Illum previous editions

illum 2 february 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/252943

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt LEKS Prim Ministru Laburista Duminku Mintoff mistenni jirritorna fiċ-ċinemas lokali, din id- darba għal produzzjoni tal- Għaqda Duminku Mintoff li ħarġet bosta kotba dwaru fl-aħħar xhur. Skont il-produzzjoni tal-film, dan se jkun twil madwar sagħtejn u se jkopri l-ħajja ta' Mintoff mit-twelid sal-mewt. Josef Grech, il-moħħ wara din l-Għaqda li mhix rikonoxxuta mill-Partit Laburista, wiegħed li se jkun hemm "affarijiet ġodda li qatt ma ġew żvelati u filmati li qatt ma dehru fil-pubbliku." Barra dan mistenni jkun hemm bosta intervisti ma' nies li ħadmu qrib tiegħu tul iż-żmien. Iżda mistoqsi fejn se jintwera dan il-film, Grech qal li għadhom għaddejjin bl-arranġamenti u d-diskussjonijiet mas-swali taċ-ċinemas lokali. "Issa sta għal dawk li jaċċettaw u mhux jagħlqu il bieb għal din il-ġrajja," jissokta jgħid Grech. Il film huwa miktub mill-istess Josef Grech, b'mużika ta' Jesmond Grixti li hu lecturer f 'università Awstraljana. Għal darb'oħra, dan il- proġett tal-Għaqda Dom Mintoff mhuwiex approvat mill-familja Mintoff jew mill-Partit Laburista, iżda Grech jiddefendi ruħu jgħid li ma kienx hemm bżonn ta' din l-approvazzjoni. "Il-film m'għandu bżonn l-ebda approvazzjoni, għax mhux se jirrakkonta xi storja falza jew ħrafa. Se juri biss dak li verament seħħ, allura il-film fih biss dawk li huma fatti. Fost l-oħrajn dak li ġara fl-1958 u fl-1998, b'Mintoff stess jirrakkonta eżatt dak li kien ġara." Fost l-oħrajn, il film jagħti ħarsa lejn l-ewwel kontroversja bejn Mintoff u l-Arċisqof Mikiel Gonzi meta tkanta l-innu tar-Red Flag fl-1948, l-isplit tal-PL bejn Mintoff u Pawlu Boffa, l-irvellijiet u r-riżenja mill- gvern fl-1958, l-attentat ta' qtil fuq Mintoff, il-kwistjoni politika- reliġjuża u l-interdett tas- sittinijiet. Jagħti ħarsa wkoll lejn kif Mintoff irritorna fil- gvern fis-sebgħinijiet, kif ċeda postu lil Karmenu Mifsud Bonnici u l-ġlieda li kellu m'Alfred Sant fl- 1998 meta vvota kontra l-gvern fuq il-proġett tal-Kottonera. Se jkunu inklużi wkoll avvenimenti aktar riċenti f 'ħajjet Mintoff, fosthom it-twaqqif tal-moviment 'Front Maltin Inqumu' u ż-żjara li għamel għall-għarrieda fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. "Din hija l-ġrajja ta' Malta wkoll. Fuq kollox meta ssemmi lil Mintoff qed issemmi lil Malta u viċi- versa," temm jgħid Grech. 6 illum | Il-Ħadd 02 ta' Frar 2014 TECHNICAL ATTACHÈ Dom Mintoff jirritorna fiċ-ċinema Dan mhux se jkun l-ew wel film tax-xorta tiegħu f 'Malta. L-ew wel film li ntwera fiċ- ċinemas lokali dwar Mintoff kien 'Dear Dom' fl-2012. Dan il-film ta' Pierre Ellul kien mik- tub fil-forma ta' ittra miftuħa lill-eks Prim Ministru. Kien intlaqà b'mod kontroversjali speċjalment mill-Laburisti, li sostnew kif il-film ma jagħmilx ġustizzja ma' dak li għamel Mintoff tul il-karriera politika ta' 50 sena. Il-poster tal-film, diżinn ta' Chris Bray YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 2 february 2014