Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
4 illum | Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 Iċ-Ċentru Tbexbix jilqa' madwar 50 tifel u tifla JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt IĊĊENTRU Tbexbix li jinsab f 'Bormla, twaqqaf mill-għaqda mhux governattiva (NGO) Ananda Marga Malta. Din l-NGO hi mferrxa f 'bosta pajjiżi bil-għan li toffri servizzi b'risq il-komunità. Il-membri tal-Ananda Marga jinkludu għalliema, psikoloġi u professjonisti oħrajn. Il- ħidma ta' din l-NGO tiffoka fuq nisa u tfal. Catherine Azzopardi, il-koordinatur taċ-Ċentru Tbexbix, qalet li b'kollox jattendu madwar ħamsin tifel u tifla fis-sajf. Fix-xitwa dan in-numru jonqos. Hi kompliet tgħid li l-maġġoranza tat-tfal huma minn Bormla. Iċ-Ċentru Tbexbix twaqqaf madwar 8 snin ilu, fl-2006. Dawn it-tfal jiltaqgħu kuljum matul il-ġimgħa minbarra fi tmiem il-ġimgħa. Avolja xi minn daqqiet anke fi tmiem il- ġimgħa jiltaqgħu wkoll. Filfatt, Azzopardi sosniet li f 'dan il-weekend it-tfal ħadu sehem f 'live-in f 'Marsaxlokk. "Għal dan il-live-in attendew 35 tifel u tifla. Sejrin tajjeb ħafna flimkien." L-etajiet tat-tfal li jattendu ċ-Ċentru Tbexbix, ivarjaw minn ħamsa sa tlettax-il sena. Madankollu, hemm numru ta' tfal li juru x-xewqa li jibqgħu jiffurmaw parti minn dan iċ-Ċentru anke wara l-età ta' tlettax-il sena. "Għandna tfal li wara din l-età jibqgħu jattendu u wħud minnhom isiru parti mit-tim ta' mexxejja ta' dan iċ-Ċentru." Azzopardi tenniet li kollox hu bbażat fuq il-voluntiera. "Hawnhekk kulħadd huwa voluntier. Niddependu fuq id- donazzjonijiet u l-għajnuna ta' dawk li jiġu hawn kull ġimgħa. Għandna kumitat magħmul minn sitt persuni. Kulħadd għandu l-irwol tiegħu, min jagħmel xogħol ta' teżorier, min ta' segretarju u min xogħol manwali." Barra minn hekk, Azzopardi sostniet li hemm numru sabiħ ta' għalliema, li speċjalment fix-xhur tas-sajf, jagħtu l-għajnuna tagħhom f 'dan iċ–Ċentru. "Dawn l-għalliema b'dedikazzjoni kbira jqattgħu ħafna ħin ma dawn it-tfal." Hi qalet li minkejja li f 'termini ta' numri m'hemmx fiex titfixkel, iżda l-qalb tal- voluntiera hi waħda kbira. "Mhuwiex numru kbir, iżda dak li nagħmlu, nagħmluh mill-qalb. Il-problema hi li fil- bidu ċerta voluntiera jkollhom ħafna entużjażmu, li iżda imbagħad jibda jmajna." Il-koordinatriċi enfasizzat li ċ-Ċentru Tbexbix jilqa' lit-tfal kollha, ġejjin minn kull lokalità u minn esperjenzi differenti. "Aħna ma neskludu lil ħadd. L-iskop tagħna huwa li ngħinu fl-iżvilupp ħolostiku tat-tfal. Kulħadd għandu bżonn l-għajnuna." Azzopardi fissret kif il- voluntiera taċ–Ċentru Tbexbix ma jagħmlu l-ebda distinzjoni. Filfatt, fis-sajf attendew għaxart itfal minn ġenituri refuġjati. Din kienet esperjenza li saħħet il-grupp ħafna aktar. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, il-koordinatriċi qalet li saru jattendu bosta gruppi ta' tfal minn skejjel varji fiċ–Ċentru Tbexbix. "Għandna l-programm ta' filgħodu u fih nagħmlu numru ta' attivitajiet marbutin ma' krafts, arti u anke yoga. Imbagħad waranofsinhar nagħmlu programmi immirati għall-istudenti. Filfatt, ikollna studenti minn De La Salle College, is-sekondarja ta' Birkirkara, Ħal Għaxaq, Pembroke, il-Ħamrun u oħrajn. Sa April l-ibbukkjar huwa mimli." Azzopardi spjegat kif iċ– Ċentru Tbexbix jilqa' numru ta' tfal li jkunu ġejjin minn problemi soċjali kbar. "L-għan ewlieni tagħna huwa li nsaħħu l-programmi ta' edukazzjoni u social support programmes. Dan għaliex uħud mit-tfal tagħna ġejjin minn familji bi problemi soċjali kbar u ħafna minnhom ikollhom problemi ta' finanzi. Issib tfal li ma jkollhomx biex jixtru żarbun jew saħansitra flokk." Id-dar taċ-Ċentru Tbexbix kellha bżonn rinnovazzjoni sħiħa. Dan il-proċess dam seba' snin minħabba l-problema ta' nuqqas ta' fondi. Ħafna mix-xogħol fuq din id- dar sar mill-voluntiera stess. Azzopardi saħqet li l-membri tal-komunità ta' Ananda Marga, huma veġetarjani, u ma jistgħux jikkunsmaw alkoħol jew tipjip. Din l-NGO tippromwovi l-meditazzjoni u yoga. L-NGO Ananda Marga ilha stabbilita f 'pajjiżna għal madwar 40 sena. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jibgħat imejl fuq tbexbix@gmail.com jew iċempel fuq in-numri: 2180 5130 jew 2780 5130. One-way quddiem garaxx privat? Dan jinsab f 'kantuniera ma' Triq il-Kurunell Cocks f 'Pembroke. Iżda s-Segretarju Eżekuttiv tal-lokalità spjega kif dan huwa basement privat li jinkludi madwar 30 garaxx. "Hemm żewġ entraturi għal dan il-basement. Għaldaqstant, ir-residenti stess talbu sabiex ikunu jafu minn fejn iridu jidħlu u minn fejn joħorġu. B'dan il-mod it-triq hija aktar sigura." Ċentru Tbexbix jilqa' numru ta' tfal li jkunu ġejjin minn problemi soċjali kbar