Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
LEBDA party tat-tfal ma jkun daqshekk animat daqs wieħed li fih ikollu l-annimali! L-Isports & Social Committee ta' Bank Bank għamel proprju dan, meta organizza ġurnata għat-tfal tal-impjegati, fiz-Zoo ta' Montekristo Estates għal żmien il-Milied. Xadini, racoons, qtates kbar u għasafar zgħar, barbaġanni, flamingos, papri, ponijiet u annimali tal-irziezet ġibdu l-attenzjoni kollha u t-tfal ħadu gost jitimgħuhom u jmellsuhom. 24 illum | Ħadd 02 ta' Frar 2014 Kummercjali Iċċelebra Jum San Valentinu f 'Bay Street FILKUMPLESS ta' Bay Street fil-Bajja ta' San Ġorġ, f 'San Ġiljan, se jiġi ċċelebrat Jum San Valentinu għal ġimgħa sħiħa bejn it-Tnejn, 10 ta' Frar, 2014, u l-Ħadd, 16 ta' Frar, 2014. Tista' ssib ir-rigal ideali, jew għażel wieħed mir- ristoranti f 'Bay Street għal ikla romantika. Wieħed jista jestendi ż-żjara tiegħu għal tmiem il-ġimgħa bejn l-14 u s-16 ta' Frar fejn tista' tikri kamra fil-lukanda Bay Street għal €35 kull koppja, li tinkludi l-kolazzjon. Kull min jixtieq iżur il- kumpless għax-xiri jista' jagħmel dan sa tard bil-lejl, sebat ijiem fil-ġimgħa sal- 10pm. Siegħa parkeġġ b'xejn jingħata lil kull klijent li jixtri, jiekol jew jiskejtja fil-Kumpless ta' Bay Street matul il-ġurnata bejn l-10 u s-16 ta' Frar. Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2138 0600 jew żur il-paġna ta' Bay Street fuq Facebook, www.facebook.com/ baystreetmalta. L-annimali jieħdu l-attenzjoni kollha waqt il-party tat-tfal tal-Banif Ġurnata fiz-zoo ta' Montekristo għat-tfal tal-impjegati tal-Banif Konkors letterarju għaż-Żwieten ILKUNSILL Lokali taż- Żejtun se jorganizza Konkors Letterarju fejn se jagħti l-opportunità lill-kittieba u poeti Żwieten biex iwasslu l-kitba tagħhom lill-pubbliku ġenerali. Is-serata tal-Konkors Letterarju se tittella' nhar id-19 ta' Marzu, meta jingħata wkoll Ġieħ iż-Żejtun, iżda s-sottomissjonijiet għall- konkors iridu jaslu l-Kunsill Lokali taż-Żejtun sa' nhar it-Tnejn, 24 ta' Frar, 2014. Il-Konkors hu miftuħ għaż-Żwieten kollha, ta' kull età (minn tfal sa' anzjani), jgħixu fejn jgħixu. B'hekk anki Żwieten li ma għadhomx joqgħodu f 'belt twelidhom jistgħu jieħdu sehem. Kull konkorrent jista' jieħu sehem b'żewġ xogħlijiet letterarji, l-importanti li jkunu oriġinali. Kull kitba se tkun eżaminata minn ġurija independenti u l-verdett tal-ġurija jkun wieħed finali. Il-konkors se jkun maqsum f 'erba' kategoriji; l-aqwa rakkont b'Malti standard, l-aqwa kitba miktuba bid- djalett Żejtuni, l-aqwa poeżija, u l-aqwa xogħol letterarju għall-persuni tfal u żgħażagħ taħt it-18-il sena. Se jingħata wkoll it-Trofew Frans Baldacchino (il-Budaj) lill- aħjar kitba bid-djalett Żejtuni. Barra minn hekk se jingħata ċertifikat lill-parteċipanti kollha. It-titli huma varji u ġenerali fejn il-kittieba u l-poeti għandhom il-libertà kollha biex jaqbdu l-pinna u jibdew isawwru l-immaġinazzjoni tagħhom f 'xogħlijiet letterarji varji. It-titli huma: Rakkont bid-djalett Żejtuni; Poeżija ta' mhux aktar minn 30 strofa; Rakkont Ġenerali marbut ma' xi aspett storiku u kulturali fiż- Żejtun; Rakkont Ġenerali dwar iż-Żejtun mill-perspettiva tiegħek; u 400 sena mill-Aħħar Ħbit mill-Ottomani fuq Malta, 4 ta' Lulju, 1614 – Jum l-Eroj Żwieten. Għal aktar informazzjoni u dwar il-premjijiet ċempel il-Kunsill Lokali taż-Żejtun fuq 2166 3866 jew żur is-sit uffiċjali tal-Kunsill Lokali, www.zejtunlocalcouncil.com. Jum San Valentinu f 'Bay Street joffrilek għażla ta' 47 ħanut tal-moda, 11-il cafe' u ristoranti, u ice-rink b'silġ ta' vera YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt