Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368
6 illum | Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 .25325$==-21,7$¶;2*ƪ2/87$ƪ5,Ƥ IF 03-2012 Integrating TCNs in the Maltese Society 6(-ƪ$*ƪ$//±35299,67$7$¶6(59,==,7$¶7$ƪ5,Ƥ,1',9,':$/, ,O.RUSRUD]]MRQLWD¶;RJƫROX7DƫULƥTHGWRƫURƥVHMƫDJƫDO 3URYYLVWDWD¶6HUYL]]LWD¶7DƫULJJƫDOO.RUVLMLHWUHODWDWLPDOO3URƥHWW IF 03-2012 – Integrating TCNs in the Maltese Society,OLKXSDU]MDOPHQW LI¿QDQ]MDWPLOO)RQGWD¶O8(XPLOO)RQGL1D]]MRQDOL Ref: ETC/CS/IF/01/14 .RSMDHOHWWURQLNDWDGGRNXPHQWOL¿KMLQVWDEXGGHWWDOMLWDONULWHUMLZNZDOL¿ƛL PHƫWLHƥDÀLPNLHQPDNXQGL]]MRQLMLHWXLQIRUPD]]MRQLRKUDWLVWD¶WLQNLVHE PLVVLWHOHWWURQLNXWDO.RUSRUD]]MRQLWD¶;RJƫROX7DƫULƥZZZHWFJRYPW 'DZNLQWHUHVVDWLKXPDPLWOXEDOLMLVVRWWRPHWWXNRSMDWDV&9ÀLPNLHQPD¶ GRNXPHQWLRƫUDPLWOXEDI¶GLQLVVHMƫDXMLEJƫDWXKRPSHUPH]]WD¶LWWUD UUHƥLVWUDWDMHZLƥLEXKDSHUVRQDOPHQWI¶GDQOLQGLUL]] ,O.DSWDO3URƥHWW,) Integrating TCNs in the Maltese Society, The Training Complex, ƪDO)DU%%Ƥ /DSSOLND]]MRQLMLHWLULGXMDVOXVDPKX[DNWDUWDUGPLOOWDW7OLHWD WD¶)UDU *HQHUDO3URJUDPPH6ROLGDULW\ 0DQDJHPHQWRI0LJUDWLRQ )ORZV± European Fund for the Integration of Third-Country Nationals (IF) &R¿QDQFLQJUDWH(8)XQGV1DWLRQDO)XQGV Sustainable Management of Migration Flows Maltempata kbira, ftit ħsarat ILĠIMGĦA l-oħra maltempata kbira ħakmet il-gżejjer Maltin, iżda jidher li l-ħsara rrappurtata kienet minima. Ikkuntattjati minn din il-gazzetta, tliet kumpaniji ewlenin tal-assigurazzjoni qalu li saru biss ftit claims, u li dawn kienu jinkludu ħsara fuq il-karozzi u fuq propjetà. Jean Pierre Zammit mill-kumpanija AllCare qal li rċevew biss ħames claims: tlieta fuq ħsara ta' karozzi, waħda fuq propjetà residenzjali u oħra fuq propjetà kummerċjali. Il-ħsarat kollha kienu jammontaw għal total ta' madwar għaxart elef ewro. Matthew von Brockdorff, viċi-direttur tal-Atlas Insurance qal li kellhom biss numu żgħir ta' claims li kienu ta' daqs medju. Dawn kienu relatati ma' ħsara kkawżata minn siġar imwaqqgħin u l-għargħar. L-istess qalet kelliema għall-kumpanija tal- assigurazzjoni Gasan Mamo. It-tliet kumpaniji kkonfermaw li ħsara kkawżata minn elementi naturali, fosthom għargħar, huma inklużi fl-assigurazzjoni li joffru ta' vetturi u propjetàjiet. Titjira fuq ajruplan tal-Forzi Armati minn Gonzi fuq xogħol tal-Partit LERBGĦA, 4 ta' Mejju 2011. Titjira minn Malta sa Sqallija u oħra minn Sqallija għal Malta permezz tal-ajruplan AS1126 tal-Forzi Armati. Passiġġier fuq iż-żewġ titjiriet - l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. L-okkażjoni, kungress tal-Partit Popolari Ewropew, li tiegħu l-Partit Nazzjonalista huwa membru. L-ewwel titjira ħalliet Malta fit-8am u waslet Palermo fid- 9.05am. It-tieni titjira ħalliet Palermo fl-4pm u waslet lura Malta fil-5pm. Il-Kungress li fih ħa sehem Lawrence Gonzi ma kellu x'jaqsam xejn max-xogħol tal-gvern, iżda l-eks Prim Ministru ma ra assolutament xejn ħażin li juża propjetà pubblika biex jattendi għal attività fil-kapaċita tiegħu ta' Kap Nazzjonalista. Iż-żewġ titjiriet swew €2,500. Minkejja li jekk wieħed jagħmel tfittxija fuq l-internet isib minnufih li fl-4 ta' Mejju 2011, Lawrence Gonzi kien f 'Palermo biex jieħu sehem fil- Kungress tal-Popolari Ewropej, Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa jista' jiġi privatizzat JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt ILGAZZETTA ILLUM tista' tiżvela li l-ġnien li hemm fix-Xatt tal-Gżira maġenb il-Yacht Marina li qabel kien Ġnien il-Gżira u Ġnien Yacht Marina u dan l-aħħar snin insibuh bħala Ġnien il- Kunsill tal-Ewropa jista' jiġi privatizzat. Dan il-ġnien li huwa devolut lill-Kunsill Lokali, joffri post ta' rikreazzjoni kemm għall- kbar kif ukoll, għaż-żgħar u għalhekk, huwa amministrat mill-Kunsill li qed jimpennja ruħu bis-sħiħ biex isebbħu. Din il-gazzetta hi infurmata li l-ġnien jista' jinkera għall- attivitajiet kemm privati kif ukoll, pubbliċi skont il-Bye Law ippubblikata mill-Kunsill Lokali. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, id-deputat Nazzjonalista mid-disa' distrett, Kristy Debono, qalet li rċeviet numru kbir ta' telefonati minn residenti Ta' Xbiex u tal-Gżira dwar il-fatt li l-Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa jista' jiġi privatizzat. "Jiena min-naħa tiegħi se nkun qed nistħarreġ din l-informazzjoni u għal dan il-għan preżentajt sensiela ta' Mistoqsijiet Parlamentari. Jekk dan hu minnu nistennew spjegazzjoni ċara mill-Kunsilli Lokali ta' Ta' Xbiex u l-Gżira kif ukoll mill-Gvern għax dan se jwassal għall-bejgħ ta' spazju pubbliku li jservi għar-rikrezzjoni tar-residenti Minkejja ħsarat sostanzjali fit-toroq, isiru ftit talbiet mal-kumpaniji tal-assigurazzjoni Dan il-ġnien joffri post ta' rikreazzjoni kemm għall-kbar kif ukoll għaż-żgħar