Illum previous editions

illum 9 February 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/257368

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 09 ta' Frar 2014 | illum 7 Titjira fuq ajruplan tal-Forzi Armati minn Gonzi fuq xogħol tal-Partit il-Forzi Armati żammet l-iskop tat-titjiriet bl-ajruplan tagħha AS1126 bħala sigriet. Sadanittant ILLUM huwa informat ukoll li l-eks Ministri Nazzjonalisti Giovanna Debono u Chris Said fl-aħħar legislatura, ukoll għamlu użu mill-ħelikopter tal-Forzi Armati minflok il-vapur tal-Gozo Channel, biex qasmu bejn Malta u Għawdex. Debono qasmet waħedha bil-ħelikopter fid-29 ta' Mejju 2012 bi spiża ta' €1,300. Said qasam waħdu bil- ħelikopter fl-1 ta' Ġunju 2012 u l-ispiża kienet ta' €900. L-iskop ta' dawn iż-żewġ titjiriet ukoll inżamm sigriet. Quddiem dawn il-fatti, tistona b'mod qawwi l-kritika li fil-jiem li għaddew saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li sejjaħ bħala abbuż sfaċċat tal-poter l-użu ta' ħelikopter tal-Forzi Armati biex id-Deputata Laburista Justyne Caruana qasmet bejn Malta u Għawdex biex setgħet taqbad titjira marbuta max-xogħol parlamentari tagħha. L-eks Ministri Nazzjonalisti Giovanna Debono u Chris Said fl-aħħar ukoll għamlu użu mill-ħelikopter tal-Forzi Armati Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa jista' jiġi privatizzat tal-madwar u familji oħra." Il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-Kunsill Lokali tal-Gżira dwar jekk huwiex minnu li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet sabiex Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, li jaqa' taħt ir-reponsabbiltà tal- Kunsill Lokali tal-Gżira jiġi privatizzat. Is-Sindku Laburista tal-Gżira Roberto Cristiano afferma dan u qal li hu ġie mitlub sabiex jattendi laqgħa bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-Ġnien Kunsill ta' l-Ewropa fil-Gżira. "Il-laqgħa saret mal- awtoritajiet konċernati. Din kienet relatata mal-proċess tal-preparazzjoni għall- privatizzazzjoni tal-Marina tal-Gżira. L-għan ewlieni tal-laqgħa kienet sabiex niddiskutu l-proġett kollu." Is-Sindku Cristiano fisser kif waqt il-laqgħa huma raw preżentazzjoni bl-idea li l-Ġnien tal-Gżira jkun integrat mal-proċess ta' tendering bħala parti mill-preparazzjoni għall-privatizzazzjoni tal- Marina tal-Gżira. Dan sabiex it-tisbiħ taż-żona, it-titjib u l-manutenzjoni jkun iffinanzjat b'konsorzju li jingħata b'tender bħala parti mit-tisbiħ taż-żona. Madankollu, is-sindku qal li l-gvern għamilha ċara li l-ġnien tal-Gżira se jibqa' miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas. "Id-diskussjoni ma kinitx biss fuq il-Ġnien tal-Gżira, iżda tkellimna wkoll dwar il-parkeġġ u t-tisbiħ taż-żona tal-madwar. Barra minn hekk, iddiskutejna wkoll kwistjoni importanti ħafna li hemm bżonn li tiġi indirizzata: l-istorm water flooding taż–żona." Minkejja li sa issa l-Kunsill Lokali tal-Gżira għadu ma ħax deċiżjoni dwar din il- kwistjoni, il-kunsill qed iħares lejn dan il-progett b'lenti oġġettiva sabiex dan il-proġett ikollu impatt pożittiv fuq il- kwalità tal-ħajja tar-residenti, il-komunità tan-negozju u l-familji kollha li jagħmlu użu minn din iż–żona. Is-sindku Laburista ta' Ta' Xbiex, Max Zammit, qabel ma' dak li qal is-sindku tal- Gżira. "Bħalissa għaddejjin mill-proċess ta' konsultazzjoni bikrija. Il-Kunsill Lokali għadu ma ħa l-ebda pożizzjoni imma nwiegħdu li se nħarsu lejn din il-kwistjoni b'serjetà liema bħala u se ngħaddu l-proposti tagħna ħalli jkollna ġnien aħjar."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 9 February 2014