. Min qed jopponi l-adozzjoni tat-tfal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014