Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943
34 illum | Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Kont ġejt imħajra biex nibda l-atletika minn Jivko Jetchev, waqt li kien qiegħed jagħmel żjajjar fl-iskejjel matul il- lezzjoni tal-edukazzjoni fiżika. Dak iż-żmien kelli biss disa' snin u minn dakinhar qatt ma rġajt ħarist lura. Illum il-ġurnata, Jivko huwa l-kowċ tiegħi. Atleta titwieled jew issir? Atleta ssir. Inutli persuna jkollha talent jekk ma jkunx hemm determinazzjoni u ħidma kontinwa. Xejn ma jiġi mix- xejn u jekk ma taħdimx għall-oġġett, it-talent jibqa' ma jikbirx! Qabel is-sena 2013 x'esperjenzi kellek fl-atletika u x'suċċessi ksibt? Fl-2006 esperjenzajt l-ewwel kompetizzjoni internazzjonali fl- atletika, il-'World Island Games' fejn kont ħadt sehem fil-Long Jump u fir-relay tal-4x100m. F'dawn il-logħob flimkien mat-tim tar-relay ksibna l-medalja tal-fidda, u fil-long jump kont ikklassifikajt fir-raba' post. Dik is-sena stess ħadt sehem ukoll f 'kompetizzjoni f 'Brno, 'European Kids Athletics Games'. F'din il-kompetizzjoni ksibt il- medalja tal-fidda fil-long jump u ksibna l-medalja tad-deheb fir-relay 4x60m. B'dan ir-riżultat konna saħansitra waqqafna rekord ġdid għal dawn il-logħob fl-'event' tar-'relay'. Fis-snin 2007 u 2008 ħadt sehem fil-Logħob tal-FISEC. Li kieku kellek tagħżel esperjenza partikolari li baqgħet timmarkak fil- karriera tiegħek ta' atleta liema hi u għaliex? Bħala esperjenza partikolari, naħseb ikolli nagħżel il-mument meta rbaħt il-medalja tal-fidda fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar. Dik l-okkażjoni mhux biss imlietni b'sodisfazzjon kbir u determinazzjoni ikbar għal aktar logħob, iżda fetħitli wkoll diversi bibien ġodda. Naspira li nirbaħ aktar midalji però din il-midalja tibqa' dejjem l-ewwel midalja f 'dawn il-logħob partikolari. X'sagrifiċċji / commitments tinvolvi l-atletika? Ma nistax ngħid li l-atletika hija sagrifiċċju, għaliex hija xi ħaġa li nagħmel b'passjoni kbira u t-taħriġ tal-atletika kiber miegħi. Però, iva, trid tagħmel ċerti sagrifiċċji bħal meta eżempju jkolli niċċaħħad minn xi vaganza matul ix-xhur tax-xitwa għaliex taffettwali t-taħriġ u l-preparamenti ta' matul l-istaġun. U kemm –il darba kelli niċċaħħad milli noħroġ ma' sħabi jew il-partner tiegħi għax inkun għajjiena minn xi taħriġ jew ikun il-lejl ta' qabel xi kompetizzjoni. F'liema dixxiplini tispeċjalizza fl- atletika u liema waħda tippreferi? Hija l-long jump? Nispeċjalizza fil-qbiż orizzontali, long jump u triple jump. Ikolli ngħid li nippreferi aktar it-triple jump għaliex inħossni aktar komda fiha. Barra minn hekk mhix dixxiplina faċli, u peress li jien tip ta' persuna li jogħġbuni aktar l-isfidi, din l-'event' tgħodd ħafna għalija. Bħala riżorsi li fihom tittrenjaw u tikkompetu f 'Malta dawn kif jikkumparaw ma' dawk li nsibu barra minn Malta? Bħala riżorsi li nittrenjaw fihom hawn Malta jkolli ngħid li għadhom ftit lura. F'postijiet barra minn xtutna dawn il-postijiet ikunu mgħammra b'ħafna faċilitajiet bħal 'saunas', 'ice baths' u aktar. Għandna wkoll nuqqas ta' 'indoor track' ġewwa pajjiżna, fejn li kieku żgur insibuha ta' użu tajjeb speċjalment fix-xhur kesħin tax-xitwa u minħabba l-maltemp li ġieli nesperjenzaw. Bħala atleti ssibu għajnuna finanzjarja mill-Kumitat Olimpiku Malti u mill-Kunsill Malti għall- Isport? Insib appoġġ kbir mill-Kumitat Olimpiku Malti u peress li qiegħda fl-iskema tal-'Elite Athletes' mill- istess MOC, il-Kumitat jipprovdini b'għajnuna medika kif ukoll dik finanzjarja meta nieħu sehem f 'kompetizzjonijiet barra minn xtutna jew 'training camps' bħala parti mit-taħriġ tiegħi. Minn hawnhekk nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzjahom għall-ħidma kontinwa tagħhom. Taħseb li għad jasal żmien f 'pajjiżna meta atleta jkun jista' jaqla' l-għajxien tiegħu esklussivament mill-atletika? Nixtieq! Nemmen li hija diffiċli li xi darba atleta jkun jista' jaqla' l-għixien tiegħu mill-atletika biss ġewwa pajjiżna. Hawn kumpaniji li jisponserjaw diversi attivitajiet sportivi kif ukoll atleti, però żgur mhux ammont biżżejjed li atleta jista' jaqla' l-għajxien tiegħu. Il-media tagħti biżżejjed pubbliċità u exposure lill-atletika f 'pajjiżna jew tagħmel dan biss waqt avvenimenti importanti bħalma huma l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar? Il-media qiegħda tipprova tagħti exposure lill-atletika f 'pajjiżna, però sfortunatament l-media sportiva Maltija hija ddominata mill-futbol. Tal-inqas rajna li waqt avvenimenti importanti bħalma huma l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar jew l-Olimpjadi, il-media tagħti ħafna exposure. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jibdew jieħdu sehem f 'xi waħda mid-diversi dixxiplini li tipprovdi l-atletika fosthom il-long jump. Ninkoraġġixxi lil dawk it-tfal li għadhom ma bdewx jipprattikaw xi sport biex jagħmlu pass 'il quddiem u jibdew bl-atletika. L-atletika hija l-bażi ta' kollox, u barra minn hekk tipprovdi diversi dixxiplini minn fejn wieħed jista' jagħżel biex jispeċjalizza. Barra minn hekk il-livell Malti jista' jogħla billi jkun hemm aktar parteċipazzjoni. Naf li f 'dawn l-aħħar snin partikolarment fl-aħħar sena fejn kellek it-teżi kont impenjata ħafna bl- istudji tiegħek. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudji tiegħek kif ukoll mat-taħriġ tiegħek ma jaqta' xejn fl-atletika? Jekk tkun trid xi ħaġa f 'ħajtek, tagħmel minn kollox biex takkwistaha u ssib ħin għaliha. Minn dejjem kont inqassam u norganizza sew il-ħin tiegħi u matul l-aħħar sena tal-istudji tiegħi kelli nagħmel mezz li żgur nagħmel dan. Barra minn hekk it-taħriġ kien jgħinni wkoll għall-istudju għaliex wara sezzjoni ta' taħriġ kont immur lura d-dar b'aktar enerġija u determinazzjoni biex nistudja. Kif tiddeskrivi l-istaġun tiegħek matul l-2013? Wara x-xita normalment toħrog il-qawsalla; hekk niddeskrivi l-istaġun tal-atletika tiegħi tal-2013. Wara staġuni diżappuntanti għal diversi raġunijiet, fl-aħħar nista' ngħid li kelli staġun mimli suċċessi u esperjenzi li nibqa' ngħożż tul ħajti kollha. Ilni nipprattika l-atletika għal dawn l-aħħar 13 –il sena, u fil-katergorija tal-'youths' ħadt sehem f 'diversi logħob internazzjonali. Però kien dan l-aħħar staġun, 2012/2013 li fl-aħħar ħareg ir-riżultat li kont ili tant naħdem għalih! Kien staġun impenjattiv ħafna fix-xena internazzjonali. Apparti minn hekk fl-ewwel xhur ta' dan l-istaġun kont qiegħda nikteb it-teżi bħala parti mis- sena finali tal-istudji tiegħi, minbarra s-sezzjonijiet ta' taħrig ta' kuljum. Fuq parir tal-kowċ tiegħi, Jivko Jetchev,f 'dan l-istaġun tajt aktar importanza t-'Triple Jump' bħala l-kompetizzjoni prinċipali. Dan wara li fl-istaġun ta' qabel ħadt sehem f 'din il-kompetizzjoni bla ħsieb u Jivko ra li kelli potenzjal tajjeb fiha. Wara pre-season iebes u esuberanti, ilħaqt l-ewwel pass tal-ħolma tiegħi f 'April. Waqt kompetizzjoni lokali organizzata mill-MAAA rnexxieli nirreġistra qabża b'rekord personali ta' 12.08 metru u lħaqt l-'MQS' stabbilit mil-MOC biex b'hekk ikkonfermajt posti ma' atleti oħrajn fit-tim Malti għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. X'kienet l-esperjenza tiegħek matul il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil- Lussemburgu? L-esperjenza fil-Lussemburgu kienet waħda li ma ninsiha qatt. Qabel il- kompetizzjoni ħarist lejn l-'istart list' u rrealizzajt li l-livell ta' kompetizzjoni li kont se naffaċċja kien wieħed li ħassejtni komda fih, però qatt ma tista' tgħid x'jiġri waqt il-kompetizzjoni! Ħaġa komuni li faċilment tiġri lil ħafna atleti hi li l-adrealina tkun għolja ħafna u għalhekk iżżid il-veloċità fir-'run- up' li twassal għall-'faul'! Nammetti li dakinhar kont eċitata ħafna għaliex kont qiegħda ngħix il-ħolma tiegħi, u ma damitx biex saret aktar memorabbli. Dakinhar l-aħjar qabża minn sitt tentattivi kienet dik ta' 12.08 metru; l-istess daqs ir-rekord personali. B'dik l-istess qabża ksibt il-midalja tal-Fidda għat-tim Malti. Bla dubju kien mument għażiż ħafna għalija, u huwa unur kbir SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Rebecca Sarè – atleta ewlenija f 'pajjiżna li wara diversi diżappunti li kellha taronta l-passat riċenti, dan l-aħħar staġun kien wieħed ta' suċċess liema bħalu għaliha. Timmira li tikser ir-rekord nazzjonali tat-triple jump "Atleta ssir. Inutli persuna jkollha talent jekk ma jkunx hemm determinazzjoni u ħidma kontinwa. Xejn ma jiġi mix-xejn u jekk ma taħdimx għall-oġġett, it- talent jibqa' ma jikbirx!"