Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 29 SPORTSillum Liverpool jumiljaw lil Arsenal u Manchester City miżmuma minn Norwich City Tkompli l-istorja ta' suċċess fit-triathlon M'HEMMX dubju li fost l-iktar dixxiplini sportivi li kisbu suċċess f 'pajjiżna matul l-aħħar sena, insibu dak tat-triathlon fejn bosta triatleti qed jiksbu suċċess liema bħalu kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. Fost dawn it-triatleti ma nistgħux ma nsemmux lil Dermot Galea li ftit tal- ġimgħat ilu ħa sehem fl-iktar tellieqa importanti tat- triathlon fid-dinja jiġifieri dik tal-KONA Ironman li saret ferm 'il bogħod minn Malta jiġifieri l-Hawaii. U biex nibqgħu fl-istess familja, triatleta li qed jikseb suċċess kbir f 'pajjiżna huwa ħu Dermot, Keith Galea. Dan jiġi mħarreġ mill-istess Dermot Galea u li ftit tal-ġimgħat ilu rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon flimkien mat- triatleta femminili Michelle Vella Wood. Din rebħet dan il-kampjonat għall-ewwel darba fil-karriera tagħha wara tmien snin li ilha tipprattika t-triathlon, fihom ipparteċipat fil-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon kull sena ħlief għall-2010 minħabba li kienet tqila. Vella Wood ġiet ivvutata wkoll mill-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon bħala t-triatleta tas-sena flimkien mat-triatleta ta' success kbir, Fabio Spiteri. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll lit-triatleta femminili, Danica Bonello Spiteri li f 'dawn l-aħħar snin għamlu isem għalihom kemm f 'Malta kif ukoll barra minn xtutna. U fost l-atleti żgħar li jidher li għandhom futur mill-isbaħ quddiemhom insibu lil Hannah Pace li f 'dawn l-aħħar xhur kisbet riżultati ferm sodisfaċenti f 'kompetizzjoni prestiġjuza tat-triathlon li ħadet sehem fiha f 'Londra waqt li iktar qabel ħadet sehem ukoll f 'kamp ta' taħriġ flimkien ma' triatleti tal-ogħla livell ġejjin minn madwar id-dinja kollha fis-Serbja. Hija ġiet fit-tielet post fis-sezzjoni femminili tal-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon organizzati mill-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon. Parti kbira minn dan is-suċċess huwa dovut għall-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon immexxija minn persuni ferm dedikati għal dan l-isport fosthom mill-President ferm ħabrieki, Cyprian Dalli. Biżżejjed ngħidu li f 'pajjiżna hawn xejn inqas minn 100 triatleta reġistrat mal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon. It-Triathlon huwa sport modern, eċitanti u li jappella għal kull ġenerazzjoni u kull tip ta' livell. Huwa sports individwali imma li jista' jitgawda fil-kumpanija speċjalment waqt it-taħriġ. Kulħadd jista' jipprattika t-triathlon u jekk wieħed qed ifittex li jkun attiv, b'saħħtu u xi ħaġa li tisfidah, mela t-triathlon huwa l-isport li għandu jipprova! Dan l-isport huwa wieħed mill-aktar sports eċitanti fid-dinja! L-isport tat-triathlon jikkonsisti minn tliet dixxiplini sportivi magħqudin f 'tellieqa waħda: l-għawm, iċ-ċikliżmu u l-ġiri. Fit-tlielaq tat-Triathlon, l-arloġġ ma jitwaqqafx bejn sport u ieħor u għalhekk l-atleta jrid ikun ukoll effiċjenti fil-bidla bejn parti u oħra. Kultant ċerti tlielaq joffru l-possibbiltà li tkun parti minn tim f 'dik li hija msejħa bħala relay. Id- distanzi tat-tlielaq tat-triathlon ivarjaw ħafna, minn tlielaq li jieħdu madwar 30 minuta sa distanzi twal, bħalma hija l-hekk imsejħa Ironman fejn il-parteċipanti jieħdu sigħat twal sabiex jagħmlu it-tellieqa. Ta' min wieħed jissuġġerixxi li għall-bidu wieħed għandu jipprova tlielaq qosra mbagħad, bil-mod jitla' għad-distanzi itwal. F'Malta ilu jsir triathlon mill-1986. L-istaġun jibda minn Marzu u jkompli sejjer sa Ottubru. F'kull tellieqa jieħdu sehem bejn wieħed u ieħor 75 atleta u dan in-numru dejjem jikber. Illum il-ġurnata l-ġenerazzjonijiet kollha qegħdin jagħmlu t-triathlon. F'Malta għandna nies minn 16-il sena sa fuq is- 60. Il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon għadha kif waqqfet akkademja għat- tfal u ż-żgħażagħ bejn is-6 snin u l-15-il sena li diġà qed jitħarrġu fid-dixxiplini u jipparteċipaw fit-tlielaq apposta għalihom. Anki nies bi bżonnijiet speċjali qegħdin jidħlu fid-dinja tat-triathlon. Għalhekk dan huwa tassew sport għal kulħadd! Insibu mbagħad il- Multisport li jinqasam fi tliet niċeċ – Triathlon, Duathlon u Aquathlon. Filwaqt li t-Triathlon jamalgama t-tliet sports flimkien, id-Duathlon hu magħmul minn ġirja, imbagħad ċikliżmu u jispiċċa b'ġirja finali. L-Aquathlon huwa magħmul minn ġirja, segwit minn għawma u konkluż b'ġirja tal-aħħar. Wieħed jissuġġerixxi li atleta jibda bil-mod speċjalment jekk ma jkunx ġej minn xi taħriġ sportiv ieħor, u li jitkellem ma' kowċ ikkwalifikat fit-triathlon qabel jibda. Huwa importanti ħafna li wieħed jiekol u jixrob kif suppost meta jibda jagħmel taħriġ fiżiku. Għal aktar tagħrif wieħed jista' jikkonsulta ma' nutrizzjonisti kwalifikati u mħarrġa apposta speċjalment fil-qasam sportiv. Intant, fl-10 ta' Novembru tas-sena li għaddiet, il- Federazzjoni Maltija tat- Triathlon organizzat b'suċċess l-'iSmart City Malta Duathlon'. Għal iktar informazzjoni rigward it-triathlon f 'pajjiżna, wieħed jista' jikkuntattja lill- 'Malta Triathlon Federation' fuq info@triathlonmalta.org, iżur is-sit elettroniku www. triathlonmalta.org jew jidħol fuq il-paġna ta' Facebook 'Malta Triathlon Federation'. Michelle Vella Wood u Keith Galea - Champions nazzjonali tat-Triathlon LIVERPOOL umiljaw bil-kbir lil Arsenal meta ġewwa darhom f 'Anfield għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-1. Għar-Reds skorjaw doppjetta Skrtel u Sterling waqt li l-gowl l-ieħor għalihom wasal mis-solitu Daniel Sturridge. Arsenal naqqsu l-marġni tal- iskor permezz ta' penalty ta' Mikel Arteta fid-69 minuta. Manchester City barra minn darhom ġew miżmuma fi draw ta' mingħajr gowls minn Norwich City. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Newcastle United bl-iskor konvinċenti ta' 3-0 bil- gowls għalihom jaslu minn tripletta tal-attakkant prolifiku Belġjan Eden Hazard, bl-aħħar wieħed minn dawn il-gowls jasal minn penalty fit-63 minuta. Southampton ġewwa darhom ġew miżmuma fi draw ta' 2-2 minn Stoke City bil-gowls għalihom jaslu minn Lambert u Davis waqt li l-gowls għas- City ġew skorjati minn Odemwingie u Crouch. West Ham United barra minn darhom għelbu lil Aston Villa b l-iskor at' 2-0 bil-gowls għall-Hammers jaslu minn doppjetta tas- solitu Kevin Nolan. Crystal Palace ġewwa darhom għelbu lil West Browmich Albion bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jiġu skurjati minn Ince, Ledley u penalty ta' Chamakh waqt li l-uniku gowl għal West Bromwich Albion wasal minn Bifouma fis-46 minuta. Hull City barra minn darhom għebu lil Sunderland bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihoim jaslu minn Shane Long u Nikica Jelavic. Sunderland spiċċaw jilagħbu b'10 plejers kmieni fil-logħba eżattament wara biss 4 minuti logħob meta tkeċċa għalihom il-plejer Wes Brown. Swansea City ġewwa darhom għelbu lil Cardiff City bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Routledge, Dyer u Bony. Intant, mill- Kampjonat Taljan Serie A TIM, Fiorentina ġewwa darhom għelbu lil Atalanta bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Ilicic u Wolski waqt li Udinese wkoll ġewwa darhom għelbu lil Chievo Verona bl-iskor konvinċenti ta' 3-0 bil-gowls għalihom jiġu skurjati minn Di Natale, Fernandes u Agyemang- Badu.